18.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
226 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 1261/2005
ta’ l-20 ta’ Lulju 2005
li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti ta’ l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u l-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tat-Tagħrif,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) jistipula li l-istituzzjonijiet komunitarji għandhom jirrispettaw, għal-kuntratti tagħhom proprji, ir-regoli mniżżla fid-direttivi applikabbli għall-Istati Membri. Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2) emendat dawn ir-regoli. Minn hawn ’il quddiem, jeħtieġ li fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (3), li jittrasponi prinċipalment ir-regoli tad-Direttiva 92/50/KEE relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku (4) fir-regolamentar Finanzjarju intern ta’ l-istituzzjonijiet, jiddaħħlu l-emendi miġjuba mid-Direttiva 2004/18/KE, sakemm ikunu rilevanti. |
(2) |
Dawn l-emendi jikkonċernaw b’mod partikulari l-possibbiltajiet il-ġodda ta’ għotja elettronika tal-kuntratti, kif ukoll is-sistema ġdida ta’ akkwist dinamiku għall-oggetti użati ġeneralment, kif ukoll il-proċedura ta’ djalogu kompetittiv, ir-regoli għal dawk li għandu x’jaqsam mal-kuntratti ddikjarati sigrieti u l-użu tal-ftehim ta’ qafas, li għal raġunijiet prattiċi jeħtieġ li jkompli jiġi identifikat bħala kuntratt ta' qafas fil-kuntest ta' l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Komunità, li jippermettu minn hawn ’il quddiem il-kompetizzjoni tal-partijiet fil-ftehim ta’ qafas għall-għotja tal-kuntratti speċifiċi, u fl-aħħar it-tisħiħ tad-dimensjonijiet soċjali u ambjentali fl-evalwazzjonijiet ta’ l-offerti. Madankollu, il-limiti applikabbli ġew evalwati mill-ġdid għall-kuntratti ta’ servizzi li mhumiex suġġetti għall-ftehim ta’ l-Orġanizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Barra minn hekk id-Direttiva 2004/18/KE tarmonizza d-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tliet kategoriji l-kbar tal-kuntratti, b’mod partikulari għal dak li għandu x’jaqsam mar-riklami, speċifikazzjonijiet tekniċi u kalkolu tal-valur tal-kuntratti. |
(3) |
Barra minn hekk, irriżulta li d-dispożizzjonijiet marbuta mal-mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ l-imgħax fuq prefinanzjament kienu jillimitaw wisq. Jaqbel li tiġi awtorizzata l-possibbiltà ta’ identifikazzjoni ta’ dan l-imgħax b’kull mezz tal-kontabilità. |
(4) |
L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 jistabbilixxi l-lista tal-atti bażiċi skond l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju iżda ma jinkludix il-firxa kollha ta’ srtumenti ġuridiċi li l-Kunsill jistà juża fil-qasam tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni. Jeħtieġ għalhekk li titkabbar il-lista billi jiżdiedu fiha d-deċiżjonijiet rigward il-konklużjoni ta’ ftehim interernazzjonali kif ukoll id-deċiżjonijet rigward l-azzjoni urġenti u ta’ tul limitat sabiex jiffaċċjaw sitwazzjonijet ta’ kriżi. |
(5) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi prevista proċedura ta’ informazzjoni għall-kandidati u għal dawk li tefgħu l-offerti li ġew eliminati fl-ambitu tal-kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet f’isimhom. Tali informazzjoni għandha sseħħ qabel il-firma tal-kuntratt u għandha tippermetti lill-kandidati u lil dawk li tefgħu l-offerti li ġew eliminati li jsiru jafu r-raġunijiet għall-eliminazzjoni tagħhom jew ta’ l-offerta tagħom. L-introduzzjoni ta’ tali proċedura ta’ informazzjoni timmira li tissottometti lill-istituzzjonijiet għal obbligu impost mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej lill-Istati Membri. |
(6) |
L-esperjenza wriet li l-obbligi stipulati bħalissa għall-proċeduri tal-kuntratti ta’ valur baxx u, dawk li jirrigwardaw il-kuntratti ta’ servizzi legali, aktar limitati minn dak li titlob id-Direttiva 2004/18/KE, kienu fil-prattika wisq ikkumplikati. Għandhom għalhekk isiru aktar flessibbli partikolarment fejn jidħlu l-miżuri ta’ riklamar u d-dokumenti anċillari li għandhom jiġu pprovduti - dawn ta’ l-aħħar suġġetti għall-analiżi tar-riskju mill-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni. L-awtorità kontraenti għandha, f’dan l-aħħar każ, tkun dejjem f'pożizzjoni li tiġġustifika l-għażla tagħha. |
(7) |
Minħabba l-liberalizzazzjoni tas-settur tal-posta, jeħtieġ li titneħħa d-diskriminazzjoni storika bejn kunsinna rreġistrata u kunsinna bil-kurjer peress li t-tnejn jipprovdu rċevuta tat-twassil li tista' tintuża bħala xhieda tad-data tal-kunsinna ta' l-offerti. |
(8) |
Jeħtieġ li l-istituzzjonijiet komunitarji jirrispettaw il-vokabularju stipulat fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2195/2002 tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-vokabularju komuni għall-kuntratti pubbliċi (CPV) (5). |
(9) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mas-sussidji, id-data tal-31 ta’ Jannar għall-adozzjoni tal-programm tax-xogħol annwali tidher stretta wisq u impossibbli li tiġi rrispettata, b’mod partikulari fil-każijiet ta’ atti ta’ bażi u ta’ proġetti ewlenija adottati tard jew minħabba l-proċeduri tal-kumitati. Minħabba f’hekk, jeħtieġ li dan il-limitu ta’ żmien ikun aktar flessibbli filwaqt li l-programm imsemmi jżomm id-dimensjoni tiegħu ta’ riklami ex ante u jkun ewlieni għat-twettiq tal-baġit. |
