|
18.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
222 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1206/2005
tas-27 ta' Lulju 2005
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti adittivi fl-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru ta’ l-1970 fir-rigward ta’ l-adittivi flgħalf (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru ta’ l-2003 dwar l-adittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipola għall-awtorizzazzjoni ta’ adittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali. |
|
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipola miżuri transizzjonali għall-applikazzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ adittivi ta’ l-ghalf li ġew sottomesi skond id-Direttiva 70/524 qabel id-data ta’ l-applikar tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet ghall-awtorizzazzjoni ta’ l-adittivi elenkati fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament ġew sottomessi qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawn l-applikazzjonijiet li nħarġu skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Applikazzjonijiet bħal dawn għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(5) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ l-endo-1,4-beta-glucanase, l-endo-1,3(4)-beta-glucanase u l-endo-1,4-beta-xylanase prodotti mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 74 252) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għad-dundjani għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 937/2001 (3). Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ għal applikazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-assessjar juri li l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din intlaħqu. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(6) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mill-Penicillium funiculosum (IMI SD 101) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 (4). Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ għal applikazzjoni ġdida mingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-assessjar juri li l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din intlaħqu. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(7) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enżimi ta’ endo-1,4-beta-xylanase li hija prodottta mill-Bacillus subtilis (LMG S-15136) ġie awtorizzat proviżorjament għall-ewwel darba fuq il-ħnienes, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 937/2001. Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ għal applikazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-assessjar juri li l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din intlaħqu. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(8) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ l-endo-1,3(4)-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), l-endo-1,4-beta- xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u s-subtilisin prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/1999 (5). Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ għal applikazzjonimingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-assessjar juri li l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din intlaħqu. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(9) |
L-assessjar ta’ dawk l-applikazzjonijiet juri li għandu jinħtieġ li ċerti proċeduri għandhom jipprotġu l-operaturi mill-espożizzjoni għall-adittivi li huma stipolati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tiġi assigurata mill-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju ta’ l-1989 li tikkonċerna l-introduzzjoni ta’ miżuri għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (6). |
|
(10) |
Il-miżuri stipolati f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimal, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-gupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness, huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala adittivi fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kondizzjonijiet stipolati f’ dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, tas-16.10.2004, p. 37).
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Reglament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, tal-5.3.2005, p. 8).
(3) ĠU L 130, 12.5.2001, p. 25.
(5) ĠU L 194, 27.7.1999, p. 17.
(6) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
ANNESS
|
Nru KE |
Adittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Is-speċi jew il-kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Skadenza tal-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ oġġetti ta’ l-għalf sħaħ |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Enzymes |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1602 |
Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4 Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-glucanase, endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mit- Trichoderma longibrachiatum (ATCC 74 252) li għandhom attivitajiet minimi ta’:
|
Dundjani għat-tismin |
— |
endo-1,4-beta-glucanase: 400 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||
|
endo-1,3(4)-beta-glucanase: 900 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
endo-1,4-beta-xylanase: 1 300 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1604 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mill- Penicillium funiculosum (IMI SD 101) li għandha attivita minimi ta’:
|
Ħnieżer għat-tismin |
— |
endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||
|
Endo-1,4-beta-xylanase: 70 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1606 |
Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill- Bacillus subtilis (LMG S-15136) li għandha attivita minima ta’:
|
Ħnieżer żgħar |
— |
10 IU |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||
|
E 1633 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 Subtilisin EC 3.4.21.62 |
Preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), endo-1,4-beta-xylanase prodotti mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), u subtilisin prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107) li għandhom attivitajiet minimi ta':
|
Tiġieġ għat-tismin |
— |
endo-1,3(4)-beta-glucanase: 30 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||
|
Endo-1,4-beta-xylanase: 90 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Subtilisin: 240 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0.1 mikromole ta’ glukożju minn carboxymethylcellulose fil-minuta f’ pH ta’ 5.0 u 40.°C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0.1 mikromole ta’ glukożju minn beta-glucan miġjub mix-xgħir fil-minuta f’ pH ta’ 5.0 u 40.°C.
(3) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0.1 mikromole ta’ xylan miġjub mil-ħafur fil-minuta f’ pH ta’ 5.0 u 40.°C.
(4) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 5.55 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ maltożju) beta-glucan miġjub mix-xgħir fil-minuta f’ pH ta’ 5.0 u 50 °C.
(5) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 4.00 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalenti ta’ maltożju) minn xylan ta’ l-injam tal-betula fil-minuta f’ pH ta’ 5.5 u 50 °C.
(6) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ xylose) minn xylan ta’ l-injam tal-betula fil-minuta f’ pH ta’ 4.5 u 30.°C.
(7) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn barley beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 5.0 u 30 °C.
(8) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ xylose) minn xylan miġjub mill-ħafur fil-minuta f’ pH ta’ 5.3 u 50 °C.
(9) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera mikro gram wiehed ta’ kompost fenoliku (ekwivalenti tat-tyrosine) minn sustrat tal-każejina fil-minuta f’ pH ta’ 7.5 u 40 °C.