31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

325


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1659/2005

tas-6 ta’ Ottubru 2005

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti briks tal-manjesja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1)(“ir-Regolament Bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri proviżorji

(1)

Fit-13 ta' April 2005, bir-Regolament (KE) Nru 552/2005 (2) (“ir- Regolament proviżorju”), il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping proviżorju fuq importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti briks tal-manjesja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“PRC”).

(2)

Huwa mfakkar li l-perjodu ta' investigazzjoni tad-dumping u d-dannu (“IP”) kopra l-perjodu mill-1 ta' April 2003 sal-31 ta' Marzu 2004. L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-analiżi tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2001 sat-tmiem ta' l-IP (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   Proċedura sussegwenti

(3)

Wara l-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjoni ta' ċerti briks tal-manjesja mill-PRC, xi partijiet interessati ssottomettew kummenti bil-miktub. Dawk il-partijiet li talbu dan ġew mogħtija wkoll l-opportunità li jinstemgħu verbalment.

(4)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti orali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet ġew eżaminati, u, fejn kien ikkunsidrat xieraq, is-sejbiet proviżorji ġew modifikati kif meħtieġ. Wara l-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji, saru żjarat ta' verifika fuq il-post fil-bini ta'

Carboref GmbH, il-Ġermanja (importatur indipendenti)

Duferco, S.A., l-Iżvizzera (importatur indipendenti)

Duferco La Louvière, il-Belġju (utent)

Refratechnik Steel GmbH, il-Ġermanja (importatur indipendenti).

(5)

Il-Kummissjoni żvelat ukoll il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali kollha li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha tirrakkomanda l-impożizzjoni ta' dazju anti-dumping definittiv u l-ġbir definittiv ta' l-ammonti assigurati permezz tad-dazju proviżorju. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal dan l-iżvelar tal-fatti. Il-kummenti verbali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet ġew ikkunsidrati u, fejn kien xieraq, ittieħdu in konsiderazzjoni għas-sejbiet definittivi.

B.   IL-PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTTI SIMILI

(6)

Huwa mfakkar li, fil-premessa (12) tar-Regolament proviżorju, il-prodott konċernat ġie definit bħala briks tal-manjesja mhux moħmija, marbuta b'mod kimiku, li l-komponent tal-manjesja tagħhom fih talanqas 80 % MGO, kemm jekk fih manjesit kif ukoll jekk le, li joriġinaw fil- PRC (“"il-prodott konċernat”), normalment iddikjarati taħt il- kodiċijiet NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10. Fit-tkomplija ta' l-investigazzjoni nstab li l-kodiċi NM ex 6815 99 90 seta' jintuża wkoll legalment għall-importazzjoni tal-prodott konċernat.

(7)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott konċernat kien impurtat ukoll taħt il-kodiċi NM ex 6815 10 10, ex 6902 10 00 u ex 6903 90 90 (ex 6903 90 20 qabel l-1 ta' Jannar 2004) matul l-IP. Madankollu, il-kodiċijiet NM li jaqgħu taħt il-kapitolu 69, prodotti taċ-ċeramika, għandhom jintużaw biss għal prodotti moħmija u mhux għall-prodott konċernat li m'huwiex moħmi. Barra minn hekk, il-kodiċi NM 6815 10 10 jinkludi prodotti li huma kkaratterizzati prinċipalment mill-karbonju, filwaqt li l-prodott konċernat huwa kkaratterizzat prinċipalment mill-kontenut ta' l-ossidu tal-manjesju. Għalhekk, l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat taħt dawn il-kodiċijiet għandhom jitqiesu bħala mhux aċċettabbli f'każ li jintużaw. Sabiex ikunu evitati klassifikazzjonijiet ħżiena fil-ġejjieni, u biex jiġi żgurat li l-kodiċijiet jintużaw b'mod korrett, l-awtoritajiet tad-dwana ġew imwissija permezz ta' formola speċjali ta' informazzjoni tar-riskju.

(8)

Parti waħda interessata argumentat li l-kodiċijiet NM 6815 91 00 u 6815 99 10 biss kienu msemmija fl-avviż tal-bidu u li l-investigazzjoni, għalhekk, ma setgħetx tiġi estiża għall-kodiċijiet addizzjonali. Madankollu, il-kodiċijiet NM li huma msemmija fl-avviż tal-bidu huma mogħtija għal skop ta' informazzjoni biss u ma jorbtux, billi hija d-deskrizzjoni tal-prodott, b'mod partikolari l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, li huma rilevanti għall-iskop ta' l-investigazzjoni. Konsegwentement, it-tipi kollha ta' briks tal-manjesja li jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u li għandhom bażikament l-istess użu, għandhom ikunu koperti mill-investigazzjoni, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tad-dwana tagħhom. Għalhekk, l-iskop ta' l-investigazzjoni ma ġiex estiż. L-investigazzjoni kkjarifikat li l-prodott konċernat għandu legalment jiġi impurtat taħt il-kodiċijiet NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10 u ex 6815 99 90. Madankollu, kieku nstab li l-prodott konċernat ġie ddikjarat taħt kodiċi NM differenti, l-investigazzjoni kienet tkopri wkoll dak il-prodott.

(9)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar id-definizzjoni tal-prodott konċernat u l-prodott simili, huwa għalhekk konkluż li l-prodott konċernat huwa definit bħala briks tal-manjesja mhux moħmija, marbuta b'mod kimiku, li l-komponent tal-manjesja tagħhom fih talanqas 80 % MgO, kemm jekk fihom il-manjesit kif ukoll jekk le, li joriġinaw fil-PRC, iddikjarati taħt il-kodiċijiet NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10 u ex 6815 99 90. Is-sejbiet fil-premessi (13) sa (16) tar-Regolament proviżorju huma wkoll ikkonfermati.

Ċ.   DUMPING

1.   Metodoloġija ġenerali

(10)

Il-metodoloġija ġenerali użata biex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott konċernat kinux iddampjati ġiet deskritta fir-Regolament proviżorju. Il-metodoloġija ġenerali kif stipulata b'mod partikolari fil-premessi (35), (45) u (61) tar-Regolament proviżorju hija b'dan ikkonfermata.

2.   Trattament ta' Ekonomija tas-Suq (“MET”)

(11)

Kif issemma fil-premessa (28) tar-Regolament proviżorju, produttur esportatur wieħed naqas li jipprovdi prova konklużiva li l-assi tiegħu ġew valutati b'mod indipendenti u rrekordjati fil-valur tas-suq. Huwa ma weriex li l-ispejjeż kollha ġew ikkunsidrati fil-valur tas-suq. Il-produttur esportatur reġa' sostna l-istess talbiet wara l-adozzjoni tar-Regolament proviżorju. Għalkemm naqas li jirrispetta l-iskadenzi estiżi, huwa sostna li kien ipprovda evidenza ġdida dwar il-valutazzjoni ta' l-assi, li kienet tiġġustifika konsiderazzjoni mill-ġdid taċ-ċaħda ta' MET.

(12)

Ta' min jinnota li l-produttur esportatur imsemmi ma pprovdiex id-dokumenti mitluba fiż-żmien indikat, u dan huwa suffiċjenti biex jiġu miċħuda t-talbiet tiegħu. Madankollu, eżami tad-dokumenti riċevuti wera li ma kienet ipprovduta l-ebda evidenza ġdida biex issostni dawn it-talbiet. Għalhekk, anki kieku dawn id-dokumenti setgħu jiġu kkunsidrati, huma ma jbiddlux is-sejbiet tar-Regolament proviżorju. Id-deċiżjoni li dan il-produttur esportatur ma jingħatax MET hija għalhekk ikkonfermata.

(13)

Bl-istess mod, żewġ produtturi esportaturi oħra li ma ngħatawx MET reġgħu sostnew l-oġġezzjonijiet tagħhom imqajma fl-istadju proviżorju. Madankollu, ma kienet ipprovduta l-ebda evidenza ġdida li tista' tiġġustifika xi bidla fid-deċiżjoni.