(10) |
Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw in-natura tal-verifiki meħtieġa biex isostnu t-talb ta' ħlas u l-limiti applikabbli f'dan is-suġġett instabu wisq ambigwi u kkumplikati għalxejn. B’hekk, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu ssemplifikati u razzjonalizzati. |
(11) |
Fil-qasam ta’ għajnuna umanitarja, il-benefiċjarji tas-sussidji huma ġeneralment marbuta mal-Kummissjoni permezz ta’ konvenżjonijiet ta’ sħubija li jistipulaw arranġamenti ta’ verifiki u kontrolli ġenerali u regolari. Skond l-analiżi tiegħu tar-riskju ta’ tmexxija l-uffiċjal li jawtorizza, jista’ jikkunsidra li proċeduri bħal dawn joffru garanziji ekwivalenti għal dawk l-offerti mill-verifiki tal-kontijiet ta’ azzjoni, meħtieġa għall-ħlas tal-bilanċ. F’dawn il-kundizzjonijiet u sabiex tiġi ssemplifikata t-tmexxija, jeħtieġ li l-uffiċjal li jawtorizza jitħalla ma jitlobx verifiki għall-ħlas tal-bilanċ. |
(12) |
Bil-għan ta’ titjib ta’ l-effiċjenza fl-użu tal-fondi komunitarji, jeħtieġ li jitkabbru l-kundizzjonijiet ta' l-użu tal-finanzjamenti ta' rati fissi, wara tisħiħ tar-responsabbiltà tal-benefiċjarji u l-obbligi tar-riżultati tagħhom, u l-possibbiltà li jingħataw sanzjonijiet f’każ ta’ dikjarazzjoni falza li wasslet għal ħlas żejjed min-naħa tal-baġit komunitarju. |
(13) |
Jeħtieġ għaldaqstant li r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 jiġi hekk emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 hu emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 4(2), is-sentenza introduttorja u l-punt a) huma mibdula b’li ġej: “L-uffiċjali li jawtorizzaw, għandhom jaraw illi, li f’dawn il-konvenzjonijiet konklużi mal-benefiċjarji u l-intermedjarji:
|
2) |
L-Artikolu 31, paragrafu 2 hu mibdul b’dan it-test: “2. Fil-qasam tal-politika barranija u tas-sigurtà komuni, att ta’ bażi jista’ jieħu waħda mill-għamliet imsemmija fl-Artikolu 13, paragrafu 2, fl-Artikolu 14, fl-Artikolu 23, paragrafu 2, u l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, kif stipulati fl-Artikolu 168, paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament, u għal azzjonijiet ta’ tul ta’ żmien limitat, att ta’ bażi jista’ wkoll jieħu l-għamla msemmija fil- paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 13, u l-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.” |
3) |
L-Artikolu 116 hu emendat kif ġej:
|
4) |
L-Artikoli 117 u 118 huma mibdula bit-test li ġej: “Artikolu 117 Kuntratti ta’ qafas u kuntratti speċifiċi (Artikolu 88 tar-Regolament finanzjarju) 1. Kuntratt ta’ qafas hu ftehim konkluż bejn wieħed jew aktar awtoritajiet kontraenti u wieħed jew aktar operaturi ekonomiċi biex jistabbilixxu t-termini ewlenien relatati ma’ serje ta’ kuntratti li jistgħu jingħataw waqt perijodu ta’ żmien stipulat, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet u jekk jeħtieġ, il-kwantitajiet maħsuba. Meta kuntratt ta’ qafas hu konkluż ma’ bosta operaturi ekonomiċi, in-numru ta' operaturi ekonomiċi għandu jkun ta’ lanqas tlieta, sabiex ikun hemm numru biżżejjed ta' operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kriterji ta' selezzjoni u/jew sejħiet għalll-offerti li jissodisfaw il-kriterji ta' attribuzzjoni ta’ kuntratt. Kuntratt ta’ qafas ma’ bosta operaturi ekonomiċi jista’ jieħu l-forma ta’ kuntratti separati imma konklużi bl-istess mod. It-tul tal-kuntratti ta’ qafas ma jistax jaqbeż l-erba’ snin, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, b'mod partikulari, skond is-suġett tal-kuntratt. L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw il-kuntratti ta’ qafas b’mod abbużiv jew b’mod li ma jħallix, jillimita jew iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Kuntratti ta’ qafas jitqiesu bħala kuntratti għal proċedura tagħhom ta' għotja, inkluż ir-riklamar. 2. Il-kuntratti speċifiċi msejsa fuq kuntratti ta’ qafas huma konklużi biss skond it-termini stipulati fihom, bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi li kienu oriġinarjament parti mill-kuntratt ta’ qafas. Meta ssir l-għotja tal-kuntratti speċifiċi msejsa fuq il-kuntratt ta’ qafas, il-partijiet ma jistgħux jagħmlu emendi sostanzjali lit-termini stipulati f'dan il-kuntratt ta' qafas, b'mod partikolari fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3. 3. Meta kuntratt ta’ qafas ikun konkluż ma’ operatur ekonomiku wieħed biss, il-kuntratti speċifiċi msejsa fuq dan il-kuntratt ta’ qafas huma mogħtija fil-limiti tat-termini stipulati fil-kuntratt ta' qafas. Għall-għoti ta’ dawk il-kuntratti speċifiċi, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub l-operatur ekonomiku li hu parti mill-kuntratt ta’ qafas, billi jitolbu jlesti l-offerta tiegħu jekk jeħtieġ. 4. L-għotja ta’ kuntratti msejsa fuq kuntratti speċifiċi ta’ qafas konklużi ma' bosta operaturi ekonomiċi hi mwettqa skond l-emendi li ġejjin:
