18.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

297


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1335/2005

tat-12 ta' Awwissu 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2002/928/KE, 2004/129/KE, 2004/140/KE u 2004/247/KE u 2005/303/KE dwar il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-użu kontinwu ta’ ċerti sustanzi mhux inklużi fl-Anness I tiegħu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 (1) li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti, u b’mod partikolari it-tielet u r-raba’ subparagrafi ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprevedi li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux imniżżla f’Anness I li jkunu diġà fis-suq sentejn wara d-data tan-notifikazzjoni, ħlief fejn tkun ittieħdet deċiżjoni biex ma tiġix inkluża s-sustanza in kwistjoni f’Anness I.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KEE) Nru 3600/92 (2) u r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (3) jistipulaw ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel u t-tieni stadji tal-programm ta’ ħidma imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva ta’ hawn fuq. Dan il-programm jibqa’ għaddej u għadu ma kienx possibbli li tittieħed deċiżjoni fuq numru ta’ sustanzi attivi.

(3)

Fir-rigward tad-90 sustanza attiva koperti bl-ewwel stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi hawn fuq, 67 kienu suġġetti ta’ direttiva jew deċiżjoni. Dan iħalli 23 sustanza attiva li fuqhom għadha għaddejja l-ħidma. Fir-rigward tal-53 sustanza attiva koperti bit-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi hawn fuq, wieħed kien suġġett ta’ deċiżjoni. Dan iħalli 52 sustanza attiva li fuqhom għadha għaddejja l-ħidma. Għall-ewwel stadju tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni organizzat il-peer review, wara li l-Istat Membru li kien Rapporteur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni. Sadanittant, iċ-ċiklu ta’ peer reviews kien finalizzat u d-deċiżjonijiet jew id-direttivi fuq l-aħħar sustanzi qed jitħejjew bħalissa. Għat-tieni stadju, il-peer review jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA), li għandha sena mid-data tal-preżentazzjoni ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni, biex tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni. Minħabba li d-dati tal-preżentazzjoni huma parti mill-arranġamenti miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-EFSA, huwa possibbli li wieħed ibassar meta l-aħħar opinjoni se tkun lesta. Sa issa, tlieta ngħataw lill-Kummissjoni, filwaqt li l-aħħar waħda għandha tkun disponibbli lill-Kummissjoni fl-aħħar tas-sena 2005. Konsegwentement, għandu jiġi allokat aktar żmien għall-evalwazzjoni tas-sustanzi tat-tieni stadju milli għal dawk koperti mill-ewwel stadju li diġà għaddew minn din il-parti tal-proċess.

(4)

Ir-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2001 (4) jispjega ’l għaliex il-progress ma kienx daqshekk tajjeb kif kien oriġinarjament mistenni. Ir-raġunijiet ewlenin għad-dewmien kienu li l-bidu seħħ bil-mod, minħabba l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prijorità tas-sustanzi, il-bżonn li jinġiebu flimkien ir-riżorsi neċessarji, u biex ikunu pprovduti skemi proċedurali aktar elaborati għall-evalwazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet. Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport id-data ta’ l-għeluq ġiet estiża bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 (5) għal dawk is-sustanzi li għadhom taħt reviżjoni. Sadanittant, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ħadmu b’mod attiv biex itejbu l-proċeduri biex jiġu evalwati s-sustanzi attivi, u ż-żieda konsiderevoli fir-rata tad-deċiżjonijiet f’dawn l-aħħar snin turi li ċ-ċiklu ta’ tagħlim jista’ jiġi kkunsidrat bħala magħluq. L-EFSA, li għandha r-responsabbiltà fit-tieni stadju tal-programm ta’ evalwazzjoni, qed tidħol ukoll f’fażi ta’ ħidma, u l-ewwel opinjonijiet tagħha issa ngħataw. Però, xi wħud mir-raġunijiet identifikati fir-rapport ta’ l-2001 għadhom japplikaw. Dawn jinkludu bżonn aktar biex wieħed jagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi limitati b’metodi xierqa ta’ qsim ix-xogħol u biex jiġi żgurat li jinżamm l-għadd ta' deċiżjonijiet annwali milħuq bħalissa. Il-pass bil-mod tal-bidu, il-kumplessità teknika ta’ ċerti dossiers, il-bżonn li tinkiseb l-opinjoni ta’ ċrieki xjentifiċi indipendenti u fatturi oħra mhux previsti, tellfu, f’numru ta’ każijiet, il-ħin bżonnjuż għat-teħid tad-deċiżjoni u l-miżuri ta’ implimentazzjoni.

