|
18.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
94 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1084/2005
tat-8 ta' Lulju 2005
li jemenda l-Annessi II, III, u V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ Jannar 2005, ma’tmiem il-Ftehim tad-WTO tat-Tessuti u l-Ħwejjeġ, tneħħew il-kwoti tat-tessuti u l-ħwejjeġ fuq l-importazzjonijiet tal-kategoriji tat-tessuti u l-ħwejjeġ fil-konfront tal-Membri tad-WTO. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Diċembru 2004, qabel il-liberalizzazzjoni tal-kwoti, il-Komunità daħħlet sistema ta' sorveljanza bir-Regolament tal-Kunsill Nru 2200/2004 (2) għall-35 kategorija tat-tessuti li kellhom x'jaqsmu mal-liberalizzazzjoni. |
|
(3) |
Il-Paragrafu 242 tar-Rapport tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (3) (“RPĊ”) lid-WTO, (Klawżola ta' Ħarsien Speċifiku għat-Tessuti, jew “TSSC”) daħħal il-possibbiltà ta' miżuri ta' ħarsien speċifiku għall-esportazzjonijiet tat-tessuti Ċiniżi. Il-paragrafu jtenni li, fejn Membru tad-WTO jaħseb li minħabba xkiel fis-suq l-importazzjonijiet ta' tessuti ta' oriġini Ċiniża kienu se jimpedixxu l-iżvilupp tal-kummerċ f'dawn il-prodotti, il-Membru jista' jitlob konsultazzjonijiet ma’ l-RPĊ bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat jew evitat dan ix-xkiel fis-suq. |
|
(4) |
Bir-Regolament (KE) Nru 138/2003 (4), il-Kunsill daħħal l-Artikolu 10a fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 sabiex jittrasponu l-paragrafu 242 tar-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità. |
|
(5) |
Fis-6 ta' April 2005, il-Kummissjoni adottat linji ta' gwida indikattivi dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93, dwar klawżola ta' ħarsien speċifiku għat-tessuti (“il-Linji ta' Gwida”). |
|
(6) |
Il-Kummissjoni talbet u kellha konsultazzjonijiet formali ma’ l-RPĊ fil-qafas tal-paragrafu 242 tar-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Adeżjoni ta’ l-RPĊ mad-WTO u fil-qafas ta’ l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 għall-kategoriji tal-prodotti fejn l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-RPĊ inħasbu li qegħdin jheddu li jimpedixxu, minħabba xkiel fis-suq, l-iżvilupp ordnat tal-kummerċ. Konsultazzjonijiet bħal dawn ġew konklużi fl-10 ta’ Ġunju 2005 u wasslu għal soluzzjoni sodisfaċenti reċiproka għal-għaxar kategoriji ta’ prodotti. Ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet jidher fil-Memorandum ta' Ftehim dwar l-esportazzjoni ta' ċerti Prodotti tat-Tessuti u Ħwejjeġ Ċiniżi lill-Unjoni Ewropea bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru tal-Kummerċ tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina ta’ l-istess data. |
|
(7) |
Il-Memorandum ta’ Ftehim ikopri importazzjonijiet mill-RPĊ fil-Komunità ta’ għaxar kategoriji ta’ prodotti: il-kategorija 2 (tessuti tal-qoton), il-kategorija 4 (T-shirts), il-kategorija 5 (pulowvers), il-kategorIja 6 (qlieżet), il-kategorija 7 (blawses), il-kategorija 20 (bjankerija) il-kategorija 26 (ilbiesi), il-kategorija 31 (bras), il-kategorija 39 (bjankerija tal-mejda u tal-kċina) u l-kategorija 115 (ħjut ta' l-għażel jew tar-rami). Il-kodiċi doganali korrispondenti huma dawk imniżżla fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni temmen li l-importazzjonijiet ta’ oriġini Ċiniżi, minħabba l-eżistenza jew it-tehdida ta’ xkil fis-suq, jheddu li jfixklu l-iżvilupp ordnat tal-kummerċ skond il-paragrafu 242 tar-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Adeżjoni ta’ l-RPĊ mad-WTO u skond l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 għal dawn ir-raġunijiet: |
|
(9) |
L-importazzjonijiet tal-kategorija 2 (tessuti tal-qoton) li joriġinaw mill-RPĊ żdiedu b’71 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 124 % tal-livell ta’ twissija speċifikat fil-Linji ta’ Gwida (“il-livell ta’ twissija”). L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu kemm kemm, b’4 %, waqt dan l-istess perjodu. Madankollu, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet ta’ oriġini Ċiniżi niżlu b’21 % (skond id-data ta’ sorveljanza ta’ l-importazzjoni), ħafna aktar malajr mill-prezz medju ta' pajjiżi oħra (– 2 % imsejjes fuq id-data ta’ l-Eurostat bejn Jannar u Marzu). Din il-qagħda hi ħafna aktar akuta rigward importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sotto-kategorija 2A (tessuti tad-denim), filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005 żdiedu b’102 % meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004, filwaqt li l-importazzjonijiet totali żdiedu b’15 % u l-prezzijiet medji għal kull biċċa naqqsu b’20 %. |
