21.6.2006   

MT EN EN

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

179


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1440/2005

tat-12 ta' Lulju 2005

dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Ukraina u li jħassar ir-Regolament Nru 2266/2004

Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukraina (1), minn hawn “il quddiem ‘il-PCA’, daħal fis-seħħ fl-1 ta” Marzu 1998;

(2)

L-Artikolu 22(1) tal-PCA jipprovdi li l-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar għandu jkun irregolat mit-Titolu III tiegħu, ħlief għall-Artikolu 14 tiegħu, u mid-disposizzjonijiet ta' Ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi.

(3)

Fi … (*), il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina ffinalizzaw dan il-Ftehim dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar (2), minn hawn “il quddiem ‘il-Ftehim’.

(4)

Huwa meħtieġ li jkunu pprovduti l-mezzi għall-amministrazzjoni tat-termini tal-Ftehim fi ħdan il-Komunità, meta titqies l-esperjenza meħuda minn Ftehimiet preċedenti rigward termini simili.

(5)

Huwa xieraq li l-prodotti kkonċernati jiġu kklassifikati fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda (NM) stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta” Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffi Doganali Komuni (3).

(6)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-oriġini tal-prodotti kkonċernati tkun iċċekkjata u metodi adattati ta' koperazzjoni amministrattiva jinħolqu għal dak il-għan.

(7)

L-applikazzjoni effettiva tal-Ftehim teħtieġ l-introduzzjoni ta' rekwiżit ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Komunità għad-dħul fis-seħħ fiċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodotti kkonċernati flimkien ma' sistema għall-amministrazzjoni ta’ l-għoti ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni tal-Komunità.

(8)

Prodotti mqiegħda f'żona ħielsa jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni) ma għandhomx jingħaddu mal-limiti stabbiliti għall-prodotti kkonċernati.

(9)

Sabiex tiżgura li dawn il-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ tmexxija fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma joħroġux awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni qabel ma tinkiseb konferma minn qabel mill-Kummissjoni li l-ammonti adattati jibqgħu disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi kkonċernati.

(10)

Il-Ftehim jipprevedi sistema ta’ koperazzjoni bejn l-Ukraina u l-Komunità bil-għan li ma jitħalliex jiġi evitat permezz tat-trasbord, it-trasport permezz ta’ rotot ġodda jew metodi oħra. Proċedura ta’ konsultazzjoni għandha tiġi stabbilita. B’riżultat ta’ dan ftehim konformi mal-proċedura jista’ jintlaħaq mal-pajjiż ikkonċernat dwar aġġustament ekwivalenti għal limitu kwantitattiv rilevanti fejn jidher li jkunu daru mal-Ftehim. L-Ukraina qablet li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li kull aġġustament jkun jista’ jiġi applikat malajr. Fin-nuqqas ta’ ftehim fi ħdan il-limitu ta’ żmien ipprovdut, il-Komunità għandha, fejn ikun hemm evidenza ċara li daru mal-Ftehim, ikollha l-possibiltà li tapplika l-aġġustament ekwivalenti.

(11)

Mill-1 ta’ Jannar 2005 importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament ġew soġġetti għal liċenzja in segwitu għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2266/2004 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (4). Il-Ftehim jipprovdi li dawk l-importazzjoni għandhom jingħaddu kontra l-limiti stabbiliti għall-2005 f'dan ir-Regolament.

(12)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza huwa meħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) 2266/2004 jinbidel b’dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I, li joriġinaw mill-Ukraina.

2.   Il-prodotti ta’ l-azzar għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi ta’ prodotti kif stipulat fl-Anness I.

3.   L-oriġini tal-prodotti msemmija f’paragrafu 1 għandu jkun iddeterminat skond ir-regoli li jkun hemm fis-seħħ fil-Komunità.

4.   Il-proċedura għall-verifika ta’ l-oriġini tal-prodotti msemmija f’paragrafu 1 huma stipulati f’Kapitolu II u III.

Artikolu 2

1.   L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw fl-Ukraina huma soġġetti għal limiti kwantitattivi annwali stipulati fl-Anness V. Il-permess għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw fl-Ukraina huma soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ oriġini, kif stipulat fl-Anness II, u ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri b'konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.

L-importazzjoni awtorizzata għandha tingħadd kontra l-limiti kwantitattivi stipulati għas-sena li fiha l-prodotti jkunu ntbagħtu mill-pajjiż ta’ esportazzjoni.

2.   Sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet li għalihom awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni maħruġa, f’ebda mument ma jaqbżu l-limiti kwantitattivi totali għal kull grupp ta’ prodotti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni biss wara konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi għall-grupp ta’ prodotti rilevanti fir-rigward tal-pajjiż fornitur, li għalih importatur jew importaturi ppreżentaw applikazzjonijiet lil dawk l-awtoritajiet. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament huma elenkati fl-Anness IV.

