9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

210


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 1154/2005

tat-18 ta' Lulju 2005

li jadattat l-kodiċjiet u d-deskrizzjoni ta’ ċerti prodotti li jidhru fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti tal-agrikoltura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (2) fiha n-nomenklatura magħquda li qiegħda fis-seħħ bħalissa.

(2)

Skont ir-riżultati tan-negozjati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika konklużi fl-1995, ċerti taħlitiet ta' residwi tal-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrum u ta' ċerti residwi oħra, partikolarment ir-residwi tat-tgħarbil tal-qamħirrum jew ir-residwi mill-ilma li jingħaddas fih il-qamħirrum li jiġi użat għall-produzzjoni tal-akoħol u ta' prodotti oħrajn li ġejjin mill-lamtu, importati fil-Komunità, kienu ġew eżentati mid-dazju. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 344/1996 (3) konsegwentement daħħal fin-nomenklatura maqgħquda is-subintestatura 2309 90 20 biex jikklassifika dan il-prodott għalih.

(3)

Minħabba ommissjoni, l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (4) ma ġiex adatta skont dan. Dan l-adattatment għandu għalhekk isir, b’seħħ mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, billi jiddaħħal il-kodiċi NM 2309 90 20 fil-lista tal-prodotti li jidhru fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 għandu jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 34, 9.2.1979, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105).

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 49, 28.2.1996, p. 1.

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.


ANNESS

“ANNESS I

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(d)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

0714

Għeruq tal-manjoka, ararut, salep, artiċokks, topinambours, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’livell għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, mkessħa, iffriżati jew imxxifa, sew jekk flieli jew fil-forma ta' pellets sew jekk le; sago pith.

ex 1102

Dqiq taċ-ċereali ħlief tal-qamħ u tal-meslin:

1102 20

– Dqiq tal-qamħirrum

1102 90

– oħrajn:

1102 90 10

– – Dqiq tax-xgħir

1102 90 30

– – Dqiq tal-ħafur

1102 90 90

– – oħrajn:

ex 1103

Xgħir mitħun oħxon, smida u pellets taċ-ċereali bl-eċċezzjoni ta' xgħir mitħun oħxon u smida tal-qamħ (subintestatura 1103 11 ), xgħir mitħun oħxon u smida tar-ross (subintestatura 1103 19 50 ) u pellets tar-ross (subintestatura 1103 20 50 )

ex 1104

Qmuħ taċ-ċereali maħduma mod ieħor (per eżempju, imqaxxra, irrumblati, imlaqqxa, ipperlati, maqtugħa felli jew mitħuna oħxon), ħlief ross tal-intestatura 1006 u ross ifflejkjat (imlaqqax) tas-subintestatura 1104 19 91 ; nebbieta ta' ċereali, sħaħ, irrumblati, imlaqqxa jew mitħuna

1106 20

Dqiq, smida u trab tas-sagu (sago) jew ta' għeruq jew tuberi tal-intestatura 0714

ex 1108

Lamti; inulina:

 

– Lamtu:

1108 11 00

– – Lamtu tal-qamħ

1108 12 00

– – Lamtu tal-qamħirrum

1108 13 00

– – Lamtu tal-patata

1108 14 00

– – Lamtu tal-manjoka (cassava)

ex 1108 19

– – Lamtu ieħor

1108 19 90

– – – oħrajn

1109 00 00

Glutina tal-qamħ; kemm jekk imnixxfa kif ukoll jekk le

1702

Zokkrijiet oħrajn, inklużi l-lattożju, il-maltożju, il-glukożju u l-fruttożju kimikament puri, f'forma solida; xropp miz-zokkor mingħajr sustanzi miżjuda għat-togħma jew kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma' għasel naturali u kemm jekk mhuwiex; karamella:

ex 1702 30

– Glukożju u xropp tal-glukożju, li ma fihx fruttożju jew li fih fl-istat xott inqas minn 20 % fruttożju skont il-piż:

 

– – oħrajn:

 

– – – oħrajn:

1702 30 91

– – – – fil-forma ta’ trab abjad bħal kristall, sew jekk meħud flimkien kemm jekk le