|
(10) |
Importazzjonijiet tal-kategorija 4 (T-shirts) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’199 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur ta’ l-2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 197 % tal-livell ta’ twissija. Importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’24 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’37 %. |
|
(11) |
L-importazzjonijiet tal-kategorija 5 (pulowvers) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’530 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 194 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’14 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’42 %. |
|
(12) |
L-importazzjonijiet tal-kategorija 6 (qliezet) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’413 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 312 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’18 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’14 %. |
|
(13) |
L-importazzjonijiet tal-kategorija 7 (blawses) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’256 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 207 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’4 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’30 %. |
|
(14) |
Importazzjonijiet tal-kategorija 20 (bjankerija) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’158 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 107 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’6 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’34 %. |
|
(15) |
IL-importazzjonijiet tal-kategorija 26 (ilbiesi) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’219 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 212 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’1 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina żdied b’2 % kif irrapurtat mis-sistema ta’ sorveljanza. Madankollu, iċ-ċifri attwali ta’ l-Eurostat għall-ewwel erba’ xhur tas-sena juru nuqqas kbir ta’ 42 %. |
|
(16) |
L-importazzjonijiet tal-kategorija 31 (bras) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’110 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 145 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’6 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’37 %. |
|
(17) |
L-importazzjonijiet tal-kategorija 39 (bjankerija tal-mejda u tal-kċina) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’64 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 110 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’10 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina naqas b’39 %. |
|
(18) |
L-importazzjonijiet tal-kategorija 115 (ħjut ta' l-għażel jew tar-rami) li joriġinaw fl-RPĊ żdiedu b’55 % fil-volum fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2005, meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fl-2004. Dan iwassal l-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija għal 150 % tal-livell ta’ twissija. L-importazzjonijiet ta’ din il-kategorija mill-pajjiżi kollha żdiedu b’40 %, waqt dan l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina baqa’ stabbli (żdied b’3 % skond iċ-ċifri tas-sorveljanza ta’ l-importazzjoni jew ma nbidilx skond l-Eurostat). Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-prezz medju għal kull biċċa ta’ l-importazzjonijiet ta’ oriġini Ċiniża huwa anqas mill-prezz medju li jitolbu l-produtturi tal-Komunità. |
|
(19) |
Il-livelli ta’ importazzjoni għal prodotti tat-tessuti u ħwejjeġ mill-RPĊ u arranġamenti ta’ implimentazzjoni oħrajn stipulati fil-Memorandum ta’ Ftehim għandhom ikunu trasposti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93. |
|
(20) |
L-Artikolu 27 ta’ l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 għandu jkun emendat biex id-dispożizzjonijiet ikunu aktar dettaljati għat-trasmissjoni tad-data mill-Istati Membri fil-qafas tas-sistema ta’ sorveljanza statistika a posteriori għal ċertu produtti tat-tessuti. |
|
(21) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
|
(22) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu sabiex jipprovdi implimentazzjoni mgħaġġla tal-Memorandum ta’ Ftehim. |
|
(23) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tat-Kumitat tat-Tessuti mwaqqaf mill-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III, u V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 ġew emendati kif stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara jum il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta' Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2005 (ĠU L 162, 23.6.2005, p. 1).