Għal kull kuntratt speċifiku li għandu jingħata skond l-emendi stipulati fl-ewwel inċiż, punt b), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonsultaw, bil-miktub, l-operaturi ekonomiċi kapaċi jwettqu l-għan tal-kuntratt billi jistabbilixxu limitu ta’ żmien biżżejjed sabiex jippermettu l-preżentazzjoni tas-sejħiet għall-offerti. Is-sejħiet għall-offerti huma ppreżentati bil-miktub. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu kull kuntratt speċifiku lill-persuna li tefgħet l-aħjar offerta għall-kuntratt fuq il-bażi tal-kriterji ta’ għotja mniżżla fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas. 5. Huma biss il-kuntratti speċifiċi msejsa fuq il-kuntratti ta' qafas li għandhom jiġu ppreċeduti minn impenn mill-baġit. Artikolu 118 Miżuri ta’ riklamar għall-kuntratti mid-Direttiva 2004/18/KE ħlief il-kuntratti fl-Anness II B (l-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju) 1. Il-pubblikazzjoni għall-kuntratti li għandhom valur daqs jew akbar mil-limiti stipulati fl-Artikoli 157 u 158 għandhom avviż ta' tagħrif minn qabel, avviż ta' kuntratt jew avviż ta' kuntratt issemplifikat u avviż ta' għotja. 2. L-avviż ta’ tagħrif minn qabel hu l-avviż li permezz tiegħu l-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu, bħala gwida, l-ammont totali stipulat tal-kuntratti u kuntratti ta’ qafas skond il-kategorija ta’ servizzi u gruppijiet ta’ prodotti u l-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratti tax-xogħol li bi ħsiebhom jagħtu waqt is-sena tal-baġit, minbarra l-kuntratti taħt il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt. Dan għandu jsir biss meta l-ammont totali stmat tal-kuntratti hu daqs jew jaqbeż il-limiti stipulati fl-Artikolu 157 u li jekk l-awtorità kontraenti bi ħsiebha tagħmel użu mill-fakultà li tnaqqas id-data ta’ l-għeluq ta' l-ilqugħ ta' l-offerti b’konformità ma’ l-Artikolu 140 (4). L-avviż ta’ tagħrif minn qabel hu ppubblikat mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (OPOCE) jiġifieri mill-awtoritajiet kontraenti infushom dwar il-‘profil ta’ xerrejja’ tagħhom kif inhu pprovdut fl-Anness VIII, punt 2, b), tad-Direttiva 2004/18/KE. L-avviż ta’ tagħrif minn qabel hu mibgħut lill-OPOCE jew ippubblikat fuq il-profit tax-xerrej mill-aktar fis u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull eżerċizzju għall-kuntratti ta’ fornitura u ta’ servizzi u għall-kuntratti tax-xogħol mill-aktar fis wara d-deċiżjoni li tawtorizza l-programm. L-awtoritajiet kontraenti li jippubblikaw l-avviż ta’ tagħrif minn qabel dwar il-profil ta’ xerrej tagħhom jibgħatu lill-OPOCE, b’mezz elettroniku b’konformità mal-format u r-regoli ta’ trażmissjoni indikati fl-Aneess VIII, punt 3, tad-Direttiva 2004/18/KE, avviż li jgħarraf il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel dwar profil ta’ xerrej. 3. L-avviż tal-kuntratt jippermetti lill-awtoritajiet kontraenti li jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom li jniedu proċedura ta’ għotja ta’ kuntratt jew ta’ kuntratt ta’ qafas jew ta’ implimentazzjoni ta’ sistema ta’ akkwist dinamiku, stipulat fl-Artikolu 125 bis. Dan hu obbligatorju għall-kuntratti li l-ammont stmat tagħhom hu daqs jew jaqbez il-limiti stipulati fl-Artikolu 158(1), punti a) u c), mingħajr ħsara għall-kuntratti konklużi wara proċedura negozjata mniżżla fl-Artikolu 126. Dan mhux obbligatorju għall-kuntratti speċifiċi msejsa fuq il-kuntratti ta’ qafas. L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu kuntratt speċifiku msejjes fuq sistema ta’ akkwist dinamiku għandhom jgħarrfu l-intenzjoni taħghom permezz ta’ avviz ta’ kuntratt issemplifikat. F’każ ta’ proċedura miftuħa, l-avviż tal-kuntratt għandu juri d-data, ħin u, jekk jeħtieġ, il-post tal-laqgħa ta’ tal-kummissjoni tal-ftuħ, li hi miftuħa għal min jitfa’ l-aħjar offerta. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw jekk jawtorizzaw jew le l-varjanti u l-livelli ta’ kapaċità minimi li jitolbu jekk jużaw il-possibbiltà stipulata fl-Artikolu 135(2), it-tieni inċiż. Huma għandhom jindikaw il-kriterji ta’ selezzjoni mniżżla fl-Artikolu 135 li bi ħsiebhom jużaw, in-numru minimu ta’ kandidati li bi ħsiebhom jistiednu biex jitfgħu offerta u, jekk jeħtieġ, l-akbar numru, kif ukoll il-kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li bi ħsiebhom jużaw biex jillimitaw in-numru, skond l-Artikolu 123(1), it-tieni inċiż. Fil-każijiet fejn id-dokumenti ta’ sejħa għall-kompetizzjoni huma ta’ aċċess ħieles, dirett u sħiħ b’mezzi elettroniċi, b’mod partikulari fis-sistemi ta’ akkwist dinamiku stipulat fl-Artikolu 125 bis, l-indirizz tal-websajt fejn id-dokumenti jistgħu jiġu kkonsultati jidher fl-avviż tal-kuntratt. L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jorganizzaw kompetizzjoni għandhom jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż. 4. L-avviż ta’ għotja tippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta’ għotja tal-kuntratti, ta’ kuntratti ta’ qafas jew ta’ kuntratti imsejsa fuq sistema ta’ akkwist dinamiku. Dan hu obbligatorju għall-kuntratti ta' ammont li hu daqs jew jaqbeż il-limiti stipulati fl-Artikolu 158. Dan mhux obbligatorju għall-kuntratti msejsa fuq il-kuntratti ta’ qafas. Dan hu mibgħut lill-OPOCE sa mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin ġurnata tal-kalendarju wara l-għeluq tal-proċedura, jiġifieri mid-data tal-firma tal-kuntratt u tal-kuntratt ta' qafas. Madankollu, l-avviżi relatati mal-kuntratti msejsa fuq sistema ta’ akkwist dinamiku jistgħu jingħaqdu f’grupp fuq bażi ta’ kull tliet xhur. Wara, dawn huma mibgħuta lill-OPOCE l-aktar tard sa tmienja u erbgħin ġurnata wara l-aħħar tat-tliet xhur. L-awtoritajiet kontraenti li organizzaw kompetizzjoni jibagħtu lill-Komunitajiet Ewropej avviż dwar ir-riżultati tiegħu lill-OPOCE. 5. L-avviżi huma mfassla skond il-formoli standard adottati mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE.” |