(5)

Huwa maħsub li s-sustanzi kollha koperti bl-ewwel u t-tieni stadju tal-programm ta’ reviżjoni msemmi hawn fuq għandhom ikunu s-suġġett ta’ att speċifiku adottat qabel il-31 ta’ Diċembru 2005 (għall-ewwel stadju) jew it-30 ta’ Settembru 2006 (għat-tieni stadju). Però, irid jingħata żmien sabiex dawn l-atti biex jidħlu fis-seħħ, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom biex ikunu konformi mal-ħtiġijiet il-ġodda.

(6)

Għal dawn ir-raġunijiet huwa xieraq li jkun estiż b’sena l-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-ewwel fażi u b’wieħed u għoxrin xahar għat-tieni stadju.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/928/KE tas-26 ta’ Novembru 2002 dwar in-non-inklużjoni tal-benomyl fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (6), 2004/129/KE tat-30 ta’ Jannar 2004 dwar in-non-inklużjoni ta’ ċertu sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7), 2004/140/KE tal-11 ta’ Frar 2004 dwar in-non-inklużjoni tal-fenthion fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (8), 2004/247/KE ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar in-non-inklużjoni tas-simazine fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għal ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (9) u 2005/303/KE tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar in-non-inklużjoni ta’ l-aċidu kresiliku (cresylic acid), id-dichlorophen, l-imazamethabenz, il-kasugamycin u l-polyoxin fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u għall-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet tal prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (10) li għandhom dispożizzjonijiet għan-non-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE u għall-irtirar mill-Istati Membri ta’ l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom dawk is-sustanzi. Dawk l-atti jipprevedu derogi li jippermettu t-tkomplija fl-użu ta’ xi wħud minn dawk is-sustanzi għal perjodu limitat ta’ żmien sakemm qedin jiġu żviluppati alternattivi oħrajn.

(8)

L-Istati Membri ppreżentaw evidenza ġdida li turi l-bżonn ta’ aktar użi essenzjali. Informazzjoni bħal din kienet evalwata mill-Kummissjoni ma’ esperti mill-Istati Membri.

(9)

Id-derogi għandhom jingħataw biss għal każijiet li jidhru ġustifikati u li ma jagħtux lok għal tħassib u għandhom ikunu ristretti għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara li għalihom ma jeżistux alternattivi effiċjenti.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2002/928/KE, 2004/129/KE, 2004/140/KE u 2004/247/KE u 2005/303/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Il-perjodu ta’ żmien ta’ 12-il sena msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE huwa estiż sal-31 ta’ Diċembru 2006 għas-sustanzi attivi li huma evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, sat-30 ta’ Settembru 2007 għas-sustanzi attivi li huma evalwati fil-qafas tat-tieni stadju taħt ir-Regolament (KE) Nru 451/2000, u sal-31 ta’ Diċembru 2008 għas-sustanzi attivi li huma evalwati fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, sakemm ma ttieħdetx jew ma titteħidx deċiżjoni qabel id-data relevanti dwar jekk is-sustanzi attivi kkonċernati jiġux inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew le. Matul dawk il-perjodi l-Istati Membri jistgħu jkomplu jawtorizzaw jew jawtorizzaw mill-ġdid it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.”

(2)

L-Anness II huwa emendat skond il-Parti I ta' l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/928/KE huwa emendat skond il-Parti II għall-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/129/KE huwa emendat skond il-Parti III għall-Anness għal dan ir-Regolament

Artikolu 4

L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/140/KE huwa emendat skond il-Parti IV għall-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/247/KE huwa emendat skond il-Parti V għall-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

L-Anness għad-Deċiżjoni 2005/303/KE huwa emendat skond il-Parti VI ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta' Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.)

