31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

133


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 713/2005

ta’ l-10 ta’ Mejju 2005

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti antibijotiċi li gћandhom użu wiesa’ li joriġinaw mill-Indja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li m’humiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 u 19 tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

I.   Stћarriġ li sar qabel u miżuri eżistenti

(1)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2164/98 (2), impona dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti antibijotiċi li gћandhom użu wiesa’ b’mod partikolari amoxicillin trihydrate, ampicillin trihydrate u cefalexin, li m’humiex konfezzjonati f’dożi mkejla jew f’forom jew ippakkjar gћal bejgћ bl-imnut (“il-prodott konċernat”), u li jaqgћu fl-ambitu tal-kodiċi NM ex 2941 10 10, ex 2941 10 20 u ex 2941 90 00, li joriġinaw mill-Indja. Il-miżuri kienu ta’ natura ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn 0 % u 12 % impost fuq importazzjonijiet minn esportaturi identifikati individwalment li gћandhom rata residwa ta’ dazju ta’ 14,6 % imposta fuq importazzjonijiet minn esportaturi oћra.

II.   Talba gћal reviżjoni magħquda ta’ skadenza u ta’ natura temporanja

(2)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (3) tal-miżuri definittivi li kienu fis-seћћ, il-Kummissjoni rċeviet talba minn produtturi Komunitarji relatati ma’ prodott simili, Sandoz GmbH, l-Awstrija, u Sandoz Industrial Products S.A., Spanja, (“l-applikanti”), biex jingћata bidu gћal reviżjoni magħquda ta’ skadenza u ta’ natura temporanja tar-Regolament (KE) Nru 2164/98 skond l-Artikoli 18(2) u 19(2) tar-Regolament bażiku. L-applikanti jirrappreżentaw l-ikbar sehem, f’dan il-każ aktar minn 40 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti antibijotiċi li gћandhom użu wiesa’.

(3)

It-talba kienet mibnija fuq l-argument li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li kienet ser toћloq kontinwazzjoni jew ripetizzjoni ta’ sussidjar u ta’ dannu gћall-industrija tal-Komunità u li l-livell tal-miżuri fis-seћћ kien allegatament mhux biżżejjed biex jilqa’ għas-sussidjar li kien qiegћed joћloq il-ћsara.

(4)

Qabel ma ngћata bidu gћar-reviżjoni magħquda ta’ skadenza u ta’ natura temporanja u skond l-Artikoli 22(1) u 10(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni avżat lill-Gvern ta’ l-Indja (“il-GOI”) illi kienet irċeviet talba gћal reviżjoni li kienet dokumentata kif suppost. Il-GOI kien mistieden gћall-konsultazzjonijiet bil-gћan li jiċċara s-sitwazzjoni rigward il-kontenut tat-talba u s-sejbien ta’ soluzzjoni għal ftehim reċiproku. Il-GOI ma laqax l-istedina tal-Kummissjoni gћall-konsultazzjoni.

III.   Bidu ta’ reviżjoni magħquda ta’ skadenza u ta’ natura temporanja

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat ix-xiehda mressqa mill-applikanti u qisitha biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tar-reviżjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 18(2) u 19(2) tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni tat bidu gћar-reviżjoni magħquda ta’ skadenza u ta’ natura temporanja tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2164/98 permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (4).

IV.   Perijodu ta’ l-investigazzjoni

(6)

L-investigazzjoni damet mill-1 ta’ April 2002 sal-31 ta’ Marzu 2003 (“il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni” jew “IP”). Ħarsa mill-qrib tax-xejriet fil-kuntest ta’ ћsara kkawżata ћadet bћala żmien mill-1 ta’ Jannar 1999 sa l-aћћar tal-perijodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perijodu kkunsidrat”).

V.   Partijiet involuti fl-investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment bil-bidu ta’ l-investigazzjoni lill-applikanti, lil produtturi oћra magћrufa fil-Komunità, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-fornituri qrib is-sors, lill-utenti, u lill-GOI. Il-partijiet interessati kellhom iċ-ċans li jressqu fehmithom bil-miktub u li jitolbu smigħ. Ingћata widen gћall-kummenti bil-miktub u verbali mressqa mill-partijiet u, fejn kien xieraq, dawn ġew ikkunsidrati.