5) |
L-Artikolu 119 hu emendat kif ġej:
|
6) |
Fl-Artikolu 120 (1), it-tieni inċiż hu mibdul bit-test li ġej: “Il-limitu ta' żmien fl-ewwel paragrafu hu mnaqqas għal ħames ġranet tal-kalendarju fil-proċeduri mħaffa msemmija fl-Artikolu 142.” |
7) |
Fl-Artikolu 122, il-paragrafu 2 hu mibdul bit-test li ġej: “2. Il-Kuntratt għal sejħa għall-offerti hu miftuħ meta kull operatur ekonomiku interessat jista’ jitfa’ offerta. Dan jgħodd ukoll għas-sistemi ta’ akkwist dinamiku mniżżla fl-Artikolu 125a. Is-sejħa għall-offerti hi limitata meta l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu li jieħdu sehem u huma biss il-kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni mniżżla fl-Artikolu 135 u li huma mistiedna flimkien u bil-miktub mill-awtoritajiet kontraenti li jistgħu jitfgħu offerta jew tweġiba fil-qafas tal-proċedura ta’ djalogu kompettitiv imniżżel fl-Artikolu 125b. Il-fażi ta’ selezzjoni tista’ tiġi ripetuta għal kull kuntratt individwali, kif ukoll fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, jew fuq tfassil ta’ lista ta’ kandidati potenzjali fil-qafas tal-proċedura limitata fl-Artikolu 128.” |
8) |
L-Artikolu 123 hu emendat kif ġej:
|
9) |
Fl-Artikolu 124, l-inċiż li ġej hu miżjud: “Meta l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jgħaddu l-kuntratti tagħhom billi jirrikorru għal proċedura negozjata wara li jkunu ppubblikaw avviż tal-kuntratt, b’konformità ma’ l-Artikolu 127, huma jistgħu jipprevedu li l-proċedura negozjata sseħħ f’fażijiet suċċessivi b'mod li tnaqqas in-numru ta' offerti li għandhom jiġu nnegozjati billi jiġu applikati kriterji ta' attribuzzjoni indikati fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjoni. L-użu ta’ din il-fakultà hi indikata fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjoni.” |
10) |
Fl-Artikolu 125(3), l-inċiż li ġej hu miżjud: “Il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna minn ġurija biex iwieġbu għall-mistoqsijiet irraportati fil-proċess verbali sabiex jiċċaraw proġett. Rapport sħiħ tad-djalogu li rriżulta hu stabbilit.” |
11) |
L-Artikoli 125a u 125b li ġej huma miżjuda: “Artikolu 125a Sistema ta’ akkwist dinamiku (l-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju) 1. Is-sistema ta’ akkwist dinamiku skond l-Artikolu 1(6) u l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2004/18/KE, hu proċess ta’ akkwist kompletament elettroniku għal xiri ta’ użu frekwenti, miftuħ waqt it-tul tiegħu kollu għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni u li ressaq offerta indikattiva skond it-termini u l-kundizzjonijiet u d-dokumenti komplimentari eventwali. L-offerti indikattivi jistgħu jittejbu f'kull mument, b'kundizzjoni li jibqgħu konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet. 2. Sabiex tiġi implimentata sistema ta’ akkwist dinamiku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jippubblikaw avviż tal-kuntratt li jispeċifika li din hi sistema ta’ akkwist dinamiku u li jkollu referenza għall-indirizz tal-websajt li fih jistgħu jiġu kkonsultati t-termini u l-kundizzjonijiet u kull dokument anċillari, b’mod ħieles, dirett u sħiħ, mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviż sa’ l-għeluq tas-sistema. Huma jiċċaraw it-termini u l-kundizzjonijiet, fost oħrajn, in-natura tax-xiri maħsub li jkun suġġett għall-għan ta’ din is-sistema, kif ukoll kull tagħrif meħtieġ dwar is-sistema ta’ akkwist, it-tagħmir elettronniku użat u l-arranġamenti u speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ konnessjoni. 3. L-awtoritajiet kontraenti jagħtu, tul is-sistema ta' akkwist dinamiku, il-possibbiltà lil kull operatur ekonomiku li jitfa’ offerta indikattiva sabiex jitħalla jidħol fis-sistema bil-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1. Huma jiksbu l-evalwazzjoni fi żmien massimu ta’ ħmistax-il ġurnata mid-data tal-preżentazzjoni ta’ l-offerta indikattiva. Madankollu, huma jistgħu jestendu l-perijodu ta’ evalwazzjoni sakemm l-ebda sejħa għall-offerta ma tintervjeni waqt dan l-istess perijodu. L-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu b’kollox lil min qiegħed jagħmel l-offerta ta’ l-inklużjoni tiegħu fis-sistema ta’ akkwist dinamiku jew ta’ eleminazzjoni ta’ l-offerta tiegħu. 4. Kull kuntratt speċifiku hu suġġett għal sejħa għall-offerti. Qabel ma toħroġ din is-sejħa, l-awtoritajiet kontraenti jippubblikaw avviż ta' kuntratt semplifikat li jistieden l-operaturi ekonomiċi interessati kollha biex jitfgħu offerta indikattiva, fi żmien li ma jistax ikun anqas minn ħmistax-il ġurnata mid-data tal-kunsinna ta' l-avviż semplifikat. L-awtoritajiet kontraenti jagħmlu sejħa għall-offerti biss wara li jkunu kisbu evalwazzjoni ta’ l-offerti indikattivi kollha li ġew imressqa waqt dan iż-żmien. L-awtoritajiet kontraenti jistiednu kull min jifta’ offerta li ġie mdaħħal fis-sistema sabiex jitfa’ offerta fi żmien adegwat. Huma joffru l-kuntratt lill persuna li tefgħet l-aktar offerta li hi ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji ta’ għotja mniżżla fl-avviż tal-kuntratt għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ akkwist dinamiku. Jekk jeħtieġ, dawn il-kriterji jistgħu jiġu speċifikati fis-sejħa għall-offerti. 