3.   Sa mill-1 ta’ Jannar 2005 importazzjonijiet ta’ prodotti, li għalihom kienet meħtieġa liċenzja skond ir-Regolament (KE) Nru. 2266/2004 għandhom jingħaddu kontra l-limiti rilevanti għall-2005 kif stipulati fl-Anness V.

4.   Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament u mid-data ta’ l-applikazzjoni tiegħu, kunsinna ta’ prodotti għandha tiġi kkunsidrata li seħħet fid-data li fiha ġiet mgħobbija fuq il-mezz ta’ trasport għall-esportazzjoni.

Artikolu 3

1.   Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m'għandhomx japplikaw għall-prodotti mqiegħda f'żona ħielsa jew f'imħażen ħielsa jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen doganali, importazzjoni temporanja jew proċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni).

2.   Meta l-prodotti msemmija f’paragrafu 1 jiġu sussegwentement rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, kemm fi stat mhux mibdul kif ukoll wara li jkunu nħadmu jew ipproċessati, għandu japplika l-Artikolu 2(2) u l-prodotti hekk rilaxxati għandhom jingħaddu kontra l-limiti kwantitattivi rilevanti stipulati fl-Anness V.

Artikolu 4

1.   Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(2), qabel joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumissjoni bl-ammonti ta’ talbiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni, sostnuti minn liċenzji ta’ esportazzjoni oriġinali, li jkunu rċevew. Immedjatament, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-konferma tagħha li l-ammont mitlub ta’ kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġiku li fihom in-notifiki ta’ l-Istati Membri jkunu waslu.

2.   It-talbiet inklużi fin-notifiki għall-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk f’kull każ jistabbilixxu b'mod ċar il-pajjiżi ta’ esportazzjoni, il-grupp ikkonċernat ta’ prodotti, l-ammonti li għandhom jiġu importati, in-numru ta’ liċenzji għall-esportazzjoni, il-kwota annwali u l-Istat Membru li fih il-prodotti huma intiżi li jitqiegħdu għaċ-ċirkolazzjoni libera.

3.   Safejn huwa possibbli, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bl-ammont sħiħ indikat fit-talbiet innotifikati għal kull grupp ta’ prodotti. Apparti dan, il-Kummissjoni immedjatament għandha tikkuntattja l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina fil-każijiet fejn talbiet innotifikati jaqbżu l-limiti sabiex l-affarijiet ikunu ċċarati u tinsab soluzzjoni malajr.

4.   L-awtoritjiet kompetenti ta’ l-Istati Membri immedjatament għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni wara li jkunu informati bi kwalunkwe kwantità li mhijiex użata matul iż-żmien li fih l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tkun valida. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom jiġu awtomatikament trasferiti fil-kwantitajiet li jkun fadal tal-limiti kwantitattivi totali tal-Komunità għal kull grupp ta’ prodotti.

5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom ikunu kkomunikati elettronikament fi ħdan ir-rettikolat integrat maħluq għal dan l-iskop, sakemm għal raġunijiet tekniċi imperattivi jkun meħtieġ li temporanjament jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

6.   L-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu b'konformità mal-Kapitolu II.

7.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni ta' importazzjoni kkanċellata jew b'dokumenti ekwivalenti li diġà ħarġu f’każijiet fejn il-liċenzji ta' esportazzjoni korrispondenti jkunu ġew iritirati jew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jkunu ġew informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina bl-irtirar jew il-kanċellazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew importati fil-Komunità, il-kwantitajiet ikkonċernati għandhom jingħaddu kontra l-limiti kwantittattivi għas-sena li matulha tkun seħħet kunsinna ta' prodotti.

Artikolu 5

Għall-iskop ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3(3) u 3(4) tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija hawnhekk awtorizzata li twettaq l-aġġustamenti meħtieġa.

Artikolu 6

1.   Meta wara l-investigazzjonijiet imwettqa b’konformità mal-proċeduri stipulati fil-Kapitolu II, il-Kummissjoni tosserva li l-informazzjoni fil-pussess tagħha tirrappreżenta prova li prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw fl-Ukraina jkunu ġew trasbordati, trasportati permezz ta' rotot ġodda jew inkella importati fil-Komunità billi jkunu ġew evitati l-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-bżonn li jseħħu aġġustamenti meħtieġa, għandha titlob li jinfetħu konsultazzjonijiet sabiex ikun jista' jintlaħaq ftehim dwar aġġustament ekwivalenti tal-limiti kwantitattivi korrispondenti.

2.   Fl-istennija tar-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, meta jkun hemm prova ċara li jkunu daru mal-limiti kwantitattivi, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Ukraina biex tieħu passi meħtieġa ta’ prekawzjoni biex tiżgura li aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi li jkun sar qbil fuqhom wara dawn il-konsultazzjonijet ikunu jistgħu jitwettqu għas-sena li fiha t-talba għall-konsultazzjonijiet tkun tressqet jew għas-sena ta’ wara, jekk il-limiti kwantitattivi għas-sena attwali jkunu ntlaħqu,

3.   Jekk il-Komunità u l-Ukraina jonqsu milli jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tosserva li jkun hemm prova ċara li daru mal-limiti kwantitattivi, il-Kummissjoni għandha tnaqqas minnhom il-volum ekwivalenti ta' prodotti li oriġinaw mill-Ukraina.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament bl-ebda mod ma għandu jiġi kkunsidrat bħala deroga mid-disposizzjonijiet tal-Ftehim, li għandu japplika f’kull każ ta’ kunflitt.

