9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

194


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1008/2005

tat-30 ta' Ġunju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2771/1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2771/1999 (2) jipprovdi għal sistema ta' intervent għax-xiri tal-butir bi prezzijiet fissi.

(2)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-intervent tal-butir. Għalhekk hu neċessarju li jkun speċifikat il-prezz ta' intervent li għandu jintuża għall-kalkolu tal-prezz tax-xiri meta l-prezz tal-intervent jinbidel.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 għandu għalhekk jkun emendat kif jixraq.

(4)

Il-miżuri provduti għalihom f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u prodotti tal-Ħalib.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artiklu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 jiżdied is-subparagrafu li jmiss:

“Il-prezz tal-intervent li għandu jintuża għal-kalkolu tal-prezz tax-xiri għandu jkun dak fis-seħħ fil-ġurnata tal-manifattura tal-butir.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2005

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Ġunju 2005

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolarment kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)   ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolarment kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2250/2004 (ĠU L 381, 28.12.2004, p. 25).