5. It-tul tas-sistema ta’ akkwist dinamiku ma jistax jaqbeż l-erba’ snin, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xierqa. L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw din is-sistema biex iwaqqfu, jillimitaw, jew iwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. L-ebda spejjez amministrattivi ma ġew imposti lill-operaturi ekonomiċi interessati jew lill-partijiet tas-sistema. Artikolu 125b Djalogu kompetittiv (Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju) 1. Meta kuntratt ikun partikularment ikkumplikat, l-awtorità kontraenti, jekk tqies li l-użu dirett tal-proċedura miftuħa jew ta’ l-emendi preżenti li jmexxu l-proċedura limitata ma jħallux l-għotja tal-kuntratt għall-offerta li ekonomikament tkun l-aħjar waħda, din tista’ tuża d-djalogu kompetittiv mniżżel fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2004/18/KE. Kuntratt hu meqjus bħala partikularment ikkumplikat meta l-awtorità kontraenti mhux kapaċi b’mod oġġettiv li tiddefinixxi l-mezzi tekniċi li jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet jew għanjiet tagħha jew li jistabbilixxu l-karattru legali jew finanzjarju tal-proġett. 2. L-awtoritajiet kontraenti jippubblikaw avviż tal-kuntratt li fih huma jgħarrfu l-ħtiġijiet u l-eżigenzi tagħhom, li jiddefinixxu f’dan l-istess avviż u/jew f’dokument deskrittiv. 3. L-awtoritajiet kontraenti jiftħu, mal-kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni mniżżla fl-Artikolu 135, djalogu sabiex jidentifikaw u jiddefinixxu l-mezzi xierqa sabiex jissodisfaw mill-aħjar il-ħtiġijiet tagħhom. Waqt id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti jiggarantixxu l-ugwaljanza tat-trattament ta’ kull min jitfa’ offerta u l-kunfidenzjalità tat-tweġibiet proposti jew tagħrif ieħor ikkomunikat minn kandidati li jieħdu sehem fid-djalogu, ħlief jekk kien hemm ftehim ma’ dan dwar il-preżentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistipulaw proċedura li titwettaq f’bosta fażijiet suċċessivi b’mod li tnaqqas in-numru ta’ tweġibiet li għandhom jiġu diskussi waqt il-fażi ta’ djalogu billi japplikaw il-kriterji ta’ għotja mniżżla fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, jekk din il-possibbiltà hi mniżżla fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv. 4. Wara li jkunu għarrfu lill-parteċipanti bil-konklużjoni tad-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti jistednuhom jerġgħu jitgħu offerta finali msejsa fuq it-tweġiba jew tweġibiet imressqa u speċifikati waqt id-djalogu. Dawn l-offerti jinkludu l-elementi kollha meħtieġa għat-twettiq tal-proġett. Fuq talba ta’ l-awtorità kontraenti, dawn l-offerti jistgħu jiġi spjegati, iċċarati u mtejba mingħajr ma’ jinbidlu l-elementi fundamentali ta' l-offerta jew tas-sejħa għall-offerti, li l-bidla fihom tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew li jkollha effett diskriminatorju. Fuq talba ta’ l-awtorità kontraenti, dak li ġie identifikat bħala li tefa’ l-aħjar offerta jista’ jiġi mitlub jiċċara l-aspetti ta’ l-offerta tiegħu u jikkonferma l-impenji mniżżla fiha, bil-patt u kundizzjoni li dan ma jwassalx għal bidla ta' l-elementi importanti ta' l-offerta jew tas-sejħa għall-offerti, jew għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew joħloq diskriminazzjonijiet. 5. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistipulaw il-prezzijiet jew il-pagamenti għal-parteċipanti waqt id-djalogu.” |
12) |
L-Artikolu 126, hu emendat kif ġej:
|
13) |
L-Artikolu 127 hu emendat kif ġej:
|
14) |
Fl-Artikolu 129, il-paragrafi 3 u 4 huma mibduli bit-test li ġej: “3. Il-kuntratti ta’ valur anqas minn 3 500 euro jistgħu jkunu suġġetti għal offerta waħda biss. 4. Il-pagamenti mwettqa għal ammont ta’ anqas minn 200 euro jista’ jikkonsisti minn sempliċi rifużjoni ta’ kont, mingħajr approvazzjoni minn qabel ta’ offerta.” |
15) |
L-Artikolu 130 hu emendat kif ġej:
|
16) |
L-Artikolu 131 hu emendat kif ġej:
|
17) |
L-Artikolu 134 hu mibdul bit-test li ġej: “Artikolu 134 Evidenza (l-Artikoli 93 sa 96 tar-Regolament Finanzjarju) 1. L-awtorità kontraenti taċċetta bħala prova sodisfaċenti li l-kandidat jew min jitfa’ l-offerta ma jsibx ruħhu f’wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1), punti a), b) jew e), tar-Regolament Finanzjarju, il-preżentazzjoni ta’ estratt riċenti ta’ rekord legali jew, f’nuqqas ta’ dan, ta’ dokument ekwivalenti riċenti mogħti minn awtorità legali jew amministrattiva mill-pajjiż ta’ oriġini jew minn fejn ġej/ja, fejn jirriżulta li dawn l-eżigenzi huma ssodisfatti. L-awtorità kontraenti taċċetta bħala prova sodisfaċenti li l-kandidat jew min jifta’ l-offerta ma jinsabx f'wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1), punt d), tar-Regolament Finanzjarju, ċertifikat riċenti maħruġ mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ikkonċernat. 