Kapitolu II

Modalitajiet applikabbli għall-ġestjoni tal-limiti kwantitattivi

Taqsima 1

KLASSIFIKAZZJONI

Artikolu 8

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament hija bbażata fuq in-nomenklatura magħquda stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

Artikolu 9

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, it-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffi u ta' l-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, li ġie stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandha teżamina urġentement, b'konformità mad-disposizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, kull kwistjoni li tirrigwarda l-klassifikazzjoni ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament fi ħdan in-nomenklatura magħquda sabiex tikklassifikahom fil-gruppi ta’ prodotti adattati.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Ukraina b’kull tibdil fin-nomenklatura magħquda (NM) u l-kodiċi TARIC li jaffettwaw prodotti koperti minn dan ir-Regolament għall-anqas xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ fil-Komunità.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina b’kull deċiżjoni adottata b’konformità mal-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard minn xahar wara l-adozzjoni tagħhom. din il-komunikazzjoni se tinkludi:

(a)

deskrizzjoni tal-prodott ikkonċernat;

(b)

il-grupp ta’ prodotti rilevanti, il-kodiċi NM u TARIC;

(c)

ir-raġunijiet li waslu għal din id-deċiżjoni.

Artikolu 12

1.   Meta deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni adottata b’konformità ma’ proċeduri tal-Komunità fis-seħħ tirriżulta f’bidla tal-prassi ta’ klassifikazzjoni jew bidla fil-grupp ta’ prodotti ta’ kwalunkwe prodott kopert minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu avviż ta’ 30 jum, mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni, qabel id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

2.   Prodotti mibgħuta biex jiġu trasportati qabel id-data ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni għandhom jibqgħu soġġetti għall-prassi ta’ klassifikazzjoni preċedenti, dejjem jekk il-prodotti kkonċernati jkunu ddaħħlu għall-importazzjoni fi żmien 60 jum ta' dik id-data.

Artikolu 13

Meta deċiżjoni ta' klassifikazzjoni adottata b’konformità mal-proċeduri fis-seħħ tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 12 tinvolvi grupp ta’ prodotti soġġett għal limitu kwantitattiv, il-Kummissjoni fejn meħtieġ, għandha tibda konsultazzjonijiet mingħajr telf ta’ żmien b’konformità ma’ l-Artikolu 9, sabiex jintlaħaq ftehim dwar kwalunkwe aġġustamenti għall-limiti kwantitattivi korrispondenti previsti fl-Anness V.

Artikolu 14

1.   Mingħajr preġudizzju għal ebda disposizzjoni oħra dwar dan is-suġġett, meta l-klassifikazzjoni indikata fid-dokumentazzjoni meħtieġa għall-importazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament ma taqbilx mal-klassifikazzjoni ddeterminata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih se jiġu importati, il-prodotti kkonċernati għandhom ikunu proviżorjament soġġetti għall-arranġamenti ta’ importazzjoni li, b’konformità mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huma applikabbli għalihom fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni ddeterminata mill-awtoritajiet hawn fuq imsemmija.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-każijiet imsemmija f’paragrafu 1, li b’mod partikolari jindikaw:

(a)

il-kwantitajiet ta’ prodotti involuti;

(b)

il-grupp ta’ prodotti muri fuq id-dokument ta’ importazzjoni u dak miżmum mill-awtoritajiet kompetenti;

(ċ)

in-numru tal-liċenzji ta’ esportazzjoni u l-kategorija murija.

3.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri m'għandhomx joħorġu awtorizzazzjoni ġdida ta’ importazzjoni għall-prodotti ta' l-azzar soġġetti għal-limiti kwantitattivi tal-Komunità stipulati fl-Anness V wara l-klassifikazzjoni mill-ġdid sakemm ikollhom konferma mill-Kummissjoni b’konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 4 li l-ammonti li għandhom jiġu importati huma disponibbli.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi ta’ esportazzjoni ikkonċernati bil-każijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14, kif ukoll f’dawk ta’ natura simili mqajma mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina, il-Kummissjoni, jekk meħtieġ, għandha tidħol f’konsultazzjonijiet ma’ l-Ukraina, sabiex tilħaq ftehim dwar il-klassifikazzjoni applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diverġenza.

Artikolu 16

Il-Kummissjoni, bi ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat jew Stati Membri ta' importazzjoni u ta' l-Ukraina, tista', fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 15, jiddeterminaw il-klassifikazzjoni applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diverġenza.

