18.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

211


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1193/2005

tal-25 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' pajjiżi u territorji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar rekwiżiti għas-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 10 u 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom jistgħu jiġu awtorizzati għad-dħul fil-Komunità l-annimali, jekk jiġu sodisfatti ċerti kriterji.

(2)

Lista proviżorja ta' pajjiżi terzi ġiet stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 998/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2004 (2). Il-lista tinkludi l-pajjiżi u t-territorji li huma ħielsa mir-rabbja u pajjiżi li movimenti mit-territorji tagħhom ma nstabux li huma ta' riskju ogħla, fir-rigward tad-dħul tar-rabbja fil-Komunità, milli kieku l-movimenti msemmija jseħħu bejn Stat Membru u ieħor.

(3)

Mit-tagħrif mogħti mill-Arġentina, jidher li r-riskju tad-dħul tar-rabbja fil-Komunità b'riżultat ta' movimenti ta' annimali domestiċi mill-Arġentina nstab li mhuwiex ogħla mir-riskju marbut mal-movimenti bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi li diġà huma elenkati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003. Għalhekk, l-Arġentina għandha tiġi inkluża fil-lista' ta' pajjiżi u territorji tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(4)

Fl-interess taċ-ċarezza, il-lista ta' pajjiżi u territorji għandha tinbidel kollha kemm hi.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jinbidel mit-test ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar il-25 ta' Lulju 2005.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2005 (ĠU L 69, tas-16.3.2005, p. 3).

(2)   ĠU L 94, tal-31.3.2004, p. 7.


ANNESS

“ANNESS II

LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI

PARTI A

IE - L-Irlanda

MT - Malta

SE - L-Iżvezja

UK - Ir-Renju Unit,

PARTI B

Taqsima 1

a)

DK - Id-Danimarka, inkluża GL - Greenland u FO - Il-Gżejjer Faeroe

b)

ES - Spanja, inkluż it-territorju kontinentali, il-Gżejjer Baleariċi, il-Gżejjer Kanarji, Ceuta u Melilla;

c)

FR - Franza, inklużi l-GF- il-Ginea Franċiża, GP - Guadeloupe, MQ - Martinique u RE – Réunion;

d)

GI - Ġibiltà

e)

PT - Il-Portugall, inkluż it-territorju kontinentali, il-Gżejjer Ażori u l-Gżejjer ta' Madeira;

f)

Stati Membri apparti minn dawk elenkati f'Parti A u f'punti (a), (b), (c) u (e) ta' din it-Taqsima.

Taqsima 2

AD - Andorra

CH - L-Iżvizzera

IS - L-Iżlanda

LI - Il-Liechtenstein

MC - Monaco

NO - In-Norveġja

SM - San Marino

VA - L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

PARTI C

AC - Il-Gżira ta' Ascension

AE - L-Emirati Għarab Magħquda

AG - Antigwa u Barbuda

AN - L-Antilli Olandiżi:

AR - L-Arġentina,

AU - L-Awstralja

AW - Aruba

BB - Il-Barbados

BH - Il-Baħrejn

BM - Bermuda

CA - Il-Kanada

CL - Iċ-Ċili

FJ - Il-Fiji

FK - Il-Gżejjer Falkland,

HK - Hong Kong

HR - Il-Kroazja

JM - Il-Ġamajka

JP - Il-Ġappun

KN - San Kitts u Nevis

KY - Il-Gżejjer Cayman

MS - Montserrat

MU - Il-Mawrizju

NC - New Caledonia

NZ - New Zealand

PF - Il-Polineżja Franċiża,

PM - Saint Pierre et Miquelon

RU - Il-Federazzjoni Russa

SG - Singapor

SH - Saint Helena

TW - It-Tajwan

US - L-Istati Uniti ta' l-Amerika

VC - Saint Vincent u l-Grenadini

VU - Vanuatu

WF - Wallis u Futuna

YT - Mayotte”