1702 30 99

– – – – oħrajn:

ex 1702 40

– Glukożju u xropp tal-glukożju, li fih, fil-forma niexfa, għallinqas 20 % iżda anqas minn 50 % skont il-piż tal-fruttożju, eżkluz iz-zokkor invertit (jew intervertit):

1702 40 90

– – oħrajn:

ex 1702 90

– oħrajn, inklużi zokkor invertit (jew intervertit) u zokkor ieħor u taħlit ta’ xropp taz-zokko rli fihom fl-istat xott 50 % tal-piż tal-fruttożju:

1702 90 50

– – Maltodestrina u xropp tal-maltodestrina

 

– – zokkrijiet u karamella:

 

– – – oħrajn:

1702 90 75

– – – – fil-forma ta’ trab, sew jekk imgezzez jew le

1702 90 79

– – – – oħrajn:

2106

Tħejjijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor:

ex 2106 90

– oħrajn:

 

– – Xropp taz-zokkor b'sustanzi miżjuda għat-togħma jew il-kulur:

 

– – – oħrajn:

2106 90 55

– – – – tal-glukożju jew tal-maltodestrina

ex 2302

Granza, sharps u residwi oħrajn, sew jekk fil-forma ta' pellets jew le miksubin mit-tgħarbil, it-tħin jew trattamenti oħra taċ-ċereali

ex 2303

Residwi tal-manifattura tal-lamtu u residwi simili, polpa tal-pitravi, bagasse u skart ieħor mill-manifattura taz-zokkor, residwi u skart mill-fermentazzjoni jew id-distillar, fil-forma ta' pellets jew le:

2303 10

– Residwi tal-manifattura tal-lamtu u residwi simili

2303 30 00

– Fdalijiet u skart mill-fermentazzjoni jew mid-distillar

ex 2306

Oilcake u residwi solidi oħrajn, sew jekk mitħuna jew fil-forma ta' pellets u sew jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni mix-xaħmijiet jew żjut tal-ħaxix, minbarra dawk tal-intestaturi 2304 u 2305 :

2306 70 00

– tal-qamħirrum (corn)

ex 2308

Materjali veġetali u skart veġetali, fdal veġetali u prodotti li jirriżultaw minnhom, kemm f'forma ta' gerbub kif le, ta' kwalità użata għal għalf ta' annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra:

2308 00 40

– Ġandar u qastan selvaġġ; residwi taż-żebbuġ jew il-karfa tal-frott, minbarra l-għeneb

2309

Preparazzjonijiet ta' tipi użati għall-għalf tal-annimali:

ex 2309 10

– Ikel għall-klieb u l-qtates li jinbiegħ bl-imnut:

2309 10 11

2309 10 13

2309 10 31

2309 10 33

2309 10 51

2309 10 53

– – oħrajn li jkun fihom lamtu, zokkor li jsir mill-għeneb u gulepp taz-zokkor li jsir mill-għeneb, maltodextrine jew gulepp tal-maltodextrine li jaqa’ taħt is-subtitoli 1702 30 51  sa 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50  u 2106 90 55  jew prodotti tal-ħalib ħlief preparati u prodotti tal-ikel li jkun fihom bl-użin 50 % jew aktar ta’ prodotti tal-ħalib (1)

ex 2309 90

– oħrajn:

2309 90 20

– prodotti msemmija fin-nota addizzjonali 5 għall-Kapitolu 23 tan-Nomenklatura Magħquda

 

– – oħrajn, inklużi taħlitiet minn qabel:

2309 90 31

2309 90 33

2309 90 41

2309 90 43

2309 90 51

2309 90 53

– – – oħrajn li jkun fihom lamtu, glukożju jew xropp tal-glukożju, tal-maltodestrina jew tax-xropp tal-maltodestrinna tas-subintestaturi 1702 30 51 sa 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50  u 2106 90 55  jew prodotti tal-ħalib (1), ħlief Preparazzjonijiet u għalf li fih bil-piż 50 % jew aktar tal-prodotti tal-ħalib.


(1)  Għall-finijiet ta' din is-subintestatura ‘prodotti tal-ħalib’ tfisser prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0406 kif ukoll is-subintestaturi 1702 11, 1702 19 u 2106 90 51.”