(8)

Gћall-investigazzjoni dwar is-sussidjar, ittieħdet deċiżjoni li jintużaw metodi ta’ teћid ta’ kampjuni skond l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku minћabba n-numru kemmxejn imdaqqas ta’ produtturi esportaturi tal-prodott konċernat fl-Indja li kienu mniżżla fit-talba.

(9)

Madankollu kien biss numru żgћir ta’ produtturi esportaturi li resqu ’l quddiem u li taw it-tagћrif meћtieġ gћat-teћid tal-kampjuni. Gћaldaqstant, l-użu ta’ tekniċi ta’ teћid ta’ kampjuni ma baqax iktar meqjus ta’ ћtieġa.

(10)

Il-Kummissjoni bagћtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li kienu magћrufa li huma konċernati li resqu ’l quddiem u identifikaw ruћhom fiż-żmien stipulat fl-avviż tal-bidu. Waslu tweġibiet minn ћames produtturi Komunitarji, seba’ produtturi esportaturi, importatur wieћed, żewġ fornituri qrib is-sors u l-GOI.

(11)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagћrif kollu li dehrilha meћtieġ gћad-deċiżjoni dwar is-sussidjar u l-ћsara mġarrba kif ukoll gћad-deċiżjoni dwar jekk hemmx possibilità ta’ tkomplija jew ripetizzjoni ta’ sussidjar u ћsara, u jekk iż-żamma jew it-tibdil tal-miżuri jmorrux kontra l-interess Komunitarju. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ dawn il-partijiet interessati:

1.

Produtturi Komunitarji

DSM Anti-Infectives B.V., Delft (Olanda), li wieġbet ukoll gћall-kwestjonarju tal-Kummissjoni f’isem DSM Anti-Infectives Deretil S.A., Almeria, (Spanja) u DSM Anti-Infectives Chemferm S.A., Santa Perpetua de Mogoda, (Spanja). Minn hawn ’il quddiem, dawn it-tliet kumpanniji lkoll flimkien, ser ssir referenza għalihom bћala “DSM”.

Sandoz GmbH (magћrufa qabel bћala Biochemie GmbH), Kundl (Awstrija), li wieġbet ukoll gћall-kwestjonarju tal-Kummissjoni f’isem Sandoz Industrial Products S.A. (li qabel kienet magћrufa bћala Biochemie S.A.), Barċellona (Spanja). Iż-żewġ kumpanniji minn hawn ’il quddiem ser ssir referenza għalihom bћala “Sandoz”.

2.

Gvern ta’ l-Indja

Il-Ministeru tal-Kummerċ, New Delhi.

3.

Produtturi esportaturi fl-Indja

KDL Biotech Ltd. (li qabel kienet magћrufa bћala Kopran Ltd.), Mumbai,

Orchid Pharmaceuticals and Chemicals Ltd., Chennai,

Nectar Lifesciences Ltd., Chandigarh,

Nestor Pharmaceuticals Ltd., New Delhi,

Ranbaxy Laboratories Ltd., New Delhi,

Torrent Gujarat Biotech Ltd., Ahmedabad,

Surya Pharmaceutical Ltd., Chandigarh.

VI.   Twassil tat-tagħrif u kummenti dwar proċedura

(12)

Il-GOI u l-partijiet l-oћra interessati kienu mgћarrfa bil-fatti ewlenin u bil-konsiderazzjonijiet li fuqhom kien hemm ћsieb li tkun proposta t-tkomplija tal-miżuri. Huma ngћataw ukoll żmien raġonevoli sabiex jikkummentaw. Uћud mill-partijiet ressqu l-kummenti tagћhom bil-miktub. Barra minn hekk, il-GOI u tliet produtturi esportaturi ressqu l-pożizzjonijiet tagћhom f’laqgħat ta’ smigћ li saru wara t-twassil tat-tagħrif u segwew dan permezz ta’ sottomissjonijiet wara s-smigћ li taw ġabra fil-qosor tal-pożizzjonijiet tagћhom. Kull sottomissjoni u kumment ingћataw l-attenzjoni xierqa kif spjegat hawn taћt.

