30.9.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

6


IR-REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru 1553/2005

tas-7 ta' Settembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien (EU-SILC)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien (EU-SILC) (2) jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika Komunitarja fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien, li jinkludu data trasversali u lonġitudinali komparabbli u attwali dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni ta' faqar u esklużjoni soċjali fuq livelli nazzjonali u Ewropej.

(2)

Bħala riżultat ta' l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, hemm il-ħtieġa li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003 jiġi estiż, minħabba li dak l-Anness jistipula għal kull Stat Membru d-daqsijiet minimi u effettivi ta' kampjuni meħtieġa taħt l-iskema EU-SILC.

(3)

Barra minn hekk, jidher li l-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri l-ġodda, u ħafna mill-Istati Membri eżistenti, jeħtieġu aktar żmien sabiex jaddattaw is-sistemi tagħhom għall-metodi u definizzjonijiet armonizzati użati għall-kumpilazzjoni ta' l-istatistiċi tal-Komunità.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu (2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Gran Brittanja jistgħu jibdew jiġbru kull sena data trasversali u lonġitudinali fl-2005.

L-awtorizzazzjoni hija soġġetta għall-kondizzjoni li dawk l-Istati Membri se jfornu data komparabbli għas-sena 2004 għall-indikaturi komuni trasversali ta' l-Unjoni Ewropea li kienu adottati mill-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2003 fil-kuntest tal-metodu miftuħ ta' kordinazzjoni u li jistgħu jitnisslu abbażi ta' l-istrument EU-SILC.”

(2)

Fl-Artikolu 13, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Estonja għandha tirċievi kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-ispiża tax-xogħol involut għall-erba' snin tal-ġabra ta' data mill-2005.

5.   L-iffinanzjar għas-sena 2007 għad irid jiġi żgurat permezz ta' programm futur tal-Komunità.”

(3)

L-Anness II għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, nhar is-7 ta' Settembru 2005

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

C. CLARKE


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2005 (għada mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2005.

(2)  ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 1.


L-ANNESS

“L-ANNESS II

ID-DAQS MINIMU EFFETTIV TAL-KAMPJUN

 

Nuklei ta' familji

Persuni 'l fuq minn 16-il sena li għandhom jiġu intervistati

Trasversali

Lonġitudinali

Trasversali

Lonġitudinali

1

2

3

4

Stati Membri ta' l-UE

Il-Belġju

4 750

3 500

8 750

6 500

Ir-Repubblika Ċeka

4 750

3 500

10 000

7 500

Id-Danimarka

4 250

3 250

7 250

5 500

Il-Ġermanja

8 250

6 000

14 500

10 500

L-Estonja

3 500

2 750

7 750

5 750

Il-Greċja

4 750

3 500

10 000

7 250

Spanja

6 500

5 000

16 000

12 250

Franza

7 250

5 500

13 500

10 250

L-Irlanda

3 750

2 750

8 000

6 000

L-Italja

7 250

5 500

15 500

11 750

Ċipru

3 250

2 500

7 500

5 500

Il-Latvja

3 750

2 750

7 650

5 600

Il-Lituwanja

4 000

3 000

9 000

6 750

Il-Lussemburgu

3 250

2 500

6 500

5 000

L-Ungerija

4 750

3 500

10 250

7 750

Malta

3 000

2 250

7 000

5 250

L-Olanda

5 000

3 750

8 750

6 500

L-Awstrija

4 500

3 250

8 750

6 250

Il-Polonja

6 000

4 500

15 000

11 250

Il-Portugall

4 500

3 250

10 500

7 500

Is-Slovenja

3 750

2 750

9 000

6 750

Is-Slovakkja

4 250

3 250

11 000

8 250

Il-Finlandja

4 000

3 000

6 750

5 000

L-Iżvezja

4 500

3 500

7 500

5 750

Ir-Renju Unit

7 500

5 750

13 750

10 500

Total ta' l-Istati Membri

121 000

90 750

250 150

186 850

L-Iżlanda

2 250

1 700

3 750

2 800

In-Norveġja

3 750

2 750

6 250

4 650

Total inkluż l-Iżlanda u n-Norveġja

127 000

95 200

260 150

194 300

NB: Ir-referenza hija għad-daqs tal-kampjun effettiv li huwa d-daqs meħtieġ jekk l-istħarriġ kien ibbażat fuq kampjuni sempliċi mingħajr ordni (l-effett tad-disinn fir-rigward tar-rata tar-riskju tal-faqar = 1,0). Id-daqs attwali tal-kampjuni għandu jkun ikbar sakemm l-effett tad-disinn ikun iktar minn 1,0 u biex jagħmel tajjeb għat-tipi kollha ta’ nuqqas ta’ risposta. Barra minnhekk id-daqs tal-kampjun jirreferi għan-numru ta’ familji validi li huma l-familji li għalihom, u għall-membri kollha tagħhom, inġabret l-informazzjoni meħtieġa kollha jew kważi kollha.”