|
18.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) 1002/2005
tat-30 ta' Ġunju 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1239/95 dwar l-għoti ta’ liċenzji obbligatorji u r-regoli dwar spezzjonijiet pubbliċi u l-aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar id-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 ġie emendat sabiex jinkludi referenza għal liċenzji obbligatorji previsti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali ta’ invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (2) u sabiex it-terminu “id-dritt ta’ l-isfruttament obbligatorju” jinbidel b' “liċenzja obbligatorja”. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (3) tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-limiti li jiggvernaw id-dritt għall-aċċess għad-dokumenti skond l-Artikolu 255 tat-Trattat, sar applikabbli għad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti permezz ta’ inserzjoni ta’ Artikolu 33a ġdid fir-Regolament (KE) Nru 2100/94. |
|
(3) |
Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (4). |
|
(4) |
Il-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti ġie kkonsultat. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1239/95 huwa emendat hekk:
|
1) |
Il-Kapitolu IV tat-Titolu II jinbidel b’dan li ġej: “KAPITOLU IV LIĊENZJI KOMUNITARJI LI GĦANDHOM JINGĦATAW MILL-UFFIĊĊJU Taqsima 1 Liċenzji obbligatorji skond l-Artikolu 29 tar-Regolament Bażiku Artikolu 37 L-Applikazzjonijiet għal-liċenzji obbligatorji 1. L-applikazzjoni għal-liċenzja obbligatorja skond l-Artikolu 29 (1), (2) u (5) tar-Regolament Bażiku jinkludu:
2. L-applikazzjoni għal liċenzja obbligatorja msemmija fl-Artikolu 29 (5a) tar-Regolament Bażiku tinkludi:
3. L-applikazzjoni għall-liċenzja dipendenti msemmija fl-Arikolu 29 (5a) tar-Regolament Bażiku ser tinkludi:
4. Ma’ l-applikazzjoni ta’ liċenzja obbligatorja għandu jkun hemm mehmuża dokumenti li jixhdu li l-applikant ma rnexxilux jikseb liċenzja kuntrattwali mingħand it-titular tad-dritt għall-varjetà tal-pjanti. Jekk l-applikant għal liċenzja obbligatorja skond l-Artikolu 29 (2) tar-Regolament Bażiku, ikun jew il-Kummissjoni jew xi Stat Membru, l-Uffiċċju jista’ jwaqqa’ din il-kundizzjoni f’każ ta’ force majeure. 5. Talba għal liċenzja kuntrattwali titqies li ma rnexxietx skond it-tifsira ta' paragrafu 4 jekk:
Artikolu 38 Eżami ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja obbligatorja 1. Bi prinċipju, il-proċeduri orali u l-preżentazzjoni ta' l-evidenza ser iseħħu fi smiegħ wieħed. 2. Mhux ser jitħallew isiru talbiet għal aktar seduti ħlief għal dawk it-talbiet ibbażati fuq ċirkustanzi li nbidlu waqt jew wara s-seduti. 3. Qabel ma jieħu deċiżjoni l-Uffiċċju għandu jistieden lill-partijiet ikkonċernati sabiex jaslu għal ftehim amikevoli dwar il-liċenzja kuntrattwali. Jekk ikun f’loku, l-Uffiċċju jagħmel proposta għal dan il-ftehim. Artikolu 39 Iż-żamma ta' dritt Komunitarju għall-varjetajiet tal-pjanti matul il-proċeduri 1. Jekk il-bidu ta' azzjoni fir-rigward ta' talba msemmija fl-Artikolu 98 (1) tar-Regolament Bażiku kontra t-titular iddaħħal fir-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti, l-Uffiċċju jista’ jissospendi l-proċeduri ta’ l-għotja ta’ liċenzja obbligatorja. Huwa meħtieġ li ma jerġax jiftaħhom qabel ma fl-istess Reġistru tiddaħħal id-deċiżjoni finali dwar, jew it-terminazzjoni ta’, din l-azzjoni. 2. Jekk trasferiment tad-dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanti jorbot lill-Uffiċċju, it-titular il-ġdid jidħol fil-proċeduri bħala parti minnhom, fuq talba ta’ l-applikant, jekk dan l-applikant talab mingħajr ma rnexxielu lit-titular il-ġdid għal-liċenzja fi żmien xahrejn minn meta rċieva l-komunikazzjoni mill-Uffiċċju li l-isem tat-titular il-ġdid iddaħħal fir-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti. Talba mill-applikant għandha jkollha magħha biżżejjed evidenza dokumentata ta' l-isforzi tiegħu għal xejn u jekk ikun f’loku, ta’ l-imġiba tat-titular il-ġdid. 3. Fil-każ ta’ applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 29 (2) tar-Regolament Bażiku, it-titular il-ġdid għandu jidħol fil-proċeduri bħala parti minnhom. Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax. Artikolu 40 Il-Kontenut tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni Id-deċiżjoni bil-miktub trid tkun iffirmata mill-President ta’ l-Uffiċċju. Id-deċiżjoni għandha tinkludi fiha:
Artikolu 41 L-Għotja ta’ liċenzja obbligatorja Id-deċiżjoni li tingħata liċenzja obbligatorja skond l-Artikolu 29 (1), (2) u (5) tar-Regolament Bażiku għandha tinkludi dikjarazzjoni li tistabbilixxi l-interess tal-pubbliku involut.
