|
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
217 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1216/2005
tat-28 ta' Lulju 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, rigward il-potenzjal ta’ produzzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunssil (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 80(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bosta Stati Membri qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet serji fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li jikkonċerna l-proċedura r-regolarizzazzjoni ta' pjantaġġuni illegali. Dawn id-diffikultajiet jikkonċernaw, b'mod partikolari, mil-liema data għandha tinbeda l-proċedura msemmija. L-applikazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-għoti ta' deroga timponi piż amministrattiv serju u kkumplikat, b'mod partikolari rigward il-kontroll u l-penalitajiet. |
|
(2) |
Biex jingħelbu dawn id-diffikultajiet, jinħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar ir-regolarizzazzjoni ta' pjantaġġuni illegali jiġu emendati. Sakemm ma tingħata proposta xierqa lill-Kunsill u fl-interess ta' amministrazzjoni b'saħħitha, id-data tal-għeluq tal-proċedura stipulata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 (2) għandha tkun posposta definittivament għall-31 ta' Diċembru 2007. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
L-Artikolu 2(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“1a. Id-data tal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tiġi posposta għall-31 ta' Diċembru 2007.”
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ tlett ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta' Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).
(2) ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1349/2004 (ĠU L 255, 31.7.2004, p. 7).