(14)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, is-sejbiet dwar MET stipulati fil-premessi (17) sa (28) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.   Trattament individwali (“IT”)

(15)

Il-kumpaniji li ma ngħatawx IT ma pprovdew l-ebda evidenza ġdida li tipprova li huma għandhom jingħataw IT. Għalhekk, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar IT, is-sejbiet stipulati fil-premessi (29) sa (34) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

4.   Valur normali

4.1.   Stabbiliment tal-valur normali tal-produtturi esportaturi kollha li ma ngħatawx MET

(a)   Pajjiż analogu

(16)

Kif stipulat fil-premessa (39) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni fittxet kooperazzjoni minn 38 produttur magħruf minn madwar id-dinja. Madankollu, inkisbet kooperazzjoni biss minn żewġ produtturi fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. L-investigazzjoni ma wriet l-ebda raġuni għaliex l-informazzjoni riċevuta u verifikata ma kinitx adattata għal dan il-proċediment.

(17)

Xi partijiet interessati argumentaw li l-USA ma kinitx pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għall-PRC. Huma sostnew li bi tliet produtturi biss fis-suq domestiku ta' l-US, il-kompetizzjoni kienet insuffiċjenti. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li, kif stipulat fil-premessa (4) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni wriet li l-USA għandhom suq kompetittiv għall-prodott konċernat b'mill-anqas 3 produtturi, madwar 30 fornitur, aktar minn 15-il importatur u madwar 300 utent. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(18)

Billi dawn it-talbiet ma kinux sostanzjati aktar, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar din il-kwistjoni, l-għażla ta' l-USA bħala l-pajjiż analogu hija b'dan ikkonfermata.

(b)   Stabbiliment tal-valur normali

(19)

Xi produtturi esportaturi sostnew li saru żbalji klerikali fil-kalkulazzjonijiet tad-dumping definittiv. Saru wkoll talbiet speċifiċi mill-esportaturi dwar l-ispejjeż tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar, il-prezz ta' l-assigurazzjoni, is-soprataxxa fuq l-esportazzjoni u r-rata tal-kreditu li ntużaw fil-kalkulazzjonijiet.

(20)

Wara eżami ta' dawn it-talbiet, instab li kienu seħħew xi żbalji klerikali fil-kalkulazzjonijiet. Dawn ġew irranġati. Xi talbiet oħra dwar il-ġarr tal-merkanzija bil-baħar, l-ispejjeż ta' l-assigurazzjoni u l-ħlas ta' l-esportazzjoni setgħu wkoll jiġu aċċettati billi kienu ġustifikati u sostanzjati. It-talbiet l-oħrajn kollha kellhom madankollu jiġu miċħuda.

(21)

Għar-raġunijiet indikati hawn taħt, xi partijiet interessati argumentaw li l-valur normali mill-USA għandu jiġi aġġustat 'l isfel.

(22)

L-ewwelnett, ġie sostnut li l-produtturi Ċiniżi għandhom struttura differenti ta' prezzijiet, speċjalment fir-rigward ta' ċerti spejjeż li jinkludu l-ħaddiema u l-elettriku. Wieħed irid jinnota li din it-talba hija irrilevanti fil-kuntest tal-kejl tal-valur normali fil-pajjiż analogu billi kwalunkwe aġġustament bħal dan fuq l-ispejjeż jirrendi l-investigazzjoni fil-pajjiż analogu bla skop u jwassal għal aġġustament tal-valur normali fil-livelli ta' ekonomija mhux tas-suq. Barra minn hekk, din it-talba ma kienet sostanzjata b'ebda evidenza. Għalhekk, kellha tiġi miċħuda.

(23)

It-tieni, ġie argumentat li wieħed miż-żewġ produtturi li kkooperaw fl-USA huwa kollegat ma' waħda mill-kumpaniji lmentaturi fil-Komunità. Huwa mfakkar li l-valur normali fil-pajjiż analogu ġie stabbilit fuq il-bażi tad-data pprovduta minn żewġ kumpaniji fl- USA. Din id-data kienet analizzata bir-reqqa u verifikata fuq il-post. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li r-relazzjoni bejn waħda minn dawk il-kumpaniji u kumpanija li lmentat ma affettwatx l-affidabilità tad-data li ntużat għall-istabbiliment tal-valur normali. Ma nstabet l-ebda indikazzjoni waqt l-investigazzjoni li din ir-relazzjoni kellha xi influwenza fuq il-valur normali fil-pajjiż analogu.

(24)

Fl-aħħarnett, wara talbiet sostanzjati minn numru ta' esportaturi, il-valur normali ġie aġġustat 'l isfel minħabba (i) differenzi fil-kwalità tal-materja prima użata mill-produtturi fil-pajjiż analogu meta mqabbla ma' dik użata mill-produtturi fil-PRC; (ii) l-ispejjeż ogħla tat-trasport u ħlasijiet oħra; u (iii) l-ispejjeż ta' l-importazzjoni assoċjati max-xiri ta' dawn il-materji primi mill-produtturi ta' l-US. Instab ukoll li ċerti tipi ta' trattament tal-briks saru fl-US iżda mhux fiċ-Ċina. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li aġġustament fir-rigward tal-livell tal-kummerċ kien ukoll ġustifikat.

(25)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, il-premessi (42) u (43) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.2.   Stabbiliment tal-valur normali tal-produtturi esportaturi kollha li ngħataw MET

(26)

Fl-istadju proviżorju, il-valur normali għall-kumpaniji li ngħataw MET ġie stabbilit għal kull tip ta' briks tal-manjesja. Dawn it-tipi setgħu jiġu identifikati minn Numru ta' Kontroll tal-Prodott (PCN). Madankollu, għall-kumpaniji mogħtija IT, ġew stabbiliti gruppi ta' PCNs ibbażati fuq il-kontenut ta' MgO għall-fini li jiġi stabbilit il-valur normali.

(27)

Fil-fażi definittiva, ġie meqjus li l-metodoloġija għandha tiġi allinejata sabiex tkun assigurata konsistenza bejn il-produtturi esportaturi li ngħataw MET u produtturi esportaturi oħra. Għalhekk, il-gruppi ta' PCNs fuq bażi ta' MgO ġew applikati wkoll sabiex jiġi kkalkulat il-valur normali għall-produtturi li ngħataw MET.

5.   Prezz ta' l-esportazzjoni

(28)

Produttur esportatur wieħed sostna li saru żbalji fil-livell ta' SG&A u profitt ta' importatur relatat.

(29)

Wara verifika, instab li l-affermazzjoni fir-rigward ta' l-SG&A setgħet tiġi aċċettata billi kien sar żball klerikali fl-istadju proviżorju. Madankollu, l-affermazzjoni marbuta mal-livell tal-profitt ma kellhiex bażi billi l-livell użat fil-kalkulazzjonijiet kien ibbażat fuq dak ta' importaturi u negozjanti indipendenti verifikati waqt l-investigazzjoni. It-talba dwar il-profitt għalhekk ġiet rifjutata.

(30)

Produttur esportatur ieħor sostna li l-marġini ta' profitt imnaqqsa għall-kumpaniji relatati tiegħu kienu eċċessivi u pprovda evidenza li l-profitt attwali kien f'livell aktar baxx. Ġie sostnut ukoll li l-profitt għandu jitnaqqas darba għall-aħħar negozjant relatat biss u mhux għan-negozjanti intermedji relatati. Barra minn hekk, huwa sostna li l-kalkulazzjoni tat-tnaqqis tal-VAT fuq l-esportazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prezz tal-materja prima u mhux fuq il-prezz ta' l-esportazzjoni tal-prodotti.