(13)

Il-GOI u produttur esportatur wieћed enfasizzaw, waqt is-smigћ ta’ wara t-twassil tat-tagħrif, li l-applikanti ma pproduċewx tip wieћed tal-prodott simili, jiġifieri cefalexin, u gћaldaqstant talbu li, fir-rigward ta’ dan it-tip partikolari, il-bidu ta’ l-investigazzjoni għandha titħassar.

(14)

Bi tweġiba gћal din is-sottomissjoni, wieћed gћandu jfakkar li kien diġà ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali li t-tipi kollha tal-prodott mistћarreġ (ara Taqsima B hawn isfel) jikkostitwixxu kategorija waћda tal-prodott (5). It-tipi kollha jappartjenu gћall-istess kategorija, jiġifieri antibijotiċi semi-sintetiċi u ta’ użu wiesa’ fi kwantitajiet kbar, u li gћandhom l-istess użu u ċioè, dak li jkunu magħduda fil-prodott finali ta’ dożaġġ finali li jkunu effettivi fil-kura ta’ varjetà ta’ mard li jittieћed. Gћaldaqstant, l-argument imressaq mill-applikanti kellu jiġi miċћud minћabba li t-tipi kollha jiffurmaw prodott waћdani gћall-iskop ta’ dan il-proċediment.

(15)

Il-GOI u produttur esportatur wieћed sostnew li t-tweġibiet gћall-kwestjonarju mhux kunfidenzali mill-produtturi Komunitarji ma kinux dettaljati biżżejjed u ma kinux imressqa skond l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku. Kien allegat li nuqqas ta’ tagћrif fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mhux kunfidenzali tellef lill-esportaturi kollaboraturi opportunità effettiva biex jiddefendu l-interessi tagћhom rigward l-analiżi tal-ħsara u tar-rabta kawżali.

(16)

Gћandu jiġi nnotat f’dan il-kuntest illi skond it-Taqsima E hawn isfel, l-industrija Komunitarja fl-investigazzjoni preżenti tikkonsisti f’żewġ partijiet biss, jiġifieri Sandoz u DSM. Barra minn hekk, parti waћda pproduċiet biss amoxicillin trihydrate u ampicillin trihydrate, filwaqt li l-oћra pproduċiet cefalexin ukoll. Dawn iċ-ċirkostanzi partikolari fir-rigward ta’ l-industrija Komunitarja kabbru n-natura kunfidenzali ta’ ċertu tagћrif mogћti matul l-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-fajl li hu aċċessibbli gћall-ispezzjoni minn partijiet interessati fih tweġibiet mhux kunfidenzali mogћtija fil-kwestjonarju taż-żewġ produtturi-kollaboraturi Komunitarji, fejn it-tagћrif kunfidenzali kien ippreżentat f’forma ta’ indiċi sabiex jippermetti fehim raġonevoli tas-sustanza tat-tagћrif ippreżentat b’mod kunfidenzali. Gћaldaqstant, it-tweġibiet għall-kwestjonarju mhux kunfidenzali mgћoddi lill-produtturi Komunitarji huma xorta meqjusa konformi ma’ l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku. Ta’ min iżid ukoll illi t-tagћrif dwar ћsara ppreżentat f’indiċi kif mistqarr u mfassal fit-Taqsima F ta’ dan ir-Regolament jagћti stampa preċiża biżżejjed tas-sitwazzjoni bejn il-ћsara u l-kawżalità lill-partijiet kollha interessati sabiex dawn jagћrfu jeżaminaw l-analiżi u jiddefendu l-interessi tagћhhom.

B.   PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

I.   Prodott konċernat

(17)

Il-prodott kopert b’din ir-reviżjoni hu l-istess wieћed bћal dak konċernat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2164/98, jiġifieri amoxicillin trihydrate, ampicillin trihydrate u cefalexin li m’humiex konfezzjonati f’dożi mkejla jew f’forom jew ippakkjar gћall-bejgћ bl-imnut skond il-kodiċi NM ex 2941 10 10, ex 2941 10 20 u ex 2941 90 00 li joriġinaw mill-Indja (“il-prodott konċernat”).