(2)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 27).

(3)  ĠU L 55, tat-29.2.2000, p. 25. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(4)  COM (2001) 444 finali.

(5)  ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1765/2004 (ĠU L 315, 14.10.2004, p. 26).

(6)  ĠU L 322, tas-27.11.2002, p. 53. Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 835/2004 (ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 43).

(7)  ĠU L 37, ta’ l-10.2.2004, p. 27. Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 835/2004.

(8)  ĠU L 46, tas-17.2.2004, p. 32.

(9)  ĠU L 78, tas-16.3.2004, p. 50. Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 835/2004.

(10)  ĠU L 97, tal-15.4.2005, p. 38.


ANNESS

Parti I

Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2076/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-linja dwar il-metobromuron hija mibdula b’dan li ġej:

“Metobromuron

Belġju

Valerjanella, fażola, patata

Spanja

Patata

Franza

Qaqoċċ, valerjanella

Ġermanja

Valerjanella, fażola, tabakk”

(2)

Il-linja dwar it-terbufos hija mibdula b’dan li ġej:

“Terbufos

Franza

Banana

Greċja

Pitravi

Ungerija

Qamħirrun, pitravi, ċereali, ġirasol, fażola tas-sojja”

(3)

Il-linji li ġejjin huma miżjuda:

“Chlormephos

Franza

Qamħirrun, qamħ ħelu

Hexachlorophene

Ċipru

Tadam, bżar, ħjar, qargħa aħmar, dulliegħ, bettieħ, pjanti ornamentali”

(4)

Il-linja dwar il-fenuron hija mħassra.

Part II

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/928/KE huwa mibdul b’dan li ġej:

“Kolonna A

Kolonna B

Kolonna C

Sustanza Attiva

Stat Membru

Użu

Benomyl

Slovakkja

Għads, tabakk, pitravi, segala, imxietel tal-foresta”

Parti III

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/129/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-linja dwar l-alkyldimethylbenzyl ammonium chloride hija mibdula b’dan li ġej:

“Alkyldimethylbenzyl ammonium chloride

Belġju

Diżinfettar tal-kmamar u ta’ l-apparat fejn jikber il-faqqiegħ

Franza

Diżinfettar ta’ l-uċuh tas-serer u ta’ l-apparat”

(2)

Il-linja dwar il-pretilachlor hija mibdula b’dan li ġej:

“Pretilachlor

Franza

Ross

Greċja

Ross

Italja

Ross”

Part IV

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/140/KE il-linja li ġejja hija miżjuda:

“Cipru

Bait application fiċ-ċitru u ż-żebbuġ”

Part V

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/247/KE il-linja dwar ir-Renju Unit tinbidel b’dan li ġej:

“Ir-Renju Unit

Fażola, sfraġ, rabarbru, hardy ornamental nursery stock, frawli, hops”

Part VI

L-Anness għad-Deċiżjoni 2005/303/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-linja dwar id-dichlorophen hija mibdula b’dan li ġej:

“Dichlorophen

Franza

Il-kontroll tal-ħażiż fuq amenity turf u uċuh iebsa, trattament tax-xitwa għas-siġar tal-frott

Irlanda

Il-kontroll tal-ħażiż fuq amenity turf u ħaxix għall-golf

Renju Unit

 

Markanzji u ħażiż fuq il-pjanti ornamentali;

 

Kontroll tal-fungi u patoġeni oħra tal-pjanti li jinsabu fuq l-uċuh tas-serer u fin-nurseries.

 

Il-kontroll tal-ħażiż fuq amenity turf immaniġjat u uċuh iebsa”

(2)

Il-linja dwar l-imazamethabenz hija mibdula b’dan li ġej:

“Imazamethabenz

Franza

Ċereali, uċuh tar-raba għall-produzzjoni taż-żerriegħa

Greċja

Ċereali

Spanja

Ċereali”