(31)

Fuq il-bażi ta' l-evidenza ġdida pprovduta, il-marġini ta' profitt għan-negozjanti relatati ġie rranġat fuq il-bażi tad-data minn negozjanti oħra indipendenti. Madankollu, it-talba dwar il-VAT fuq l-esportazzjoni ġiet miċħuda billi l-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza li ssostni t-talba tagħha.

(32)

Kuntrarju għall-pożizzjoni tiegħu fi stadju proviżorju, produttur esportatur wieħed li ngħata IT sostna, fi stadju tard ħafna fl-investigazzjoni, li huwa kien relatat ma' importatur tal-Komunità u talab li l-marġini ta' dumping tiegħu jiġi rivedut f'dan is-sens. Huwa sostna li l-marġini ta' dumping tiegħu għandu jiġi kkalkulat billi wieħed jitlaq mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ta' l-allegat importatur relatat. Għalkemm il-produttur esportatur u l-importatur tal-Komunità rrikonoxxew li huma ma kellhom l-ebda rabta legali biex tiġi stabbilita b'mod ċar ir-relazzjoni tagħhom, huma sostnew li għandhom madankollu jiġu kkunsidrati bħala relatati minħabba l-kooperazzjoni twila tagħhom fin-negozju tal-briks tal-manjesja.

(33)

Madankollu, il-kumpaniji msemmija ma pprovdew l-ebda evidenza ġdida li tista' twassal għall-konklużjoni li huma relatati fis-sens tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-importatur tal-Komunità kellu relazzjoni simili ma' esportatur Ċiniż ieħor, iżda ma sostniex l-istess relazzjoni għal dan l-esportatur. Fuq din il-bażi, ma hemm l-ebda raġuni sabiex tinbidel il-konklużjoni proviżorja li dawn il-kumpaniji m'humiex relatati. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(34)

Fl-istadju proviżorju, il-prezz ta' l-esportazzjoni għall-kumpaniji li ngħataw MET ġie stabbilit fil-livell tal-PCN iżda għall-kumpaniji li ngħataw IT ġew applikati raggruppamenti għal PCNs fuq il-bażi ta' MgO għall-prezz ta' l-esportazzjoni. Fl-istadju definittiv, il-Kummissjoni ssimplifikat il-metodoloġija sabiex tassigura li ġew applikati konsistenza u raggruppamenti għall-PCNs fuq bażi ta' MgO biex jiġi kkalkulat il-prezz ta' l-esportazzjoni għall-produtturi mogħtija MET ukoll.

(35)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, is-sejbiet proviżorji stipulati fil-premessi (59)-(60) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

6.   Tqabbil

(36)

Fin-nuqqas ta' pretensjonijiet sostanzjati, is-sejbiet proviżorji kif deskritti fil-premessi (61)-(62) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

7.   Marġini ta' dumping

7.1.   Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mogħtija MET/IT

(37)

Il-marġini medji peżati definittivi ta' dumping espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Liaoning Mayerton Refractories Co. Ltd.

2,7  %

Yingkou Sanhua Refractory Materials Co. Ltd.

8,1  %

Yingkou Guangyang Refractories Co. Ltd.

18,6  %

Yingkou Kyushu Refractories Co. Ltd.

18,6  %

Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd.

27,7  %

Yingkou Qinghua Refractories Co. Ltd.

22,2  %

7.2   Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha

(38)

Minħabba data ġdida li saret disponibbli fuq il-kwantitajiet importati, il-livell ta' kooperazzjoni ġie kkalkulat mill-ġdid u nstab li kien ogħla minn dak stabbilit proviżorjament. Madankollu, irid jiġi kkonfermat li l-livell ta' kooperazzjoni kien wieħed baxx.

(39)

Fl-istadju proviżorju, il-marġini ta' dumping għall-pajjiż kollu ġie ffissat fil-livell ta' l-ogħla marġini stabbilit għall-produtturi li kkooperaw. Madankollu, fl-istadju definittiv, il-metodoloġija tal-kalkulazzjoni tal-marġini għall-pajjiż kollu ġiet riveduta b'mod konformi mal-prattika konsistenti tal-Kummissjoni f'każ ta' kooperazzjoni baxxa. Il-marġini ta' dumping għall-pajjiż kollu għalhekk ġie mkejjel mill-ġdid bħala medja peżata ta':

(a)

il-marġini ta' dumping misjub għall-grupp rappreżentattiv tal-prodott konċernat esportat mill-uniku produttur esportatur li kkoopera mhux mogħti MET jew IT; u

(b)

l-ogħla marġini ta' dumping misjub għall-grupp rappreżentattiv tal-prodott konċernat esportat mill-istess esportatur li kkoopera.

(40)

Għalhekk, il-marġini ta' dumping għall-pajjiż kollu ġie ffissat b'mod definittiv għal 51,5 %.

D.   DANNU

1.   Produzzjoni tal-Komunità

(41)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ġdid ippreżentat, is-sejbiet proviżorji fir-rigward tal-produzzjoni totali tal-Komunità kif stipulati fil-premessa (68) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

2.   Definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

(42)

Diversi partijiet interessati argumentaw li l-produttur Komunitarju RHI għandu jiġi eskluż mill-industrija tal-Komunità, kuntrarju għall-konklużjoni fir-Regolament proviżorju. Dawn il-partijiet sostnew li n-negozju prinċipali ta' RHI ma jinsabx fil-Komunità u li l-volum ta' importazzjonijiet tiegħu fl-IP kien kważi l-istess bħal dak tal-grupp Refratechnik (“Refratechnik”), produttur importatur ieħor li kien eskluż mill-industrija tal-Komunità.

(43)

Huwa mfakkar mill-premessa (70) fir-Regolament proviżorju li l-akbar siti ta' produzzjoni ta' RHI fir-rigward tal-prodott konċernat kif ukoll is-sede tagħha u ċ-ċentru ta' R&D jinsabu fil-Komunità. Kien ċar ukoll li l-kumpanija tal-produzzjoni Komunitarja ta' RHI kienet entità legali separata mill-kumpanija tal-produzzjoni tagħha Ċiniża. Anki jekk RHI hija grupp globali u għandha sit tal-produzzjoni fil-PRC taħt entità legali separata, hija xorta tipproduċi l-maġġoranza kbira tal-briks tal-manjesja tagħha, li wara jinbiegħu fis-suq tal-Komunità, fis-siti tal-produzzjoni tagħha ġewwa l-Komunità. Billi proporzjon żgħir biss tal-bejgħ tagħha fis-suq tal-Komunità jiġi impurtat mill-PRC, RHI mhijiex protetta mill-importazzjonijiet dumped u l-benefiċċji ekonomiċi li tista' tikseb minn dawn l-importazzjonijiet, jekk hemm, huma minimi. Għalhekk, ma hemmx raġunijiet konvinċenti għaliex RHI għandha tiġi eskluża mill-industrija tal-Komunità.

(44)

Barra dan, instab li kwalunkwe paragun mas-sitwazzjoni ta' Refratechnik m'huwiex f'loku. L-ewwelnett, billi la ilmentatur u lanqas appoġġjat l-ilment, Refratechnik ma setgħetx tkun inkluża fid-definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, b'kuntrast mas-sitwazzjoni ta' RHI diskussa hawn fuq, għalkemm Refratechnik impurtat volumi assoluti simili, dawn kienu jirrappreżentaw perċentwali ferm akbar tal-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Komunità. Huwa mfakkar li (i) kważi nofs il-bejgħ ta' Refratechnik fis-suq tal-Komunità ġie prodott fil-PRC; (ii) in-negozju prinċipali fir-rigward tal-prodott konċernat ġie meħud parzjalment lejn iċ-Ċina, u (iii) Refratechnik ibbenefikat b'mod ċar mill-bejgħ tal-prodott importati. Refratechnik kienet differenti b'mod sostanzjali minn RHI f'dawn l-elementi kollha. Għal dawn ir-raġunijiet, it-talbiet kellhom jiġu miċħuda u huwa kkonfermat li RHI hija parti mill-industrija tal-Komunità.