II.   Prodott Simili

(18)

Matul il-laqgħa ta’ smigћ ta’ wara t-twassil tat-tagħrif, il-GOI u produttur esportatur wieћed ġibdu l-attenzjoni gћall-fatt li produttur Komunitarju wieћed semma ċerti differenzi fl-“istabbiltà, purità, assaġġ, karatteristiċi galeniċi eċċ.” fit-tqabbil bejn il-prodott konċernat u l-prodott simili. Barra minn hekk, l-uniku importatur kollaboratur semma differenzi fir-rigward tas-solubilità fl-ilma.

(19)

Iżda kemm il-prodott konċernat kif ukoll il-prodott simili gћandhom jikkorrispondu gћall-istess farmakopea internazzjonali permezz ta’ ċerti speċifikazzjonijiet. Gћaldaqstant, gћalkemm ma jkunux l-istess fl-aspetti kollha, ikunu jixxiebhu mill-qrib skond kif mitlub mill-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku.

(20)

Riżultat ta’ dan, l-investigazzjoni kkonfermat li amoxicillin trihydrate, ampicillin trihydrate u cefalexin prodotti u mibjugћin fil-Komunità mill-produtturi Komunitarji kellhom karatteristiċi fiżiċi u użu identiku jew jixxiebhu sew mal-prodott konċernat u kienu gћaldaqstant prodott simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku.

Ċ.   SUSSIDJI

I.   Introduzzjoni

(21)

Abbażi tat-tagћrif miġbur fit-talba gћar-reviżjoni u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, kienu investigati dawn l-iskemi li ġejjin li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji:

1.   Skemi fuq bażi Nazzjonali

(a)

Skema ta’ Liċenza minn Qabel,

(b)

Skema tal-Ktieb tad-Dritt għad-Dazju,

(ċ)

Skema taż-Żoni Ekonomiċi Speċjali/Unitajiet Orjentati gћall-Esportazzjoni,

(d)

Skema ta’ Promozzjoni ta’ l-Esportazzjoni ta’ Beni Kapitali,

(e)

Skemi ta’ Taxxa fuq id-Dћul,

Skema ta’ Eżenzjoni ta’ Taxxa fuq id-Dћul mill-Esportazzjoni,

Inċentiv ta’ Taxxa fuq id-Dћul gћal Riċerka u Żvilupp,

(f)

Skema ta’ Kreditu gћall-Esportazzjoni.

(22)

L-iskemi (a) sa (d) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq l-Att ta’ l-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) (Numru 22 ta’ l-1992) li daћal fis-seћћ fis-7 ta’ Awissu 1992 (“Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GOI sabiex joћroġ notifiki rigward il-politika ta’ l-esportazzjoni u ta’ l-importazzjoni. Dawn huma miġbura fil-qosor fid-dokumenti “Politika dwar l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni” li jinћarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ћames snin u jkunu aġġornati regolarment. Dokument wieћed tal-Politika dwar l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni hu rilevanti gћall-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ dan il-każ; jiġifieri pjan ta’ ћames snin li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ April 2002 sal-31 ta’ Marzu 2007 (“politika EXIM 02-07”). Barra minn hekk, il-GOI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika EXIM 02-07 fil-“Manwal ta’ Proċeduri — 1 ta’ April 2002 sal-31 ta’ Marzu 2007, l-Ewwel Volum”“HOP I 02-07” (6). Il-Manwal ta’ Proċeduri hu aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

(23)

L-Iskemi tat-Taxxa fuq id-Dћul speċifikati hawn fuq taћt (e) huma bbażati fuq l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dћul ta’ l-1961, li hu emendat kull sena mill-Att dwar il-Finanzi.

(24)

L-Iskema ta’ Kreditu gћall-Esportazzjoni speċifikata hawn fuq taћt (f) hi bbażata fuq it-taqsima 21 u 35A ta’ l-Att dwar ir-Regolamentazzjoni Bankarja 1949 li jippermetti lill-Bank tar-Riżervi ta’ l-Indja (“RBI”) li jiggwida banek kummerċjali fil-qasam tal-krediti ta’ l-esportazzjoni.