Artikolu 17

Meta każ ta’ diverġenza msemmi fl-Artikolu 14 ma jkunx jista’ jissolva b’konformità ma’ l-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tadotta, b’konformità mad-dsiposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, miżura li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-nomenklatura magħquda.

Taqsima 2

IS-SISTEMA TA’ KONTROLL DOPPJU GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TA’ LIMITI KWANTITATTIVI

Artikolu 18

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina għandhom joħorġu liċenzja ta’ esportazzjoni fir-rigward ta’ kull kunsinna ta’ prodotti ta’ l-azzar soġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness V sal-livell ta’ dawk il-limiti.

2.   L-importatur għandhom jippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta’ esportazzjoni għall-finijiet tal-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

Artikolu 19

1.   Il-liċenzja ta’ esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tikkonforma mal-mudell stipulat fl-Anness II u għandha jiċċertifika, inter alia, li l-kwantità ta’ prodotti kkonċernati ġiet magħduda kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti għall-grupp ta' prodotti kkonċernat.

2.   Kull liċenzja ta’ esportazzjoni għandha tkopri wieħed biss mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fl-Anness I.

Artikolu 20

L-esportazzjonijiet għandhom jingħaddu kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja ta’ importazzjoni jkunu ġew mibgħuta fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(4).

Artikolu 21

1.   Safejn il-Kummissjoni skond l-Artikolu 4 tkun ikkonfermat li l-ammont mitlub huwa disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi kkonċernati, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni ta' importazzjoni, sa massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol, tal-preżentazzjoni mill-importatur ta’ l-oriġinal ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni korrispondenti. Din il-preżentazzjoni għandha isseħħ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara s-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja ta' esportazzjoni jkunu ntbagħtu. Awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni għandhom joħorġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru irrispettivament mill-Istat Membru indikat fil-liċenzja ta’ esportazzjoni, safejn il-Kummissjoni tkun ikkonfermat, b'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 4, li l-ammont mitlub ikun disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi kkonċernati.

2.   L-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data ta’ ħruġ tagħhom. Fuq talba motivata minn importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat membru jistgħu jestendu t-tul ta’ żmien tal-validità għal perjodu ulterjuri li ma jaqbiżx l-erba’ xhur.

3.   Awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni għandhom jitħejjew b’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness III u se jkunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

4.   Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur sabiex jakkwista l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni għandu jkun fiha:

(a)

l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ l-esportatur;

(b)

l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ l-importatur;

(ċ)

id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti u l-kodiċi TARIC tagħhom;

(d)

il-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti;

(e)

il-pajjiż destinatarju ta’ kunsinna;

(f)

il-grupp xieraq ta’ prodotti u l-kwantità għall-prodotti kkonċernati;

(g)

il-piż nett skond l-intestatura NM;

(h)

il-valur cif tal-prodotti fil-fruntiera tal-Komunità skond l-intestatura NM;

(i)

fejn adattat, id-dati ta' ħlas u twassil u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt ta'xiri;

(j)

data u numru tal-liċenzja ta’ esportazzjoni;

(k)

kull kodiċi intern użat għal raġunijiet amministrattivi;

(l)

data u firma ta’ l-importatur.

5.   L-importaturi m'għandhomx ikunu obbligati li jimportaw il-kwantità totali koperta b’awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni f’kunsinna waħda.

6.   L-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni tista’ tinħareġ b'mezzi elettroniċi sakemm l-uffiċċji doganali involuti jkollhom aċċess għad-dokument permezz tas-sistema tal-kompjuter.

Artikolu 22

Il-validità ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għall-validità ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni u l-kwantitajiet indikati fil-liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina fuq il-bażi li fuqha jkunu ħarġu l-awtorizzazzjonijiet importati.

Artikolu 23

Awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikunu maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri b’konformità ta’ l-Artikolu 2(2) u mingħajr diskriminazzjoni għal kwalunkwe importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post ta’ l-istabiliment fil-Komunità, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet oħra meħtieġa taħt ir-regoli attwali.

Artikolu 24

1.   Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti mil-liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa mill-Ukraina għal grupp ta' prodotti partikolari matul kwalunkwe sena jaqbeż il-limiti kwantitattivi stabbiliti għal dak il-grupp ta' prodotti, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom ikunu informati immedjatament sabiex jissosspendu l-kwistjoni ulterjuri ta' l-awtorizzazzjonjiet ta' l-importazzjoni. F’dan il-każ, immedjatament jinbdew konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jirrifjutaw li joħroġ awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni għal prodotti li joriġinaw mill-Ukraina li mhumiex koperti mil-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa b’konformità mad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Taqsima 3

DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 25

1.   Il-liċenzji ta’ esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini msemmi fl-Artikolu 2 jista’ jinkludi kopji addizjonali indikati kif xieraq bħala tali. L-oriġinal u l-kopji ta’ dawn id-dokumenti għandhom isiru bl-Ingliż.