(45)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor ippreżentat, id-definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità kif stipulata fil-premessi (69) sa (78) tar-Regolament proviżorju hija b'dan ikkonfermata.

3.   Il-konsum tal-Komunità

(46)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment sottomess, il-kalkolazzjoni tal-konsum tal-Komunità kif stipulata fil-premessi (79) sa (82) tar-Regolament proviżorju hija b'dan ikkonfermata.

4.   Importazzjonijiet fil-Komunità mill-PRC

4.1.   Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet konċernati

(47)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ippreżentat, is-sejbiet dwar is-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet konċernati kif stipulat fil-premessi (83) sa (84) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

4.2.   Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni u t-twaqqigħ fil-prezz tal-bejgħ

(48)

Huwa mfakkar li, kif stipulat fil-premessi (85) sa (87) tar-Regolament proviżorju, sar tqabbil bejn il-prezzijiet ex-works ta' l-industrija tal-Komunità u dawk tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż konċernat fil-livell CIF tal-fruntiera tal-Komunità.

(49)

Waqt li tqieset il-metodoloġija riveduta għall-marġini tal-bejgħ bi prezz anqas fil-premessa (86) hawn taħt, kien meqjus ukoll xieraq li tiġi riveduta bl-istess mod il-metodoloġija tat-twaqqigħ tal-prezz. Il-marġini riveduti ta' bejgħ bi prezz anqas għall-produtturi esportaturi li ngħataw MET jew IT kienu fil-medda ta' 13 % sa 37 %. It-twaqqigħ medju fil-prezz kien ikkalkulat fi 23,9 %.

(50)

Minbarra l-aġġustamenti li saru kif stipulat fil-premessa (49), u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, il-premessi (85) sa (87) tar-Regolament proviżorju dwar il-prezzijiet ta' l-importazzjoni u t-twaqqigħ tal-prezzijiet huma kkonfermati.

5.   Is-sitwazzjoni ta' l-Industrija tal-Komunità

(51)

Huwa mfakkar li fil-premessa (111) tar-Regolament proviżorju, ġie proviżorjament stabbilit li l-industrija tal-Komunità kienet sofriet dannu materjali fis-sens ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

(52)

Diversi partijiet interessati ddubitaw l-interpretazzjoni taċ-ċifri relatati mas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità kif preżentata fil-premessi (88) sa (111) tar-Regolament proviżorju. Huma sostnew li l-figuri ma kienu juru l-ebda dannu materjali. Dawn il-partijiet sostnew li l-industrija tal-Komunità qiegħda tagħmel profitti, li huma kompetittivi u li l-prospettivi kummerċjali tagħhom huma pożittivi ħafna. Dan għandu jwassal għall-konklużjoni li l-industrija tal-Komunità ma sofrietx dannu materjali.

(53)

Huwa nnotat li l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ddubitat il-figuri relatati mas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità fihom infushom, iżda pjuttost l-interpretazzjoni tagħhom. Fil-fatt, meta wieħed iħares biss lejn ċerti indikaturi tal-volum bħalma huma l-produzzjoni, is-sehem tas-suq jew il-bejgħ fis-suq tal-Komunità, iżolati minn indikaturi oħra, dawn ma jurux xejra negattiva ħafna.

(54)

Madankollu, huwa mfakkar li l-industrija tal-Komunità rrispondiet għall-importazzjonijiet dumped fuq il-perjodu kkunsidrat billi naqqset il-prezzijiet tagħha sabiex iżżomm il-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq tal-Komunità. Dan wassal għal tnaqqis kbir fil-profittabilità. F'ċirkustanzi bħal dawn, id-dannu huwa konsegwentement rifless b'mod partikolari fil-prezzijiet u l-profittabilità.

(55)

Barra minn hekk, meta jiġi analizzat l-iżvilupp ta' l-indikaturi ekonomiċi ta' l-industrija tal-Komunità bejn l-2001 u l-IP, wieħed irid iżomm f'moħħu li l-industrija tal-Komunità kienet diġà ġiet ristrutturata sabiex tnaqqas il-kapaċitajiet żejda u sabiex tirrazzjonalizza fis-snin disgħin. Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat (2001), l-industrija tal-Komunità kienet f'qagħda ekonomika stabbli u kienet qiegħda tagħmel profitti raġonevoli. Madankollu, kif jista' jidher mill-iżviluppi tat-tnaqqis sostanzjali fil-profittabilità tal-bejgħ tal-Komunità (premessa (98) tar-Regolament proviżorju) u l-prezzijiet medji dejjem jonqsu tal-bejgħ (premessa (94) tar-Regolament proviżorju), is-sitwazzjoni ddeterjorat b'mod sinjifikanti bejn l-2001 u t-tmiem ta' l-IP.

(56)

Rigward is-sitwazzjoni daqsxejn aħjar fl-IP, huwa mfakkar li din inkisbet bi tnaqqis addizzjonali fl-ispejjeż u li s-sitwazzjoni fl-IP kienet għadha 'l bogħod mil-livell li jista' jinkiseb fin-nuqqas ta' importazzjonijiet dumped (premessa (99) tar-Regolament proviżorju).

(57)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor sottomess ma' dan ta' hawn fuq, is-sejbiet fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, kif stipulati fil-premessi (88) sa (111) tar-Regolament proviżorju, huma b'dan ikkonfermati.

6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(58)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, huwa kkonfermat li l-industrija tal-Komunità sofriet dannu materjali fis-sens ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻA

1.   Impatt ta' l-importazzjonijiet mill-PRC

(59)

Parti waħda interessata allegat li l-importazzjonijiet ma kellhomx effett fuq l-industrija tal-Komunità billi s-sehem tas-suq u l-volumi tal-bejgħ kienu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, instab li l-industrija tal-Komunità sofriet dannu materjali (premessa (58)) u li setgħu jżommu biss is-sehem tas-suq tagħhom bi tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet li wassal għal tnaqqis ta' 55 % fil-profittabilità. Dan l-iżvilupp ikkoinċida maż-żieda fl-importazzjonijiet. Huwa mfakkar li l-volumi ta' importazzjonijiet mill-PRC żdiedu b'madwar 150 % u s-sehem tas-suq tagħhom żdied b'118 % tul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mill-PRC naqsu bi 22 % u kien qed isir twaqqigħ sostanzjali fil-prezzijiet (premessa (49)). Għalhekk, u billi t-talba ma kinitx issostanzjata aktar, dan l-argument kellu jiġi mwarrab. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, is-sejbiet tal-premessa (113) huma b'dan ikkonfermati.

2.   L-impatt ta' l-iżviluppi fi ħdan l-industrija ta' l-azzar

(60)

Parti waħda interessata allegat li l-progress tekniku li kien qed jirriżulta fi briks li jservu aktar u fi proċess effiċjenti ta' produzzjoni ta' l-azzar, kien qiegħed jikkawża d-dannu sofrut mill-industrija tal-Komunità u li dan ma ġiex ikkunsidrat b'mod suffiċjenti fir-Regolament proviżorju.

(61)

F'dan ir-rigward huwa mfakkar li, fuq il-bażi tad-data miksuba mill-industrija ta' l-utent, it-tnaqqis fil-briks tal-manjesja użati għal kull tunnellata ta' azzar prodott kien ikkalkulat għal madwar 2 % fl-IP (premessa (116) tar-Regolament proviżorju). Barra minn hekk, instab li l-konsum tal-Komunità kien stabbli matul il-perjodu kkunsidrat (premessa (82) tar-Regolament proviżorju). Fuq il-bażi ta' dawn il-figuri, jista' jiġi konkluż li l-progress tekniku seta' kellu biss impatt minuri, jekk xejn, fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. L-argument għalhekk kellu jiġi rifjutat.