2.   Skemi Reġjonali

(25)

Skond it-tagћrif miġbur fit-talba gћar-reviżjoni u t-tweġibiet gћall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni investigat ukoll numru ta’ skemi li allegatament ingћataw minn gvernijiet jew awtoritajiet reġjonali f’ċerti stati Indjani.

(a)

Stat tal-Punjab,

Skema gћal Inċentivi Industrijali fil-Punjab.

Din l-iskema hi bbażata fuq il-politika industrijali u l-kodiċi dwar l-inċentivi tal-Gvern tal-Punjab.

(b)

Stat ta’ Gujarat,

Skema ta’ Inċentivi Industrijali fil-Gujarat,

Rimborż ta’ Dazju fuq l-Elettriku.

L-ewwel skema hi bbażata fuq il-politika dwar l-inċentivi industrijali fil-Gujarat filwaqt li t-tieni skema hija bbażata fuq l-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku ta’ Bombay ta’ l-1958.

(ċ)

Stat ta’ Maharashtra,

Pakkett ta’ Skema ta’ Inċentivi tal-Gvern ta’ Maharashtra (“il-GOM”). Din l-iskema hi mibnija fuq riżoluzzjonijiet tad-Dipartiment ta’ l-Industriji, Enerġija u Xogћol tal-GOM.

(26)

Skema waħda dwar taxxa fuq id-dћul (inċentiv tat-taxxa fuq id-dћul gћal riċerka u żvilupp) u tliet skemi reġjonali (inċentivi industrijali tal-Punjab, inċentivi industrijali ta’ Gujarat u r-rifużjoni tad-dazju fuq l-elettriku ta’ Gujarat) ma kinux imsemmija fit-talba gћar-reviżjoni. Gћaldaqstant, skond l-Artikoli 22(1) u 11(10) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotifikat lill-GOI dwar il-possibilità ta’ twessigћ ta’ l-iskop ta’ l-investigazzjoni sabiex ikunu inklużi dawn l-iskemi. Il-GOI kien mistieden gћal taħditiet bl-gћan li tkun iċċarata s-sitwazzjoni fattwali rigward l-iskemi allegati u sabiex tinstab soluzzjoni bi ftehim reċiproku. Bћala riżultat ta’ dawn it-taћditiet u fin-nuqqas ta’ soluzzjoni milћuqa bi ftehim reċiproku dwar dawn l-erba’ skemi, il-Kummissjoni inkludiet dawn l-iskemi fl-investigazzjoni dwar is-sussidjar.

3.   Kummenti ġenerali ta’ l-gћeluq dwar is-sussidjar

(27)

Żewġ produtturi esportaturi sostnew li l-Iskema ta’ Liċenza minn Qabel, l-Iskema tat-Taxxa fuq id-Dћul gћal Riċerka u Żvilupp u l-Iskema dwar Kreditu għall-Esportazzjoni gћandhom jitћallew barra mill-iskop ta’ l-investigazzjoni preżenti minħabba li reviżjoni gћandha tkopri biss skemi li kienu investigati oriġinarjament. F’dan il-każ, dawn it-tliet skemi u l-iskemi reġjonali investigati ma kinux investigati matul l-investigazzjoni oriġinali.

(28)