2.   Jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jimtelaw bil-miktub, dak li jinkiteb għandu jsir bil-linka u b'ittri kapitali.

3.   Il-liċenzji ta’ esportazzjoni jew id-dokumenti ekwivalenti u ċertifikati ta’ oriġini għandu jkollhom il-kejl ta' 210 x 297 mm. Il-karta li tintuża għandha tkun bajda, skond il-qies imsemmi, ma jkollhiex polpożità mekkanika, u ma tkunx tiżen inqas minn 25 g/m2; Kull parti għandu ikollha disinn guilloche ipprintjat fl-isfond sabiex kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi tkun tidher.

4.   L-oriġinal biss għandu jkun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri bħala validu għal raġunijiet ta’ importazzjoni b’konformità mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.   Kull liċenzja ta’ esportazzjoni jew dokument ekwivalenti u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għandu jkollu n-numru tas-serje standardizzat, stampat jew le, li bih ikun jista’ jiġi identifikat.

6.   Dan in-numru għandu jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jkunu juru l-pajjiż esportatur kif ġej:

UA

=

Ukraina

żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru destinatarju kif ġej:

AT

=

L-Awstrija

BE

=

Il-Belġju

CY

=

Ċipru

CZ

=

Ir-Repubblika Ċeka

DE

=

Il-Ġermanja

DK

=

Id-Danimarka

EE

=

L-Estonja

EL

=

Il-Greċja

ES

=

Spanja

FI

=

Il-Finlandja

FR

=

Franza

GB

=

Ir-Renju Unit,

HU

=

L-Ungerija

IE

=

L-Irlanda

IT

=

L-Italja

LT

=

Il-Litwanja

LU

=

Il-Lussemburgu

LV

=

Il-Latvja

MT

=

Malta

NL

=

L-Olanda

PL

=

Il-Polonja

PT

=

Il-Portugall

SE

=

L-Iżvezja

SI

=

Is-Slovenja

SK

=

Is-Slovakkja

numru b'ċifra waħda li jidentifika s-sena ta’ kwota korrispondenti ma’ l-aħħar ċifra fis-sena kkonċernata, eż. ’5’ għas-sena 2005;

numru b’żewġ ċifri li jidentifika l-uffiċċju li qiegħed joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż ta’ esportazzjoni;

numru b'ħames ċifri li jsegwi b’mod konsekuttiv minn 00001 sa 99999 li jkun allokat lill-Istat Membru speċifiku ta’ destinazzjoni.

Artikolu 26

Il-liċenzja ta' esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jistgħu jinħarġu wara li tkun saret il-kunsinna tal-prodotti li għalihom dawn ikunu jikkorrispondu. F'dawn il-każijiet, dawn għandhom juru l-kelmiet “maħruġ/a retrospettivament”.

Artikolu 27

1.   Fil-każ li liċenzja ta' l-esportazzjoni jew ċertifikat ta' l-oriġini jinsterqu, jintilfu jew jinqerdu, l-esportatur jista' japplika għand l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu d-dokument biex joħorġu kopja abbażi tad-dokumenti ta' l-esportazzjoni fil-pussess tiegħu. Il-liċenzja jew ċertifikat duplikat maħruġ b’dan il-mod għandhom juru l-kelmiet “duplikat”.

2.   Id-duplikat għandu juri d-data tal-liċenzja jew ċertifikat oriġinali.

Taqsima 4

AWTORIZZAZZJONI TA’ IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÁ – FORMULA KOMUNI

Artikolu 28

1.   Il-formuli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 għandhom jikkonformaw mal-mudell ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni stipulat fl-Anness III.

2.   Formuli għall-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni u estratti tagħhom għandhom isiru f’żewġ kopji, waħda, immarkata “Kopja tad-detentur” u ġġib in-numru 1 għandha tinħareġ lill-applikant, u l-oħra, immarkata “Kopja ta” l-awtorità ta’ ħruġ’ u ġġib in-numru 2, għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal raġunijiet ta’ amministrazzjoni l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizjonali għal formula 2.

3.   Formuli għandhom jiġu stampati fuq karta bajda nieqsa minn polpożità mekkanika, tajba għall-kitba u tiżen bejn il-55 u l-65 g/m2. Id-daqs tagħha għandu jkun ta’ 210 x 297 mm; l-ispazju bejn il-linji għandu jkun ta’ 4,24 mm (1/6 ta’ pulzier); tinħtieġ konformità preċiża mal-format tal-formuli Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nnifisha, apparti dan għandu jkollha disinn guilloche stampat bl-aħmar fl-isfond sabiex kull falsifikazzjoni b’mezzi kimiċi u mekkaniċi tkun tidher.

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex ikollhom formuli stampati. Il-formuli jistgħu jiġu stampati wkoll minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li fih huma stabbiliti. F’dan il-każ, referenza għall-ħatra mill-Istat Membru għandha tidher fuq kull formula. Kull formula għandu jkollha l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew ta' marka li tippermetti lill-istampatur li jiġi identifikat.