3.   L-impatt tal-bidliet fil-munita

(62)

Fattur ieħor li ġie sostnut li kkawża d-dannu huwa l-waqgħa fir-rata tal-kambju tad-dollaru (li huwa marbut mar-RMB Ċiniż) kontro l-euro. Id-deprezzament tad-dollaru kontra l-euro ammonta għal madwar 31 % fil-perjodu kkunsidrat.

(63)

Huwa mfakkar li d-dumping ġie stabbilit billi ġew ipparagunati l-prezzijiet kollha fuq bażi ta' RMB u għalhekk ir-rata tal-kambju ma kellhiex influwenza fuq il-marġini ta' dumping misjuba. Rigward il-marġini ta' dannu, id-deprezzament tad-dollaru seta' inkoraġġixxa importazzjonijiet akbar tal-prodott konċernat lejn il-Komunità. Madankollu, irrispettivament minn jekk il-prezzijiet baxxi jistgħux ikunu sa ċertu punt dovuti għall-movimenti fil-munita, id-differenza sħiħa bejn il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità u dawk tal-produtturi esportaturi (ara l-premessa (49)) tikkostitwixxi l-livell ta' twaqqigħ fil-prezz li għandu jiġi kkunsidrat. Id-daqs tal-marġini ta' dannu f'dan il-każ juri li d-deprezzament tad-dollaru ftit li xejn seta' kkontribwixxa għad-dannu sofrut mill-industrija tal-Komunità.

4.   L-impatt ta' l-importazzjonijiet lejn il-Komunità mill-industrija tal-Komunità

(64)

Parti waħda interessata argumentat li l-importazzjonijiet mill-PRC minn RHI kienu qed jikkawżaw id-dannu misjub. Ta' min jinnota li 5 % biss tal-volum totali tal-bejgħ ta' RHI kien impurtat mill-PRC (premessa (121) tar-Regolament proviżorju) u li dawn l-importazzjonijiet kienu mibjugħa bi prezzijiet komparabbli ma' dawk ta' l-industrija Komunitarja fil-Komunità. Għalhekk, huwa konkluż li dawn l-importazzjonijiet ma kkawżawx id-dannu misjub.

5.   L-impatt ta' l-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Komunità

(65)

Parti waħda interessata sostniet li t-telf fl-esportazzjonijiet minħabba l-oxxillazzjoni fil-munita tad-dollaru Amerikan u t-tnaqqis li rriżulta fil-produzzjoni kkawżaw id-dannu. Madankollu, huwa mfakkar li l-esportazzjonijiet naqsu biss daqsxejn fuq il-perjodu kkunsidrat u li l-profittabilità tagħhom kienet ogħla minn dik tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità (premessa (122) tar-Regolament proviżorju). Huwa għalhekk improbabbli ħafna li dawn l-esportazzjonijiet seta' kellhom impatt negattiv sostanzjali fuq is-suq tal-Komunità.

6.   L-impatt ta' fatturi oħra

(66)

Parti waħda interessata allegat li l-iżvantaġġ ta' l-industrija tal-Komunità, dovut għall-fatt li r-riżorsi tal-manjesja jinsabu prinċipalment fil-PRC, kien kawża tad-dannu. Filwaqt li huwa minnu li l-minjieri għall-materja prima prinċipali jinsabu fil-PRC li jwassal għal vantaġġ strateġiku u fil-prezzijiet għall-produtturi fil-PRC, tali differenzi, li jirriżultaw f'vantaġġi ta' prezzijiet, ġew f'kull każ ikkunsidrati fit-tqabbil tal-prezzijiet.

7.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(67)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar il-kawżalità, il-konklużjonijiet misluta f'dan ir-rigward fil-premessi (112) sa (124) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

F.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   L-interess ta' l-industrija tal-Komunità

(68)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment sottomess fir-rigward ta' l-interess ta' l-industrija tal-Komunità, is-sejbiet stipulati fil-premessi (125) sa (129) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

2.   L-interess ta' l-importaturi

(69)

Żewġ importaturi indipendenti u importatur relatat wieħed ipprovdew sottomissjonijiet b'riżultat ta' l-iżvelar proviżorju. Importatur ieħor li ma kienx ikkoopera fil-proċediment ukoll issottometta kummenti kontra l-miżuri proviżorji fejn sostna li dawn ikollhom impatt negattiv fuq il-fatturat, l-impjiegi u l-profittabilità tagħhom minħabba li l-prodott konċernat kien jirrappreżenta proporzjon sostanzjali tan-negozju tagħhom. Dawn l-erba' kumpaniji importaturi kienu jirrappreżentaw madwar 35 % ta' l-importazzjonijiet totali fl-IP. Madankollu, il-kumpaniji ma ppreżentaw l-ebda evidenza ġdida li setgħet tibdel il-konklużjonijiet dwar l-interess tal-Komunità kif murija fir-Regolament proviżorju.

(70)

Argumenti oħra sottomessi mill-importaturi li qablu ma' dawk ta' l-utenti huma diskussi taħt il-premessi (73) sa (82).

(71)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, is-sejbiet stipulati fil-premessi (130) sa (132) tar-Regolament proviżorju fir-rigward ta' l-interessi ta' l-importaturi huma kkonfermati.

3.   L-interess tal-fornituri

(72)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment sottomess fir-rigward ta' l-interess tal-fornituri tal-Komunità, is-sejbiet kif stipulati fil-premessa (133) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

4.   L-interess ta' l-utenti

4.1.   L-istruttura tas-suq

(73)

Il-maġġoranza ta' l-utenti, importaturi u produtturi esportaturi reġgħu sostnew l-argument li l-miżuri jsaħħu struttura tas-suq li tikkonsisti minn ftit produtturi importanti u għalhekk tnaqqas il-kompetizzjoni. Għalkemm ma saru l-ebda argumenti ġodda f'dan ir-rigward, ġie pprovdut xi materjal addizzjonali biex jappoġġja din l-affermazzjoni.

(74)

Huwa mfakkar li l-akbar produttur fis-suq tal-Komunità ma kellux sehem tas-suq maġġoritarju fl-IP għall-prodott konċernat (premessa (141) tar-Regolament proviżorju). Dan is-sehem ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' data verifikata. Dan kien ikkontestat minn parti waħda interessata, iżda ma ngħatat l-ebda evidenza sostanzjata li s-sehem tas-suq kien ogħla mill-figura ta' hawn fuq. Barra minn hekk, ma ġiet fornuta l-ebda evidenza sostanzjali mill-partijiet interessati ta' xi mġiba anti-kompetittiva ta' l-atturi prinċipali fis-suq tal-Komunità li setgħet issostni l-allegazzjoni. Barra dan, diversi produtturi Komunitarji oħra kienu jipproduċu l-prodott konċernat. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, is-sejba deskritta fil-premessi (140) sa (141) tar-Regolament proviżorju hija għalhekk ikkonfermata.

4.2.   Skarsezza ta' provvista u żidiet fl-ispejjeż

(75)

Ġie sostnut li l-miżuri jwasslu għal skarsezza fil-provvista tal-prodott konċernat fis-suq tal-Komunità billi l-produtturi esportaturi jieqfu jesportawh lejn il-Komunità minħabba l-miżuri. Dan l-argument ma kien issostanzjat b'ebda evidenza dokumentata. Hawnhekk ta' min jinnota li l-għadd ta' sorsi ta' provvista disponibbli fil-PRC u fil-Komunità jagħmilha improbabbli li jkun hemm xi skarsezza ta' provvista. Dan l-argument għalhekk huwa bla bażi.