Madankollu, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku dwar ir-reviżjoni temporanja u ta’ skadenza ma jistipulawx tali trattament ristrettiv fir-reviżjonijiet. Per eżempju, reviżjoni temporanja tista’ twassal gћal żieda ta’ miżuri skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku jekk dawk eżistenti ma kinux biżżejjed biex iwaqqfu sussidju kumpensattiv. L-Artikolu 19(4) tar-Regolament bażiku jitlob ukoll eżami sabiex jiġi “kkunsidrat jekk iċ-ċirkostanzi dwar is-sussidju … inbidlux b’mod sinifikanti.” Gћalhekk reviżjoni intermedjarja li tittratta sussidjar tista’ twassal per ser gћal evalwazzjoni mill-ġdid sħiħa tal-qafas ta’ sussidjar u mhux sempliċement ta’ l-iskemi ta’ sussidji oriġinarjament investigati, li possibbilment jistgћu jagħtu vantaġġ lill-prodott konċernat. Barra minn hekk, reviżjoni ta’ skadenza mhux bilfors tiffoka biss fuq skemi oriġinarjament investigati. Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku b’mod ġenerali jirreferi gћal “kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar”, u mhux gћal skemi ta’ sussidjar oriġinarjament investigati. Bћala riżultat, ir-reviżjonijiet m’humiex limitati gћall-iskemi oriġinarjament investigati imma jeħtieġu eżami tas-sussidjar kemm preżenti kif ukoll futur fosthom ta’ programmi mhux investigati oriġinarjament. Fil-fatt hu trattament bћal dan li jwassal gћal analiżi xierqa tas-sitwazzjoni li tikkonċerna sussidjar matul perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni partikolari. Inkella l-gvernijiet jistgћu effettivament iћarsu lilhom infushom minn dixxiplini sussidjarji billi sempliċement jagћtu isem ġdid lil skema jew billi jagћmlulha xi bidliet żgћar strutturali. Dan ifixkel l-gћan u l-iskop tal-miżuri kumpensatorji, li hu li jpatti għas-sussidjar ta’ dannu.

II.   Skemi ta’ Skala Nazzjonali

1.   Skema ta’ Liċenza minn Qabel (“ALS”)

(a)   Bażi legali

(29)

Id-deskrizzjoni dettaljata ta’ l-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-politika EXIM-02-07 u fil-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 02-07.

(b)   Eliġibilità

(30)

L-ALS tikkonsisti f’sitt sotto-skemi, kif inhu deskritt f’aktar dettall fi premessa (31), liema sotto-skemi huma differenti inter alia fl-iskop ta’ l-eliġibilità. Esportaturi manifatturi u esportaturi negozjanti “assoċjati ma” manifatturi ta’ appoġġ huma eliġibbli gћal esportazzjoni fiżika u gћar-rekwiżit annwali ta’ l-ALS. Esportaturi manifatturi li jfornu lill-esportatur finali huma eliġibbli għall-ALS għal fornitura intermedjarja. Kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji “esportazzjoni meqjusa” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika EXIM 02-07, bħal fornituri ta’ qasam orjentat lejn it-trasport (export oriented unit“EOU”) huma eliġibbli għal esportazzjoni meqjusa ta’ l-ALS. Eventwalment, il-fornituri intermedjarji ta’ l-esportaturi manifatturi huma eliġibbli għal benefiċċji esportazzjoni meqjusa taħt is-sotto-skemi msejħa Ordni ta’ Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”) u ittra ta’ kreditu interna tip back to back.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(31)

Liċenzi preliminari jistgħu jinħarġu għal:

(i)

:

Esportazzjonijiet fiżiċi

:

Din hija s-sotto-skema ewlenija. Tippermetti importazzjonijiet bla dazju ta’ materjali meћtieġa gћall-manifattura ta’ prodott speċifiku ta’ l-esportazzjoni. F’dan il-kuntest “fiżiku” jfisser li l-prodott ta’ l-esportazzjoni jrid jitlaq mit-territorju Indjan. Il-liċenza tispeċifika l-importazzjoni awtorizzata u l-obbligu ta’ esportazzjoni flimkien mat-tip ta’ prodott ta’ l-esportazzjoni.

(ii)

:

Ħtieġa annwali

:

Din it-tip ta’ liċenza mhix marbuta ma’ prodott speċifiku ta’ l-esportazzjoni, imma ma’ grupp aktar wiesa’ tal-prodott (eż. prodotti kimiċi u oћrajn relatati). Id-detentur ta’ liċenza jista’ — sa ċertu livell ta’ valur milħuq stabbilit mill-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni tal-passat — jimporta bla dazju kull tip ta’ materjal li jista’ jintuża fil-produzzjoni ta’ kwalunkwe oġġett li jifforma parti mill-grupp tal-prodott. Jista’ jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott lest li jagħmel parti mill-grupp tal-prodott li juża tali materjal eżentat mid-dazji.