5.   Fil-mument tal-ħruġ tagħhom l-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni jew estratti se jingħataw numru tal-ħarġa ddeterminata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru. In-numru ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni elettronikament fi ħdan ir-rettikolat integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.

6.   Liċenzji u estratti għandhom jitlestew fil-lingwa uffiċjali, u f’wieħed mill-ilsna uffiċjali, ta’ l-Istat Membru li jkun ħariġhom.

7.   Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw il-grupp xieraq ta' prodotti ta' l-azzar.

8.   Il-marki ta’ l-aġenziji li joħorġu l-liċenzji u ta’ l-awtoritajiet debitanti għandhom jiġu applikati permezz ta' timbru. Madankollu, stampa b'tipa mbuzzata flimkien ma' ittri jew figuri miksuba permezz ta' perforazzjoni jistgħu' jintużaw minflok t-timbru ta’ l-awtorità tal-ħruġ. L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji se jużaw kull metodu mhux falsifikabbli biex jirrekordjaw il-kwantità allokata b’tali mod li jagħmluha impossibli li jiżdiedu ċifri jew referenzi.

9.   In-naħa ta’ wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha l-kwantitajiet jistgħu jitniżżlu sew mill-awtoritajiet doganali meta formalitajiet ta' importazzjoni jkunu tlestew jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq il-liċenzja jew estratt tiegħu ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu paġna jew aktar li fuqhom ikun hemm il-kaxex eżatt bħal dawk li hemm fuq wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet debitanti għandhom jagħmlu t-timbru tagħhom sabiex nofsu jkun fuq il-liċenzja jew l-estratt tiegħu u n-nofs l-ieħor ikun fuq il-paġna miżjuda. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda, għandu jsir timbru ulterjuri bl-istess mod fuq kull paġna u l-paġna ta’ qabilha.

10.   Awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni u estratti maħruġa, u entrati u approvazzjonijiet magħmula, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru wieħed għandu jkollhom l-istess effett legali f'kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra bħad-dokumenti maħruġa, u entrati u approvazzjonijiet magħmula, mill-awtoritajiet ta' dawn l-Istati Membri.

11.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn indispensabbli, jeħtieġu l-kontenuti tal-liċenzji jew estratti biex ikun tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

Kapitolu III

Il-koperazzjoni amministrattiva

Artikolu 29

Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet fl-Ukraina li huma kompetenti għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' l-oriġini u l-liċenzji ta' esportazzjoni, flimkien ma' kampjuni tat-timbri użati minn dawn l-awtoritajiet.

Artikolu 30

1.   Verifiki sussegwenti ta' ċertifikati ta' l-oriġini jew ta' liċenzji ta' esportazzjoni għandhom isiru b’għażla każwali, jew inkella kulmeta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ikollhom dubju raġunevoli rigward l-awtentiċità taċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni, jew inkella rigward il-korrettezza ta' l-informazzjoni dwar l-oriġini tassew tal-prodotti kkonċernati.

F'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jibgħatu lura lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina ċ-ċertifikat ta'l-oriġini jew il-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew kopja ta' dawn, filwaqt li, fejn dan ikun f'loku, jagħtu r-raġunijiet ta' forma jew sustanza għal inkjesta. Jekk il-fattura tkun diġà ġiet ippreżentata, il-fattura jew kopja tagħha għandha tiġi mehmuża maċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew il-liċenzja ta' l-esportazzjoni, jew kopja tiegħu/tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iressqu wkoll kwalunkwe informazzjoni li tkun saritilhom disponibbli u li tkun tagħti x'wieħed jifhem li d-dettalji li jidhru fuq iċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew il-liċenzja ta' l-esportazzjoni mhumiex korretti.

2.   Id-disposizzjonijet ta' paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll għal verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet ta' l-oriġini.

3.   Ir-riżultati tal-verifiki sussegwenti li jitwettqu f'konformità mal-paragrafu (1) għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità fi żmien massimu ta' tliet xhur. L-informazzjoni kkomunikata għandha tindika jekk iċ-ċertifikat, il-liċenzja jew id-dikjarazzjoni li dwaru/ha jkun hemm dubju japplikax/tapplikax għal merkanzija li tkun ġiet esportata tassew, u jekk il-merkanzija tistax tiġi esportata fil-Komunità taħt dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu wkoll jitolbu li jingħataw kopji tad-dokumentazzjoni kollha li tkun meħtieġa biex il-fatti jiġu ddeterminati bis-sħiħ, inkluża, b'mod partikolari, l-oriġini tal-prodotti.