(76)

Ġie sostnut ukoll li l-fornituri tal-materja prima jistgħu jkunu sfurzati li jnaqqsu l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità minħabba fatturi bħal nuqqas ta' elettriċità fil-PRC, minn fejn jiġu l-biċċa l-kbira tal-materji primi tal-manjesit. Ġie allegat li konsegwentement il-prezzijiet għall-manjesit bdew jiżdiedu fl-2005, li wassal għal skarsezza tal-materja prima fis-suq tal-Komunità. Huwa evidenti li l-forniment mill-PRC tal-materja prima neċessarji sabiex jiġu prodotti l-briks tal-manjesja jista' jvarja skond fatturi interni u jista' jwassal għal żieda fil-prezzijiet għall-manjesit. Madankollu, dan se jkollu l-istess impatt fuq il-produtturi tal-Komunità li jużaw manjesit ta' oriġini Ċiniża hekk kif se jkollu impatt fuq il-produtturi Ċiniżi ta' briks tal-manjesja. Dawn l-argumenti għalhekk m'humiex rilevanti biex ikun stmat l-impatt ta' l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping.

(77)

L-industrija ta' l-utent esprimiet ukoll it-tħassib tagħha li l-miżuri se jwasslu għal żieda sostanzjali fl-ispejjeż għall-briks tal-manjesja u li dan għandu jittieħed in konsiderazzjoni meta jiġi kkunsidrat l-effett bħala prezz tal-miżuri fuq l-industrija ta' l-azzar. Madankollu, l-industrija ta' l-azzar ġeneralment ma ddubitatx il-fatt li l-briks tal-manjesja huma responsabbli għal ħafna anqas minn 1 % ta' l-ispejjeż totali tagħhom (premessa (143) tar-Regolament proviżorju). Minkejja dan, huwa rrimarkaw li għandha tingħata konsiderazzjoni għall-fatt li (i) l-prodott huwa ta' importanza strateġika; (ii) falliment tekniku tal-briks tal-manjesja jista' jikkawża spejjeż addizzjonali sostanzjali; u (iii) il-prezzijiet huma probabbli li jiżdiedu b'mod konsiderevoli minħabba fatturi oħra.

(78)

Diġà ġie nnotat fir-Regolament proviżorju fil-premessa (135) li r-refrattorji huma materjal konsumabbli ta' importanza strateġika kbira ħafna għall-industrija ta' l-azzar billi l-azzar kollu jrid jgħaddi minn ġol-konvertituri, il-fran u l-kuċċari tiegħu. Konsegwentement, difett fil-materjal refrattorju jista' jikkawża dannu materjali f'termini ta' produzzjoni interrotta, tiswijiet u sigurtà. Għalhekk, provvista suffiċjenti fi kwalità għolja, jiġifieri briks li jservu fit-tul, u appoġġ tekniku tajjeb hija fattur importanti ħafna għall-industrija ta' l-azzar.

(79)

Għalkemm huwa importanti li jiġi kkunsidrat jekk materjal huwiex importanti strateġikament jew mod ieħor, il-prezz tiegħu pparagunat mal-prezz totali tal-produzzjoni huwa wkoll kwistjoni sostanzjali f'analiżi ta' l-interess tal-Komunità. Għalhekk, il-fatt mhux iddubitat li l-prezz tal-briks tal-manjesja huwa inqas minn 1 % tal-prezz totali tal-produzzjoni ta' l-azzar jibqa' fattur deċiżiv.

(80)

F'dan ir-rigward, wieħed għandu jinnota wkoll li m'huwiex l-iskop tal-miżuri anti-dumping li jipprojbixxu l-importazzjonijiet iżda li jżidu l-prezzijiet għal livell sostenibbli, mhux inġurjuż. Minħabba l-livell tal-miżuri (b'medja peżata ta' madwar 20 %), huwa probabbli li importazzjonijiet mhux inġurjużi Ċiniżi xorta jidħlu fis-suq u jipprovdu għal kompetizzjoni valida. Pajjiżi terzi oħra wkoll ipprovdew sorsi possibbli ta' provvista, anki jekk fl-IP dawn kienu f'volumi baxxi.

(81)

Ta' min ifakkar ukoll li jekk ma jiġux imposti miżuri, hemm riskju li fil-perjodu fit-tul, il-produzzjoni Komunitarja tal-prodott konċernat tiġi trasferita lejn il-PRC. Meta wieħed jikkunsidra n-nuqqas ta' produtturi importanti f'pajjiżi terzi oħra u li l-prodott konċernat huwa ta' importanza strateġika għall-industrija ta' l-azzar, hija evidenti li dipendenza bħal din fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi m'hijiex xenarju vijabbli għall-industrija ta' l-azzar tal-Komunità. Din il-konsiderazzjoni tar-Regolament proviżorju (premessa (138) tar-Regolament proviżorju) kienet iddubitata minn importatur u kumpanija waħda ta' l-azzar. Madankollu, hija ma kinetx ikkontestata mill-maġġoranza kbira ta' l-industrija ta' l-azzar, u dan iwassal għall-konklużjoni li huwa wkoll fl-interess tagħhom li produzzjoni vijabbli ta' briks tal-manjesja tibqa' fi ħdan il-Komunità.

(82)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor sottomess fir-rigward ta' l-allegat tħarbit fl-istruttura tas-suq u ż-żidiet fl-ispejjeż, is-sejbiet stipulati fil-premessi (140) sa (143) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

4.3.   Konklużjoni dwar l-interess ta' l-utenti

(83)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor sottomess fir-rigward ta' l-interess ta' l-utenti, is-sejbiet stipulati fil-premessi (134) sa (144) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(84)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet misluta fir-Regolament proviżorju u meta wieħed iqis is-sottomissjonijiet magħmula mid-diversi partijiet, huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti biex ma jkunux imposti miżuri anti-dumping definittivi kontra importazzjonijiet ta' briks tal-manjesja li joriġinaw fil-PRC. Il-konklużjoni stipulata fil-premessi (145) u (146) tar-Regolament proviżorju hija għalhekk ikkonfermata.

Ġ.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

(85)

Fir-Regolament proviżorju, il-livell ta' l-eliminazzjoni tad-dannu ġie kkalkulat billi ntużaw 5 gruppi ta' PCNs skond il-kontenut ta' MgO tal-briks. Din il-metodoloġija kienet issemmiet għall-ewwel darba fil-kwestjonarji li ntbagħtu fil-bidu ta' din l-investigazzjoni u l-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw. L-aġġustamenti għal din il-metodoloġija ġew mitluba u investigati kif stipulat fil-premessi (86) sa (88).

(86)

Fir-Regolament proviżorju sar aġġustament standard għall-prezzijiet ta' l-esportazzjoni CIF sabiex jiġu koperti l-ispejjeż ta' l-importazzjoni, l-ispejjeż ta' l-importatur u l-livell tal-kummerċ. Investigazzjoni sussegwenti wriet li dawn l-aġġustamenti għandhom jiġu riveduti sabiex jirriflettu b'mod preċiż l-ispejjeż assoċjati ma' kull kanal tal-bejgħ. Il-marġini ta' eliminazzjoni tad-dannu kkalkulati huma murija fil-premessa (90).

(87)

Assoċjazzjoni ta' l-utenti sostniet li d-differenza fil-prezzijiet għar-raża jew iż-żift, li jintużaw bħala legatur għall-briks tal-manjesja ma ġietx ikkunsidrata fil-kalkulazzjonijiet. Filwaqt li huwa minnu li l-prezzijiet għaż-żift, li jintuża prinċipalment fil-produzzjoni tal-Komunità huma aktar baxxi milli għar-raża, ġie sostnut b'mod issostanzjat mill-produtturi tal-Komunità li l-ispejjeż ogħla għall-proċess ta' produzzjoni ftit aktar elaborat għaż-żift jassorbu d-differenza. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza sostanzjata f'din l-investigazzjoni biex tgiddeb dawn is-sejbiet. Din it-talba għalhekk ġiet miċħuda.