Artikolu 42 Il-Kundizzjonijiet għall-persuna li tingħata liċenzja obbligatorja 1. Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 29 (3) tar-Regolament Bażiku, il-persuna li tingħata l-liċenzja obbligatorja għandha jkollha l-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi xierqa sabiex tagħmel użu mill-liċenzja obbligatorja. 2. Il-qbil mal-kundizzjonijiet li jagħmlu parti mill-liċenzja obbligatorja u stabbiliti fid-deċiżjoni dwarha jitqiesu bħala waħda miċ-‘ċirkostanzi’ taħt l-Artikolu 29 (4) tar-Regolament Bażiku. 3. L-Uffiċċju għandu jara li l-persuna li ngħatat liċenzja obbligatorja ma tistax tiftaħ azzjoni legali għall-ksur ta’ dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanti sakemm it-titular ma rrifjutax jew ittraskura li jagħmel dan fi żmien xahrejn wara li ntalab jagħmel dan. Artikolu 43 Il-Kategorija ta’ persuni li jissodisfaw kriterji speċifiċi skond l-Artikolu 29 (2) tar-Regolament Bażiku 1. Kull persuna bl-intenzjoni li tagħmel użu mil-liċenzja obbligatorja li taqa’ taħt il-kategorija ta’ persuna li tissodisfa l-kriterji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 29 (2) tar-Regolament Bażiku għandha tħabbar l-intenzjoni tagħha lill-Uffiċċju u lit-titular permezz ta' ittra rreġistrata b'avviż tal-wasla. Id-dikjarazzjoni għanda tinkludi:
2. Fuq talba għal dan, l-Uffiċċju jdaħħal persuna fir-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti jekk din il-persuna tissodisfa l-kundizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dikjarazzjoni msemmija f’paragrafu 1. Din il-persuna mhix se jkollha dritt tagħmel użu mil-liċenzja obbligatorja qabel ma tiġi rreġistrata. Ir-reġistrazzjoni ta’ isimha għandha tiġi komunikata lil dik il-persuna u lit-titular. 3. L-Artikolu 42 (3) ta’ dan ir-Regolament japplika mutatis mutandis għall-persuna mdaħħla fir-Reġistru tad-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti skond paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Kull deċiżjoni, jew terminazzjoni oħra, ta’ l-azzjoni legali ta’ l-att ta’ ksur għandu japplika għall-persuni l-oħra rreġistrati jew li ser ikunu reġistrati. 4. Ir-reġistrazzjoni msemmija f’paragrafu 2 tista' titħassar biss jekk il-kriterji speċifiċi preskritti fid-deċiżjoni dwar l-għotja tal-liċenzja obbligatorja jew il-kapaċitajiet finanzjarji jew tekniċi stabbiliti skond paragrafu 2, għaddew minn bidliet aktar minn sena wara li ngħatat il-liċenzja obbligatorja u fi żmien stipulat f’dik l-għotja. It-tħassir tar-reġistrazzjoni għandu jiġi komunikat lil dik il-persuna li ġiet reġistrata u lit-titular. Taqsima 2 id-drittijiet ta’ Sfruttament skond l-Artikolu 100 (2) tar-regolament bażiku Artikolu 44 Id-Drittijiet ta’ sfruttament skond l-Artikolu 100 (2) tar-Regolament Bażiku 1. Talba għal dritt kuntrattwali mhux esklussiv ta' sfruttament minn titular ġdid, kif msemmi fl-Artikolu 100 (2) tar-Regolament Bażiku, isir, fil-każ tat-titular ta' qabel fi żmien xagħrejn, jew fil-każ ta' persuna li kellha d-dritt ta' sfruttent fi żmien erba' xhur, mill-irċevuta tan-notifika mill-Uffiċċju li l-isem tat-titular il-ġdid daħal fir-Reġistru Komunitarju għad-Drittijiet tal-Varjetajiet tal-Pjanti. 2. Applikazzjoni għall-għotja ta' dritt ta' sfruttament skond l-Artikolu 100 (2) tar-Regolament Bażiku tkun akkumpanjata minn dokumenti li juru t-talba li ma rnexxitx msemmija f’paragrafu 1. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 37 (1) (a), (b), (ċ) u (5), 38, 39 (3), 40 ħlief l-ittra (f), 41 (3) u (4) u 42 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis.” |
|
2) |
L-Artikolu 82 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 82 Spezzjoni Pubblika tar-Reġistri 1. Ir-reġistri ser ikunu miftuħa għal spezzjoni pubblika fuq il-proprjetà ta’ l-Uffiċċju. Aċċess għar-Reġistri u d-dokumenti miżmuma hemm ġew jingħata taħt l-istess termini u kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess tad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 84. 2. Spezzjoni fuq il-post tar-Reġistri hija b'xejn. Il-produzzjoni u t-tqassim ta' partijiet mir-Reġistri f’kull forma li titlob l-ipproċessar jew l-manipulazzjoni ta' data minbarra minn sempliċi riproduzzjoni ta’ dokument jew partijiet minnu għandu jkun suġġett għall-ħlas ta’ miżata. 3. Il-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jipprovdi għall-ispezzjoni pubblika tar-Reġistri fuq il-proprjetà ta' l-aġenziji nazzjonali jew sub-uffiċċji magħżula, skond l-Artikolu 30 (4) tar-Regolament Bażiku.” |
|
3) |
L-Artikolu 84 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 84 L-Aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju 1. Il-Kunsill Amministrattiv jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju, inklużi r-Reġistri. 2. Il-Kunsill Amministattiv jadotta l-kategoriji ta’ dokumenti ta’ l-Uffiċċju biex ikunu aċċessibbli direttament mill-pubbliku permezz ta’ pubblikazzjoni, inkluża pubblikazzjoni b’mezzi elettroniċi.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-30 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 227, ta' l-1.9.1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (ĠU L 162, tat 30.4.2004, p. 38).
(2) ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 13.
(3) ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.
(4) ĠU L 121, ta' l-1.6.1995, p. 37. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2181/2002 (ĠU L 331, tas-7.12.2002, p. 14).