2. Meta dokument jew ċertifikat imniżżel fil-paragrafu 1, mhux maħruġ mill-pajjiż ikkonċernat u għall-każijiet l-oħra ta’ esklużjoni mniżżla fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju, dan jista’ jiġi mibdul b’dikjarazzjoni maħlufa jew, f’nuqqas ta’ dan, b’dikjarazzjoni solenni magħmula mill-parti kkonċernata quddiem awtorità legali jew amministrattiva, nutar jew korp professjonali kwalifikat tal-pajjiż ta’ oriġini jew minn fejn ġej. Għall-kuntratti ta’ valur anqas minn 50 000 euro, l-awtorità kontraenti tista’, skond l-analiżi tar-riskju tagħha, titlob lill-kandidati jew min jitfa’ l-offerta biex ma jipprovdux ħlief dikjarazzjoni fuq l-unur tiegħu li tiċċertifika li huma ma jinsabux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju. 3. Skond il-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż fejn min jitfa’ l-offerta jew il-kandidat huma stabbiliti, id-dokumenti mniżżla fil-paragrafi 1 u 2, dwar il-persuni ġuridiċi u persuni fiżiċi, kif ukoll, jekk jeħtieġ, fil-każijiet fejn l-awtorità kontraenti tqisu meħtieġ, il-kapijiet ta’ l-impriżi jew kull persuna oħra li għandha setgħa ta’ rappreżentazzjoni, ta' tfassil ta’ deċiżjoni jew ta' kontroll tal-kandidat jew ta' min jitfa’ l-offerta. 4. Meta jkollhom dubji fuq is-sitwazzjoni personali tal-kandidati jew ta’ min jitfa’ l-offerta, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jindirizzaw ruħhom lill-awtoritajiet kompetenti mniżżla fil-paragrafu 1 biex jiksbu tagħrif meħtieġ għal din is-sitwazzjoni.” |
18) |
L-Artikolu 135 hu emendat kif ġej:
|
19) |
L-Artikolu 136, hi emendata kif ġej:
|
20) |
L-Artikolu 137 hu emendat kif ġej:
|
21) |
Fl-Artikolu 138(3), l-ewwel u t-tieni inċiż huma mibdula bit-test li ġej: “L-awtorità kontraenti tispeċifika fl-avviż tal-kuntratt jew fit-termini u l-kundizzjonijiet jew fid-dokument deskrittiv il-piż relattiv li tagħti lill kull waħda mill-kriterji magħżula biex jiddeterminaw l-aħjar offerta ekonomikament. Dan il-piż jista’ jintwera permezz ta’ parametru b’differenza massima xierqa. Il-piż applikat mal-prezz meta mqabbel ma’ kriterji oħra m’għandux iwassal għall-fatt li l-prezz ma jibqax jingħata importanza fl-għażla ta’ min jingħata l-kuntratt, bla preġudizzju għall-iskala tal-prezzijiet stipulata mill-istituzzjonijet għall-ħlas ta' ċertu servizzi, bħal dawk mogħtija minn esperti evalwaturi.” |
22) |
L-Artikolu 138a li ġej hu miżjud: “Artikolu 138a Użu ta' rkant elettroniku (l-Artikolu 97(2) tar-Regolament Finanzjarju) 1. Fil-proċeduri miftuħa, limitati jew negozjati fil-każ imniżżel fl-Artikolu 127(1), punt a), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li l-għotja ta’ kuntratt pubbliku jkun preċedut minn irkant elettroniku skond l-Artikolu 54 tad-Direttiva 2004/18/KE, meta l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jistgħu jiġu stabbiliti b’mod preċiż. Fl-istess kundizzjonijiet, l-irkant elettroniku jista’ jintuża waqt il-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni tal-partijiet għall-kuntratt ta’ qafas imniżżel fl-Artikolu 117(4), punt b), u l-ftuħ tal-kompetizzjoni tal-kuntratti li għandhom jingħataw fil-qafas ta’ sistema ta’ akkwist dinamiku mniżżel fl-Artikolu 125a. L-irkant elettroniku għandu jkun imsejjes sew fuq prezzijiet biss meta l-kuntratt hu mogħti lill-prezz l-aktar baxx, sew fuq prezzijiet u/jew fuq il-valuri ta’ elementi ta’ offerti indikati fit-termini u l-kundizzjonijiet meta kuntratt hu mogħti lil dik li ekonomikament hi l-aħjar offerta. 2. L-awtoritajiet kontraenti li jiddeċiedu li jużaw irkant elettroniku għandhom jiddikjaraw dak il-fatt fl-avviż tal-kuntratt. It-termini u l-kundizzjonijiet għandhom jinkludu fost oħrajn, it-tagħrif li ġej:
3. Qabel ma jseħħ l-irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti jwettqu l-ewwel evalwazzjoni sħiħa ta’ l-offerti skond il-kriterju(i) ta' għotja u l-piż stipulat għalihom. Kull min tefa’ offerta valida hu mistieden fl-istess waqt b’mezzi elettroniċi biex jippreżenta prezzijiet u/jew valuri ġodda. L-istedina irid ikun fiha kull tagħrif siewi għall-konnessjoni individwali mat-tagħmir elettroniku użat u tispeċifika d-data u l-ħin tal-bidu ta’ l-irkant elettroniku. L-irkant elettroniku jista’ jitwettaq f’bosta fażijiet wieħed wara l-ieħor. L-irkant elettroniku ma jistax jibda qabel jumejn xogħol mid-data tal-kunsinna tas-sejħa. 4. Meta l-għotja hi magħmula għal dik li ekonomikament hi l-aħjar offerta, is-sejħa hi mehmuża bir-riżultat ta’ l-evalwazzjoni sħiħa ta’ l-offerta kkonċernata, imwettqa skond il-piż stipulat fl-Artikolu 138(3), l-ewwel inċiż. Is-sejħa tiddikjara wkoll il-formola matematika li tiddetermina waqt l-irkant elettroniku l-klassifikazzjoni mill-ġdid awtomatika tal-prezzijiet l-ġodda u/jew valuri ġodda ppreżentati. Din il-formula tinkorpora l-piż tal-kriterji kollha stipulati biex jiddeterminaw liema hu ekonomikament l-aħjar offerta, bħal ma hi indikata fl-avviż tal-kuntratt jew fit-termini u l-kundizzjonijiet; għal dan l-iskop, il-parametri eventwali għandhom jiġu indikati minn qabel b’valur iddeterminat. Fil-każ fejn varjanti huma awtorizzati, għandhom jiġu pprovduti formoli separatament għal kull varjant. 5. Waqt kull fażi ta’ l-irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jgħarrfu mill-ewwel lil kull min jitfa’ offerta għall-anqas it-tagħrif li jippermettilhom ikunu jafu l-klassifikazzjoni tagħhom rispettiva f’kull ħin. Huma jistgħu wkoll ixandru tagħrif ieħor dwar prezzijiet jew valuri oħra ppreżentati bil-kundizzjoni li dawn ikunu mniżżla fit-termini u l-kundizzjonijiet. Huma jistgħu wkoll, f’kull ħin, jgħarrfu n-numru ta’ parteċipanti fil-fażi ta’ l-irkant. Madankollu, fl-ebda sitwazzjoni, ma jistgħu jxandru l-identità ta’ min jitfa’ offerta waqt it-twettiq tal-fażijiet ta’ l-irkant elettroniku. 6. L-awtoritajiet kontraenti jagħlqu l-irkant elettroniku skond waħda jew aktar mill-modi li ġejjin:
Meta l-awtoritajiet kontraenti ddeċidew li jagħlqu irkant elettroniku skond il-punt c), jekk jeħtieġ b’rabta ma' l-emendi stipulati fil-punt b), l-istedina għal parteċipazzjoni għall-irkant elettroniku tindika l-ġranet ta' kull fażi ta' l-irkant. 7. Wara l-għeluq ta’ l-irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti jagħtu l-kuntratt skond l-Artikolu 138 skond ir-riżultati ta’ l-irkant elettroniku. L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw irkant elettroniku b’mod mhux xieraq jew b’mod li ma jħallux, jillimitaw jew iwasslu għal distorsjoni tall-kompetizzjoni jew b’mod li jbiddlu l-għan tal-kuntratt, bħal ma kien imniżżel fis-sejħa għall-offerti fil-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-kuntratt u definit fit-termini u l-kundizzjonijiet.” |
23) |
Fl-Artikolu 139(1), l-ewwel inċiż, is-sentenza li ġejja hi miżjuda: “Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jikkonċernaw b’mod partikolari r-rispett tad-dispożizzjonijiet għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn is-servizz, ix-xogħol jew il-provvisti għandhom jitwettqu.” |
24) |
L-Artikolu 140 hu emendat kif ġej:
|
25) |
L-Artikolu 141 hu emendat kif ġej:
|
26) |
L-Artikolu 142 hu mibdul bit-test li ġej: “Artikolu 142 Limiti ta’ żmien f’każ ta' urġenza (L-Artikolu 98, paragrafu 1 tar-Regolament Finanzjarju) 1. Fil-każ li l-urġenza, motivata kif imiss, trendi imprattikabbli l-limiti ta' żmien minimi previsti fl-Artikolu 140(3), għall-proċeduri ristretti u l-proċeduri negozjati bil-publikazzjoni ta’ avviż tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiffissaw f’ġranet kalendarji, il-limit ta’ żmien li ġejjin:
2. Fl-ambitu tal-proċeduri ristretti u l-proċeduri nnegozjati aċċellerati, l-informazzjoni kumplimentari fuq it-termini u kundizzjonijiet huma mgħarrfa lill-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti kollha l-aktar tard sa erbat ijiem qabel id-data ta’ l-għeluq iffissata għall-ilqugħ ta’ l-offerti, jekk dan ikun intalab fi żmien xieraq.” |
27) |
L-Artikolu 143 hu emendat kif ġej:
|
28) |
L-Artikolu 145 hu emendat kif ġej:
|
29) |
L-Artikolu 146 hu emendat kif ġej:
|
30) |
L-Artikolu 147 hu emendat kif ġej:
|
31) |
Fl-Artikolu 148, il-paragrafu 5 li ġej hu miżjud: “5. Fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi legali fis-sens ta’ l-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE; l-awtorità kontraenti jista’ jkollha kuntatti meħtieġa ma' min jitfa’ l-offerti għal verifika tal-kriterji ta’ selezzjoni u/jew għotja.” |
32) |
Fl-Artikolu 149, il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:
|
33) |
It-titolu ta’ l-Artikolu 154 hu mibdul bit-test li ġej: “Artikolu 154 Identifikazzjoni tal-livell xieraq għall-kalkolu tal-limiti (l-Artikoli 104 u 105 tar-Regolament Finanzjarju)” |
34) |
Fl-Artikolu 155, il-paragrafu 2, hu mibdul bit-test li ġej: “2. Meta l-għan ta’ kuntratt ta’ provvisti, ta’ servizzi jew ta’ xogħolijiet jkun mifrux fuq bosta lottijiet, kull wieħed l-għan ta' kuntratt individwali, il-valur ta' kull lott għandu jitqies għall-istima globali tal-limitu applikabbli. Meta l-valur globali tal-lottijiet ikun daqs jew jaqbeż il-limiti mniżżla fl-Artikolu 158, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 90(1), u l-Artikolu 91(1) u (2), tar-Regolament Finanzjarju japplikaw għal kull wieħed minn dawn il-lottijiet, ħlief għal-lottijiet li l-valur stmat tagħhom ikun anqas minn 80 000 euro għall-kuntratti ta’ servizzi jew ta' provvisti jew anqas minn miljun euro għall-kuntratti ta’ xogħol, sakemm l-ammont miġbur ta' dawn il-lottijiet ma jaqbiżx 20 % tal-valur miġbur tal-lottijiet kollha li jiffurmaw il-kuntratt ikkonċernat.” |
35) |
L-Artikolu 156 hu emendat kif ġej:
|
36) |
L-Artikolu 157 hu mibdul bit-test li ġej: “Artikolu 157 Limiti għall-avviżi ta’ tagħrif minn qabel (l-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju) Il-limiti mniżżla fl-Artikolu 118 għall-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel huma stipulati għal:
|
37) |
Fl-Artikolu 158, it-titolu u l-paragrafu 1 huma mibdula bit-test li ġej: “Artikolu 158 Limiti għall-applikazzjoni tal-proċeduri tad-Direttiva 2004/18/KE (l-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju) 1. Il-limiti mniżżla fl-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju huma stipulati għal:
|
38) |
L-Artikolu 164(1) hu emendat kif ġej:
|
39) |
Fl-Artikolu 165, il-paragrafu 2 hu mibdul bit-test li ġej: “2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’humiex applikabbli għall-boroż ta’ studju, ta’ riċerka jew ta’ taħriġ professjonali mogħtija lil persuni naturali, la fil-każ ta' prezzijiet li telgħu wara competizzjonijiet, u lanqas fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet ta’ ammont fiss u ta’ skali tsa’ spejjez unitarji msemmija fl-Artikolu 181(1);” |