(88)

Barra minn hekk, utent wieħed allega li kienet teżisti differenza fir-raggruppamenti ta' PCNs deskritti fil-premessa (85) bejn il-briks użati fil-konvertituri u l-briks użati fil-kuċċari. L-industrija tal-Komunità biegħet perċentwali ogħla tal-briks aktar għaljin tal-konvertituri milli l-produtturi esportaturi fil-PRC. L-utent argumenta li din il-kwistjoni għandha tkun riflessa aħjar fit-tqabbil tal-prezzijiet. Madankollu, din l-affermazzjoni ma kinitx issostanzjata billi ma kienx ċar liema PCNs kienu affettwati u sa liema punt. Din it-talba għalhekk ġiet miċħuda.

(89)

Huwa mfakkar li l-prezz mhux inġurjuż ġie kkalkulat billi ntuża marġini ta' profitt ta' 8 %. Din il-figura ma ġiet ikkontestata minn ebda parti interessata u għalhekk hija kkonfermata b'mod definittiv.

(90)

Il-marġini medji peżati ta' dannu definittivi għall-kumpaniji li ngħataw IT jew MES huma:

Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd.

42,5  %

Liaoning Mayerton Refractories Co. Ltd.

22,7  %

Yingkou Guangyang Refractories Co. Ltd.

27,7  %

Yingkou Kyushu Refractories Co. Ltd.

27,7  %

Yingkou Qinghua Refractories Co. Ltd.

15,3  %

Yingkou Sanhua Refractory Material Co. Ltd.

48,2  %

(91)

Wara d-diversi aġġustamenti msemmija hawn fuq li saru għall-valur normali u għall-prezzijiet ta' l-esportazzjoni, il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu stabbilit fuq il-bażi tad-data ta' kumpaniji li kkooperaw li ma ngħatawx MET jew IT u kumpaniji li ma kkooperawx instab li kien 39,9 %.

(92)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, għajr l-emendi diskussi hawn fuq, il-metodoloġija stipulata fil-premessi (147) sa (152) tar-Regolament proviżorju hija b'dan ikkonfermata.

2.   Miżuri definittivi

(93)

Fid-dawl ta' dak li ssemma qabel u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fil-livell tal-marġini ta' dumping jew fil-livell tal-marġini ta' dannu kkalkulat fil-każijiet kollha, meta dan ikun aktar baxx mill-marġini ta' dumping misjub.

(94)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, id-dazji definittivi għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta' eliminazzjoni tad-dannu

Marġini ta' dumping

Dazju anti-dumping propost

Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd

42,5  %

27,7  %

27,7  %

Liaoning Mayerton Refractories Co. Ltd

22,7  %

2,7  %

2,7  %

Yingkou Guangyang Refractories Co. Ltd

27,7  %

18,6  %

18,6  %

Yingkou Kyushu Refractories Co. Ltd

27,7  %

18,6  %

18,6  %

Yingkou Qinghua Refractories Co. Ltd

15,3  %

22,2  %

15,3  %

Yingkou Sanhua Refractory Material Co. Ltd

48,2  %

8,1  %

8,1  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

39,9  %

51,5  %

39,9  %

(95)

Ir-rati individwali ta' dazju anti-dumping speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju (kuntrarju għad-dazju fuq il-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” għalhekk japplikaw esklussivament għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiż konċernat u magħmula mill-kumpaniji speċifikament imsemmija. Prodotti impurtati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament b'isimha u l-indirizz tagħha fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, fosthom entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikun suġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(96)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju anti-dumping individwali (eż. wara bidla fl-isem ta' l-entità jew wara l-istabbiliment ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjon (3) i flimkien ma' l-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata ma', per eżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, għandha tipproponi l-emenda tar-Regolament kif meħtieġ billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta' dazju individwali.

3.   Garanziji

(97)

Matul il-kors ta' l-investigazzjoni, ħames produtturi esportaturi fil-PRC esprimew interess li joffru garanzija. Madankollu, tliet produtturi esportaturi biss finalment offrew garanziji tal-prezzijiet skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(98)

Waħda mill-kumpaniji ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Għalhekk, din l-offerta ta' garanzija kellha tiġi rifjutata.

(99)

Kumpanija oħra li kienet ingħatat trattament individwali offriet garanzija konġunta flimkien ma' negozjant indipendenti bbażat fl-Iżvizzera. Offerta ta' garanzija konġunta ma' kumpanija indipendenti normalment trid tiġi rifjutata minħabba li l-preżenza tan-negozjant indipendenti tirrendi l-monitoraġġ tal-flussi finanzjarji mhux prattikabbli. Barra minn hekk, in-negozjant indipendenti huwa relatat direttament jew indirettament mal-biċċa l-kbira tal-klijenti ta' l-UE tiegħu. Dan kollu jwassal għal struttura korporattiva kumplessa ħafna li ma tippermettix li jiġu mmonitorjati l-flussi finanzjarji u għalhekk il-prezzijiet li finalment jiġu mħallsa. Għalhekk, garanzija bħal din la hija kkunsidrata infurzabbli u lanqas effettiva. Għalhekk, l-offerta kellha tiġi rifjutata.

(100)

Produttur esportatur ieħor, li kien ingħata trattament individwali, offra flimkien mal-kummerċjant relatat tiegħu fil-PRC, garanzija konġunta tal-prezz marbuta ma' limitu kwantitattiv. Huma ftehmu li jbigħu l-prodott konċernat fil-limitu kwantitattiv fi jew 'il fuq mil-livelli ta' prezzijiet li jeliminaw l-effetti inġurjużi tad-dumping. L-importazzjonijiet lilhinn mil-limitu kwantitattiv se jkunu suġġetti għad-dazji anti-dumping. Il-kumpaniji għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni regolari u dettaljata dwar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità, li jfisser li l-garanzija tkun tista' tiġi mmonitorjata b'mod effettiv mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-istruttura tal-bejgħ ta' dawn il-kumpaniji hija tali li l-Kummissjoni tikkunsidra li r-riskju ta' ħrib mill-garanzija miftiehma huwa limitat.

(101)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja b'mod effettiv l-osservanza tal-garanzija mill-kumpaniji, meta t-talba għar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tad-dwana rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta' fattura kummerċjali li jkun fiha talanqas l-elementi elenkati fl-Anness. Dan il-livell ta' informazzjoni huwa neċessarju wkoll sabiex jippermetti lill-awtoritajiet tad-dwana li jaċċertaw bi preċiżjoni suffiċjenti li l-merkanzija trasportata tikkorrispondi mad-dokumenti kummerċjali. Meta ma tiġi ppreżentata l-ebda fattura bħal din, jew meta din ma tkunx tikkorrispondi mal-prodott ippreżentat lid-dwana, ir-rata xierqa ta' dazju anti-dumping titħallas minflok.

(102)

Sabiex jiġi żgurat aktar ir-rispett effettiv tal-garanzija, l-importaturi għandhom isiru konxji li kwalunkwe ksur tal-garanzija jista' jwassal għall-applikazzjoni retrospettiva tad-dazju anti-dumping għat-transazzjonijiet rilevanti. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu implimentati disposizzjonijiet legali li jipprovdu għal ammonti dovuti lid-dwana fil-livell ta' dazju anti-dumping xieraq kull meta kundizzjoni waħda jew aktar għall-eżenzjoni ma jiġux rispettati. Għalhekk għandu jiġġarrab ammont dovut lid-dwana kull meta d-dikjarant ikun għażel li jirrilaxxa l-prodotti għal ċirkulazzjoni libera, jiġifieri mingħajr ġbir ta' dazju anti-dumping, u kull meta jinstab li kundizzjoni waħda jew aktar ta' dik il-garanzija tkun inkisret.