(iii)

:

Provvisti intermedji

:

Din is-sotto-skema tkopri każijiet fejn żewġ manifatturi jridu jaћdmu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu bejniethom il-proċess tal-produzzjoni. L-esportatur manifattur joћloq il-prodott intermedju u jista’ jimporta materjali meћtieġa gћall-manifattura li huma bla dazju grazzi gћall-ALS li hija mfassla għal dan il-għan għal provvisti intermedji. L-esportatur finali jiffinalizza l-produzzjoni u hu obbligat li jesporta l-prodott lest.

(iv)

:

Esportazzjonijiet meqjusin

:

Din is-sotto-skema tippermetti lil kuntrattur ewlieni li jimporta bla dazju materjali użati gћall-produzzjoni li huma meħtieġa għall-manifattura ta’ oġġetti li jinbiegħu bħala “esportazzjonijiet meqjusin” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2 (b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-politika EXIM 02-07. Skond il-GOI, esportazzjonijiet meqjusin jirreferu għal dawk il-ћidmiet li fihom l-oġġetti fornuti ma jitilqux mill-pajjiż. Hemm numru ta’ kategoriji ta’ forniment li jitqiesu bћala esportazzjonijiet meqjusin basta dawn ikunu magћmulin fl-Indja, eż. fornitura ta’ oġġetti lil EOU jew lil kumpannija li tinsab ibbażata f’żona ekonomika speċjali (“SEZ”).

(v)

:

ARO

:

Id-detentur ta’ ALS bil-ħsieb li jġib materjal użat fil-produzzjoni minn sorsi indiġeni, minflok importazzjoni diretta jista’ jagћmel dan permezz ta’ ARO. F’tali każijiet, il-Liċenzi bil-Quddiem huma validati bħala ARO u jiġu approvati lill-fornitur indiġenu mat-tqassim ta’ l-oġġetti speċifikati fihom. L-approvazzjoni ta’ l-ARO tintitola lill-fornitur indiġenu lokali għal benefiċċji li jgawdu minnhom esportazzjonijiet meqjusin skond kif spjegat fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 02-07 (jiġifieri ALS għal provvisti intermedji/esportazzjoni meqjusa, rimborż ta’ esportazzjoni meqjusa u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa terminali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi taxxi u dazji lill-fornitur u mhux lill-esportatur finali u dan isir permezz ta’ teћid lura/rifużjoni ta’ dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/dazji hi disponibbli kemm għal dћul lokali kif ukoll għall-iiii importati.

(vi)

:

Ittra ta’ kreditu interna tat-tip back to back

:

Din is-sotto-skema gћal darba oћra tkopri provvisti lokali gћal min għandu ALS. Detentur ta' ALS jista' javviċina bank għal ftuħ ta’ ittra ta’ kreditu interna favur fornitur indiġenu. Il-liċenza tiġi konvalidata mill-bank għal importazzjoni diretta f’każ biss li l-valur u l-volum ta’ l-oġġetti jinġieb b’mod indiġenu u mhux b’importazzjoni. Il-fornitur indiġenu ikun intitolat għal gћajnuna ta’ esportazzjoni meqjusa skond kif spjegat fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 02-07 (jiġifieri ALS għal provvisti intermedji/esportazzjoni meqjusa, rimborż ta’ esportazzjoni meqjusa u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa terminali).

Kien stabbilit li matul il-perijodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni l-esportaturi kollaboraturi akkwistaw biss vantaġġi taħt erba’ sotto-skemi marbuta mal-prodott konċernat, jiġifieri (i) esportazzjoni fiżika ALS, (ii) ALS għal rekwiżit annwali, (iii) ALS għal provvisti intermedji bħala fornitur ta’ esportatur finali u (iv) esportazzjoni meqjusa ta’ ALS bħala fornitur ta’ EOUs/oqsma f’SEZs. Għaldaqstant mhux meħtieġ li tkun stabbilita n-natura kumpensatorja ta’ (v) l-iskema ARO u (vi) l-iskema ta’ ittra ta’ kreditu interna tat-tip back to back.