(2) ĠU L 374, tat-22.12.2004, p. 1.
(3) Dokument WT/MIN(01)3 ta’ l-10 ta’ Novembru 2001.
ANNESS
|
1. |
L-Anness II qed jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS II PAJJIŻI ESPORTATURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
|
|
2. |
L-Anness III hu emendat kif ġej:
|
|
3. |
L-Anness V qed jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS V LIMITI KWANTITATTIVI TAL-KOMUNITÀ a) applikabbli għas-sena 2005 (Id-deskrizzjoni sħiħa tal-prodotti tidher fl-Anness I)
b) applikabbli għas-snin 2005, 2006 u 2007. (Id-deskrizzjoni sħiħa tal-prodotti tidher fl-Anness I)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) ĠU L 253 tal-11.10.1993, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148 tal-11.6.2005, p. 5).” ”
(1) Restrizzjonijiet kwantitattivi għas-Serbja ma japplikawx fi qbil mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u s-Serbja dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti (ĠU L 90, tat-8.4,2005. p. 36). Il-Komunità Ewropea għandha d-dritt li tapplika mill-ġdid ir-restrizzjonijiet kwantitattivi taħt ċerti cirkostanzi.
(2) Restrizzjonijiet kwantitattivi għall-Vjetnam huma sospiżi fi qbil mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-aċċess għas-suq (ĠU L 75, tat-22.3.2005, p. 35). Il-Komunità Ewropea għandha id-dritt li tapplika mill-ġdid ir-restrizzjonijiet kwantitattivi taħt ċerti cirkostanzi.
(3) Importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li ntbagħtu qabel il-11 ta’ Ġunju 2005 imma li ġew ippreżentati għal moviment ħieles fil- jew wara d-data, mhumiex suġġetti għal-limiti kwantittativi. Awtrorizzazzjonijiet fuq l-importazzjoni għal prodotti bħal dawn jingħataw awtomatikament u mingħajr limiti kwantitattivi mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, fuq prova xierqa, bħall-polza tat-tagħbija, u l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ffirmata mill-importatur, li l-merkanzija ntbagħtet qabel dik id-data. Minħabba d-deroga ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93, importazzjonijiet tal-merkanzija li ntbagħtet qabel il-11 ta’ Ġunju 2005 għandhom jiġu rrilaxxati wkoll għall-moviment ħieles fuq preżentazzjoni ta’ dokument ta’ sorveljanza maħruġ skond l-Artikolu 10a(2a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93.
Awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni ta’ merkanzija li ntbagħtet bejn il-11 ta’ Ġunju 2005 u t-12 ta’ Lulju 2005 għandhom jingħataw awtomatikament u ma jistgħux jinċaħdu fuq il-bażi li m’hemm l-ebda kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantittativi ta’ l-2005. Madankollu, l-importazzjoni tal-prodotti kollha li ntbagħtet mill-11 ta’ Ġunju 2005 sejra tingħadd skond il-limiti kwantitattivi ta’ l-2005.
L-għotja ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni mhix se teħtieġ il-preżentazzjoni tal-liċenżji korrispondenti ta’ esportazzjonijiet għall-merkanzija ttrasportata qabel maċ-Ċina toħloq is-sistema tagħha ta’ liċenzjar ta’ esportazzjoni (20 ta’ Lulju 2005).
Applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għall-importazzjoni ta’ merkanzija li ntbagħtet bejn il-11 ta’ Ġunju 2005 u d-19 ta’ Lulju 2005 (inklużi) għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru mhux aktar tard mill-15 ta’ Awissu 2005.”