4.   Jekk dawn il-verifiki jikxfu li jkun twettaq xi abbuż jew inkella li jkunu seħħew irregolaritajiet kbar fl-użu li jkun sar minn dawn id-dikjarazzjonijiet ta' l-oriġini, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan il-fatt. Il-Kummisjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

5.   Rikors li jsir b’għażla każwali tal-proċedura speċifikata f'dan l-Artikolu ma jikkostitwixxix ostaklu tal-prodotti kkonċernati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 31

1.   F'każijiet fejn il-proċedura ta' verifika li tissemma’ fl-Artikolu 30, jew inkella l-informazzjoni li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità, tindika li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu jkunu qed jinkisru, l-awtoritajiet imsemmija għandhom jitolbu lill-Ukraina twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa jew tagħmel arranġamenti biex jitwettqu dawn l-investigazzjonijiet rigward operati li jkunu, jew jidhru li jkunu, qed jiksru d-disposizzjonijietta' dan il-Kapitolu. Ir-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità, flimkien ma' kull informazzjoni rilevanti li tippermetti li tiġi deċiża l-oriġini tassew tal-merkanzija.

2.   Biex isegwu l-azzjonijiet li jittieħdu skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu jaqsmu ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina kwalunkwe biċċa informazzjoni li titqies li tista' tkun utli fil-prevenzjoni tal-ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

3.   Fil-każijiet li fihom jinstab li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu jkunu ġew miksura, il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni ta' okkorrenza mill-ġdid ta' dan il-ksur.

Artikolu 32

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni li jieħdu l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-azzjoni li jkunu ħadu, kif ukoll bir-riżultati miksuba.

Kapitolu IV

Disposizzjonijiet finali

Artikolu 33

Ir-Regolament (KE) Nru 2266/2004 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 34

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Reagolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar it-12 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BROWN


(1)  ĠU L 49, 19.2.1998, p.3.

(*)  Daħħal id-data.

(2)  Ara paġna 43 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 256, 7.9.1987 p.1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).

(4)  ĠU L 395, tal-31.12.2004, p.20.


ANNESS I

SA rrumblati ċatti

SA1. (kojls)

 

7208100000

 

7208250000

 

7208260000

 

7208270000

 

7208360000

 

7208370010

 

7208370090

 

7208380010

 

7208380090

 

7208390010

 

7208390090

 

7211140010

 

7211190010

 

7219110000

 

7219121000

 

7219129000

 

7219131000

 

7219139000

 

7219141000

 

7219149000

 

7225200010

 

7225301000

 

7225309000

SA2. (pjanċi tqal)

 

7208400010

 

7208512010

 

7208512091

 

7208512093

 

7208512097

 

7208512098

 

7208519110

 

7208519190

 

7208519810

 

7208519891

 

7208519899

 

7208529110

 

7208529190

 

7208521000

 

7208529900

 

7208531000

 

7211130000

 

7225401230

 

7225404000

 

7225406000

 

7225990010

SA3. (prodotti rrumblati ċatti oħrajn)

 

7208400090

 

7208539000

 

7208540000

 

7208900010

 

7209150000

 

7209161000

 

7209169000

 

7209171000

 

7209179000

 

7209181000

 

7209189100

 

7209189900

 

7209250000

 

7209261000

 

7209269000

 

7209271000

 

7209279000

 

7209281000

 

7209289000

 

7209900010

 

7210110010

 

7210122010

 

7210128010

 

7210200010

 

7210300010

 

7210410010

 

7210490010

 

7210500010

 

7210610010

 

7210690010

 

7210701010

 

7210708010

 

7210903010

 

7210904010

 

7210908091

 

7211140090

 

7211190090

 

7211232010

 

7211233010

 

7211233091

 

7211238010

 

7211238091

 

7211290010

 

7211900011

 

7212101000

 

7212109011

 

7212200011

 

7212300011

 

7212402010

 

7212402091

 

7212408011

 

7212502011

 

7212503011

 

7212504011

 

7212506111

 

7212506911

 

7212509013

 

7212600011

 

7212600091

 

7219211000

 

7219219000

 

7219221000

 

7219229000

 

7219230000

 

7219240000

 

7219310000

 

7219321000

 

7219329000

 

7219331000

 

7219339000

 

7219341000

 

7219349000

 

7219351000

 

7219359000

 

7225401290

 

7225409000

SB Twal

SB1. (travi)

 

7207198010

 

7207208010

 

7216311010

 

7216311090

 

7216319000

 

7216321100

 

7216321900

 

7216329100

 

7216329900

 

7216331000

 

7216339000

SB2. (vireg tal-wajer)

 

7213100000

 

7213200000

 

7213911000

 

7213912000

 

7213914100

 

7213914900

 

7213917000

 

7213919000

 

7213991000

 

7213999000

 

7221001000

 

7221009000

 

7227100000

 

7227200000

 

7227901000

 

7227905000

 

7227909500

SB3. (twal oħra)

 

7207191210

 

7207191291

 

7207191299

 

7207205200

 

7214200000

 

7214300000

 

7214911000

 

7214919000

 

7214991000

 

7214993100

 

7214993900

 

7214995000

 

7214997110

 

7214997190

 

7214997910

 

7214997990

 

7214999510

 

7214999590

 

7215900010

 