(103)

F'każ ta' vjolazzjoni, id-dazju anti-dumping jista' jiġi rkuprat, bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tkun irtirat l-aċċettazzjoni tal-garanzija skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku, billi tirreferi għal dik it-transazzjoni partikolari u, skond il-każ, billi tiddikjara l-fattura rilevanti tal-garanzija bħala invalida. Għalhekk, skond l-Artikolu 14(7) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni kull meta jinstabu indikazzjonijiet ta' ksur tal-garanzija.

(104)

Għal din ir-raġuni, l-offerta ta' garanzija hija għalhekk ikkunsidrata bħala aċċettabbli u l-kumpaniji konċernati ġew infurmati bil-fatti, il-konsiderazzjonijiet u l-obbligi essenzjali li fuqhom hija bbażata l-aċċettazzjoni.

(105)

Wieħed għandu jinnota li f'każ ta' ksur jew irtirar tal-garanzija jew suspett ta' vjolazzjoni, jista' jiġi impost dazju anti-dumping, skond l-Artikolu 8(9) u (10) tar-Regolament bażiku.

(106)

Il-garanzija ta' hawn fuq hija aċċettata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/704/KE (4).

4.   Ġbir ta' dazji proviżorji

(107)

Minħabba d-daqs tal-marġini ta' dumping misjuba u fid-dawl tal-livell tad-dannu materjali kkawżat lill-Industrija tal-Komunità, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti assigurati permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju, impost bir-Regolament (KE) Nru 552/2005, għandhom jiġu miġbura bir-rata tad-dazju imposta b'mod definittiv. Meta d-dazji definittivi jkunu ogħla mid-dazji proviżorji, għandhom jinġabru biss l-ammonti assigurati fil-livell tad-dazji proviżorji,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' briks tal-manjesja mhux moħmija, marbuta b'mod kimiku, li l-komponent tal-manjesja tagħhom fih mill-anqas 80 % MgO, fih jew le manjesit, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10 u ex 6815 99 90 (kodiċi TARIC 6815910010, 6815991020 u 6815999020).

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett tal-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun kif ġej:

Manifattur

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Liaoning Mayerton Refractories Co. Ltd., Jinqiao Development Zone, Dashiqiao, Liaoning Province, 115100, PRC

2,7  %

A632

Yingkou Sanhua Refractory Material Co. Ltd., Gangdu Management Zone, Dashiqiao City, Liaoning Province, 115100, PRC

8,1  %

A633

Yingkou Kyushu Refractories Co. Ltd., Houlashan, Jinqiao Village, Dashiqiao City, Liaoning Province 115100, PRC

18,6  %

A634

Yingkou Guangyang Refractories Co. Ltd., Houlashan, Jinqiao Village, Dashiqiao City, Liaoning Province, 115100, PRC,

18,6  %

A635

Yingkou Qinghua Refractories Co. Ltd., Qinghuayu Village, Qinghua District, Dashiqiao City, Liaoning Province, 115100, PRC

15,3  %

A636

Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd., Biangan Village, Nanlou Economic Development zone, Dashiqiao City, Liaoning Province, 115100, PRC

27,7  %

A638

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

39,9  %

A999

3.   Minkejja d-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2, id-dazju definittiv m'għandux japplika għal importazzjonijiet iddikjarati għal rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

1.   L-importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera li l-fattura tagħhom tinħareġ minn kumpaniji li l-garanziji tagħhom huma aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fid-Deċiżjoni 2005/704/KE, li tistabbilixxi Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità kif emendat minn żmien għal żmien, għandhom ikunu eżentati mid-dazji anti-dumping imposti mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

ikunu manifatturati, mibgħuta u nħarġitilhom fattura direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità; u

dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati minn fattura valida tal-garanzija. Fattura tal-garanzija hija fattura kummerċjali li tinkludi talanqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness; u

il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu eżatt mad-deskrizzjoni fuq il-fattura tal-garanzija.

2.   Ammont dovut lid-dwana għandu jiġġarrab fil-mument ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-prodotti deskritti fl-Artikolu 1 u eżentati mid-dazju anti-dumping skond il-kundizzjonijiet elenkati f' (1), li kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn ma ġewx sodisfatti. It-tieni kundizzjoni stipulata f' (1) għandha tiġi kkunsidrata bħala mhux sodisfatta meta l-fattura tal-garanzija tinstab li ma tikkonformax mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness jew tinstab li mhijiex awtentika jew fejn il-Kummissjoni tkun irtirat l-aċċettazzjoni tal-garanzija skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 f'Regolament jew Deċiżjoni li tirreferi għal transazzjoni partikulari u tiddikjara l-fattura(i) tal-garanzija rilevanti bħala mhux validi.

3.   L-importaturi għandhom jaċċettaw bħala riskju normali tal-kummerċ li xi parti, tonqos milli tissodisfa xi waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati f' (1) u definiti aktar f' (2) tista' twassal għal ammont dovut lid-dwana skond l-Artikolu 201 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (5). L-ammont dovut lid-dwana mġarrab għandu jiġi rkuprat ma' l-irtirar ta' l-aċċettazzjoni tal-garanzija mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

L-ammonti assigurati permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju skond ir-Regolament (KE) Nru 552/2005 fuq importazzjonijiet ta' briks tal-manjesja mhux moħmija, marbuta b'mod kimiku, li l-komponent tal-manjesja tagħhom fih mill-anqas 80 % MgO, kemm jekk fih il-manjesit kif ukoll jekk le, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10 u ex 6815 99 90 (kodiċi TARIC 6815910010, 6815991020 u 6815999020) għandhom jinġabru b'mod definittiv skond ir-regoli stipulati hawn taħt. L-ammonti li huma ggarantiti aktar mir-rata definittiva tad-dazji anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati. Meta d-dazji definittivi jkunu ogħla mid-dazji proviżorji, għandhom jinġabru biss l-ammonti assigurati fil-livell tad-dazji proviżorji.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 6 ta’ Ottubru 2005.

F'isem il-Kunsill

Il-President

A. DARLING


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 93, 12.4.2005, p. 6.

(3)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ, Direzzjoni B, Uffiċċju J-79 5/16, B-1049 Brussell.

(4)  Ara paġna 27 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).


ANNESS

L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-kumpanija lejn il-Komunità ta' briks tal-manjesja mhux moħmija, marbuta b'mod kimiku, li l-komponent ta' manjesja tagħhom fih mill-anqas 80 % MgO, kemm jekk fih il-manjesit kif ukoll jekk le, li huma soġġetti għal Garanzija:

1.

It-titlu “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA PRODOTTI SUĠĠETTI GĦAL GARANZIJA”.

2.

L-isem tal-kumpanija msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/704/KE, li taċċetta l-garanzija, li toħroġ il-fattura kummerċjali.

3.

In-numru tal-fattura kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtu l-prodotti fuq il-fatturi għandhom jinħarġu mid-dwana fil-fruntiera tal-Komunità.

6.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti, fosthom:

In-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN) għall-finijiet ta' l-investigazzjoni u tal-garanzija (eż. PCN 1, PCN 2, eċċ),

deskrizzjoni tal-prodotti f'lingwaġġ sempliċi li tikkorrispondi mal-PCN konċernat,

il-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC) (jekk japplika),

il-kodiċi NM,

il-kwantità (għandha tingħata f'tunnellati)

7.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, li tinkludi:

il-prezz għal kull tunnellata

it-termini ta' ħlas applikabbli,

it-termini ta' kunsinna applikabbli,

l-iskonti u r-rifużjonijiet totali.

8.

L-isem tal-kumpanija li taġixxi bħala importatur fil-Komunità li lilha tinħareġ il-fattura kummerċjali li takkumpanja prodotti suġġetti għal garanzija direttament mill-kumpanija.

9.

L-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpanija li ħarġet il-fattura u d-dikjarazzjoni ffirmata segwenti:

“Jien, s-sottoskritt, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-prodotti koperti minn din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u skond it-termini tal-garanzija offruta minn [KUMPANIJA], u aċċettata mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2005/704/KE, Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”