40) |
L-Artikolu 166 hu mibdul bit-test li ġej: “Artikolu 166 Programmazzjoni annwali (l-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju) 1. Programm ta’ xogħol annwali dwar is-sussidji hu mħejji minn kull uffiċjal li jawtorizza kompetenti u adottat mill-Kummissjoni. Dan hu ppubblikat fuq il-websajt tal-Kummissjoni dwar is-sussidji mill-aktar fiss fil-bidu ta l-eżerċizzju u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull eżerċizzju. Il-programm ta’ xogħol jispeċifika l-att ta’ bażi, l-għanjiet, id-dati tas-sejħa ta’ l-offerti bl-ammont indikattiv tagħhom u r-riżultati mistennija. 2. Kull emenda sostanzjali fil-programm ta’ xogħol li qiegħed jitwettaq ikun suġġett għall-adozzjoi u pubblikazzjoni kumplimentari skond l-emendi mniżżla fil-paragrafu 1.” |
41) |
Fl-Artikolu 168(1), il-punt d) hu hu mibdul bit-test li ġej:
|
42) |
Fl-Artikolu 169(2), il-punt c) hu mibdul bit-test li ġej:
|
43) |
Fl-Artikolu 172, il-paragrafu 1 hu mibdul bit-test li ġej: “1. Il-benefiċjarju jiġġustifika l-ammont ta’ kofinanzjament li sar, kemm f’riżorsi proprji, kemm fil-forma ta’ trasferimenti finanzjarji li ġejjin minn terzi, kif ukoll f’oġġetti, ħlief fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet ta’ ammont fiss u ta’ skali ta’ spejjeż unitarji msemmija fl-Artikolu 181(1).” |
44) |
L-Artikolu 180 hu emendat kif ġej:
|
45) |
L-Artikolu 181 hu mibdul bit-test li ġej: “Artikolu 181 Finanzjament b’rata fissa (l-Artikolu 117 tar-Regolament Finanzjarju) 1. Minbarra l-każ ta’ boroż ta’ studju u premji, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza l-użu ta’ kontribuzzjonijiet b’rati fissi ta' 10 000 euro jew anqas u skali ta’ spejjeż. Barra minn hekk, tistà tawtorizza fuq il-bażi ta’ l-iskala mehmuża ma’ l-istatut jew dak li l-Kummissjoni tapprova annwalment, ir-rimborż għall-ispejjeż ta’ kuljum tal-missjonijiet. 2. Bosta tipi ta’ finanzjamenti mniżżla fil-paragrafu 1 jistgħu jinġabru flimkien għall-istess benefiċjarju biex ikopru kategoriji differenti ta’ spejjeż eliġibbli. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni mniżżla fil-paragrafu 1, tiddetermina l-akbar ammont għat-total tal-finanzjament bħal dan awtorizzat skond is-sussidju u t-tip ta' sussidju. 3. Il-konvenżjoni ta’ sussidju tista’ tawtorizza l-finanzjament b’rata fissa ta’ l-ispejjeż indiretti tal-benefiċjarju, sa 7 % massimu tat-total ta’ l-ispejjeż diretti eliġibbli ta’ l-azzjoni, ħlief jekk il-benefiċjarji jirċievu sussidju ta’ tħaddim finanzjarju fuq il-baġit komunitarju. Il-limitu ta’ 7 % jista’ jintqabeż bid-deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni. 4. Sabiex jiġi assigurat ir-rispett tal-prinċipji ta’ kofinanzjament, ta’ bla profitt u ta’ tmexxija finanzjarja tajba, it-tipi ta’ finanzjament imsemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll il-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda eventwali tagħhom, huma evalwati u ddeterminati mill-Kummissjoni. Dawn huma eżaminati mill-ġdid mill-anqas kull sentejn mill-uffiċjal li jawtorizza kompetenti. Minħabba dan, il-Kummissjoni tikkonferma jew temenda d-deċiżjoni inizjali tagħha mniżżla fil-paragrafu 1.” |
46) |
L-Artikolu 182 hu emendat kif ġej:
|
47) |
L-Artikolu 183 hu mibdul bit-test li ġej: “Artikolu 183 Sospensjoni u tnaqqis ta’ sussidji (l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju) L-uffiċjal kompetenti jissospendi l-ħlasijiet fil-każijiet li ġejjin:
Skond il-fażi ta’ fejn waslet il-proċedura, wara li jkun ta lill-benefiċjarju(i), l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tiegħu jew tagħhom, l-uffiċjal, jew inaqqas is-sussidju, jew jitlob rifużjoni pro rata mill-benefiċjarju jew benefiċjarji” |
48) |
Fl-Artikolu 234(1), l-ewwel sentenza hi mibdula bit-test li ġej: “Għat-twettiq tal-ħlasijiet fil-munita ta’ l-Istat benefiċjarju, kontijiet denominati f’euro huma miftuħa ma' istituzzjoni finanzjarja fl-Istat benefiċjarju jew f’wieħed mill-Istati Membri, f'isem il-Kummissjoni, jew bi ftehim komuni, f'isem il-benefiċjarju.” |
49) |
Fl-Artikolu 241(3), it-tielet inċiż hu mibdul bit-test li ġej: “Jekk l-awtorità kontraenti ma tirċevix mill-anqas tliet offerti validi, il-proċedura għandha tiġi annullata u mibdija mill-ġdid. Jekk it-tieni proċedura ma tippermettix li tirċievi tliet offerti validi, l-awtorità kontraenti tista’ tagħti l-kuntratt fuq bażi ta’ offerta waħda valida.” |
Artikolu 2
Il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi u ta’ żieda ta’ sussidji magħmula li tniedu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament jibqgħu suġġetti għar-regoli applikabbli fil-mument fejn dawk il-proċeduri ġew imnedija.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ it-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-20 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Dalia GRYBAUSKAITĖ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva emendata mir-Regolament (KE) Nru 1874/2004 tal-Kummissjoni (ĠU L 326 tad-29.10.2004, p. 17).
(3) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(4) ĠU L 209, 24.7.1992, p. 1. Direttiva mħassra mid-Direttiva 2004/18/KE.
(5) ĠU L 340 tal-16.12.2002, p. 1. Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2151/2003 (ĠU L 329 tal-17.12.2003, p. 1).