7216100000

 

7216210000

 

7216220000

 

7216401000

 

7216409000

 

7216501000

 

7216509100

 

7216509900

 

7216990010

 

7218992000

 

7222111100

 

7222111900

 

7222118110

 

7222118190

 

7222118910

 

7222118990

 

7222191000

 

7222199000

 

7222309710

 

7222401000

 

7222409010

 

7224900289

 

7224903100

 

7224903800

 

7228102000

 

7228201010

 

7228201091

 

7228209110

 

7228209190

 

7228302000

 

7228304100

 

7228304900

 

7228306100

 

7228306900

 

7228307000

 

7228308900

 

7228602010

 

7228608010

 

7228701000

 

7228709010

 

7228800010

 

7228800090

 

7301100000


ANNEX II

LIĊENZJA TA' L-ESPORTAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

LIĊENZJA TA' L-ESPORTAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI

Image

Test ta 'immaġni

ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Awtorizzazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Awtorizzazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNEX IV

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITES NATIONALES COMPETENTES

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

LISTA WLAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

BELGIQUE/BELGIË

Service public Fédéral Economie, P.M.E., Classes Moyennes & Energie

Administration du potentiel économique

Direction Industries (Textile – Diamant et autres secteurs)

Rue du Progrès 50

B-1210 Bruxelles

Fax: +32-2-2775309

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Fax: + 372-6313 660

Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand & Energie

Bestuur Economisch Potentieel

Directie Nijverheid (Textiel – Diamant en andere sectoren)

Vooruitgangsstraat 50

B-1210 Brussel

Fax: +32-2-2775309

ΕΛΛΑΣ

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Διεύθυνση Διεθνών Οικονομικών Ροών

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Fax: + 301-328 60 94

ČESKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Fax: + 420-22421 21 33

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana 162

E- 28046 Madrid

Fax: + 34-91-349 38 31

DANMARK

Erhvervs- og Boligstyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Vejlsøvej 29

DK-8600 Silkeborg

Fax: + 45-35-46 64 01

FRANCE

Ministère de l'Economie des Finances et de l'Industrie

Direction Générale des Entreprises

Sous-direction des Biens de Consommation

Bureau Textile-Importations

Le Bervil, 12 rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Fax: + 33-1- 53 44 91 81

DEUTSCHLAND

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle,

(BAFA)

Frankfurter Strasse 29-35

D-65760 Eschborn 1

Fax: + 49-61-96 9 42 26

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

IE-Dublin 2

Fax: + 353-1-631 25 62

ITALIA

Ministero delle Attività Produttive

Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

Viale America 341

I-00144 Roma

Fax: +39-6-59 93 22 35/59 93 26 36

ÖSTERREICH

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Aussenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Fax: + 43-1-7 11 00/83 86

KYΠPROΣ

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ.6

CY-1421 Λευκωσία

Fax: + 357-22-37 51 20

POLSKA

Ministerstwo Gospodarki, Pracy i Polityki

Społecznej

Plac Trzech Krzyży 3/5

PL- 00-507 Warszawa

Fax: + 48-22-693 40 21/693 40 22

LATVIJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV – 1519 Rīga

Fax: + 371-728 08 82

PORTUGAL

Ministério das Finanças

Direcção Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de Lisboa

PT- 1140-060 Lisboa

Fax: + 351-218 814 261

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT- 01104 Vilnius

Fax: + 370-5-26 23 974

SLOVENIJA

Ministrstvo za gospodarstvo

Področje ekonomskih odnosov s tujino

Kotnikova 5

SI-1000 Ljubljana

Fax: + 386-1-478 36 11

LUXEMBOURG

Ministère des affaires étrangères

Office des licences

BP 113

L-2011 Luxembourg

Fax: + 352-46 61 38

SLOVENSKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo hospodárstva SR

Odbor licencií

Mierová 19

SK-827 15 Bratislava 212

Fax: + 421-2-43 42 39 19

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

HU-1024 Budapest

Fax: + 36-1-336 73 02

SUOMI

Tullihallitus

PL 512

FIN-00101 Helsinki

Fax: + 358-20-492 28 52

MALTA

Diviżjoni għall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Fax: + 356-25-69 02 99

SVERIGE

Kommerskollegium

Box 6803

S-11386 Stockholm

Fax: + 46-8-30 67 59

NEDERLAND

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Fax: + 31-50-523 23 41

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House - West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Fax: + 44-1642-36 42 69


ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI

(tunnellati)

Prodotti

2005

2006

SA rrumblati ċatti

SA1. Kojls

150 000

153 750

SA2. Pjanċi tqal

348 000

356 700

SA3. (prodotti rrumblati ċatti oħrajn)

97 000

99 425

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

30 000

30 750

SB2. Vireg tal-wajer

125 000

128 125

SB3. Prodotti twal oħra

230 000

235 750

Nota: SA u SB huma l-kategoriji

SA1, SA2, SA3, SB1, SB2 u SB3 huma l-gruppi ta' prodotti