(32)

Għal skopijiet ta’ verifika l-awtoritajiet Indjani jobbligaw legalment lil detentur ta’ liċenza li jżomm “kont veritier u korrett tal-konsum u l-użu ta’ oġġetti importati skond il-liċenza” f’format speċifiku (kapitolu 4.30 u appendiċi 18 HOP I 02-07), jiġifieri reġistru ta’ konsum effettiv (“appendix 18 register”).

(33)

Rigward is-sotto-skemi (i), (iii) u (iv) elenkati hawn fuq fil-premessa (31), kemm il-benefiċċju għall-importazzjoni u l-esportazzjoni obbligatorja (inkluż l-esportazzjoni meqjusa) huma fissi bil-volum u bil-valur mill-GOI u huma dokumentati fuq il-liċenza. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet li jsiru fil-mument ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni jiġu dokumentati minn uffiċjali tal-Gvern fuq il-liċenza. Il-volum ta’ l-importazzjoni permess taħt din l-iskema hu stabbilit mill-GOI abbażi ta’ normi standard ta’ input-output (“SIONs”). Is-SIONs jeżistu għal ħafna mill-prodotti fosthom il-prodott konċernat u huma ppubblikati fil-HOP II 02-07.

(34)

Fil-każ tas-sotto-skema (ii) elenkata hawn fuq fil-premessa (31) (ALS għal rekwiżit annwali), il-benefiċċju għall-importazzjoni biss jiġi dokumentat fuq il-liċenza u dan skond il-valur. Detentur ta’ liċenza hu obbligat li “jżomm ir-rabta bejn il-materjali importati gћall-manifattura tal-prodott u l-prodott lest” (paragrafu 4.24A(ċ) HOP I 02-07).

(35)

Il-materjali użati fil-manifattura li jiġu impurtati m’humiex trasferibbli u jridu jintużaw fit-tiswir tal-prodott lest għall-esportazzjoni. L-obbligu ta’ l-esportazzjoni għandu jintlaħaq f’qafas ta’ żmien stipulat wara li tinħareġ il-liċenza (18-il xahar b’ċans bil-possibiltà ta’ żewġ estensjonijiet ta’ 6 xhur-il waħda). F’każ ta’ ALS bħala rekwiżit annwali, ma hija permessa l-ebda estensjoni fil-qafas ta’ żmien.

(36)

Matul l-investigazzjoni tar-reviżjoni kien stabbilit li l-materjali importati gћall-manifattura tal-prodott skond l-benefiċċju għall-importazzjoni bla dazju SION taħt id-diversi sotto-skemi mill-esportaturi kollaboraturi qabeż il-materjal li kellhom bżonn biex jipproduċu l-kwantità ta’ referenza tal-prodott lest għall-esportazzjoni. Għaldaqstant, is-SIONs tal-prodott konċernat ma kinux eżatti. Barra minn hekk, matul iż-żmien ta’ stħarriġ tar-reviżjoni, l-ebda wieħed mill-esportaturi kollaboraturi ma żamm reġistru ta’ konsum reali b’mod korrett u effettiv. Ma nżamm l-ebda reġistru f’erba’ każijiet minkejja l-obbligu legali li dan isir (ara l-premessa (32) hawn fuq). F’żewġ każijiet il-kumpanniji ma rreġistraw l-ebda konsum effettiv. La l-esportaturi investigati u lanqas il-GOI ma setgħu jippruvaw li l-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni ma wasslitx għal remissjoni żejda.

(d)   Kummenti dwar it-tagћrif imwassal

(37)

Il-GOI u ħames esportaturi kollaboraturi ressqu kummenti dwar l-ALS. Huma saћqu li l-ALS taħdem bћala sistema leġittima ta’ rimborż jew ta’ sostituzzjoni ta’ rimborż li allegatament tixbah is-sistema Komunitarja ta’ l-ipproċessar inward, b’sistema ta’ verifika konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I, II u III tar-Regolament bażiku mfassla biex tissorvelja r-rabta bejn materjali użati gћall-manifattura importati bla dazju u l-prodotti lesti għall-esportazzjoni. Il-GOI u żewġ esportaturi komplew isostnu li hija biss remissjoni żejda ta’ dazji li tista’ tiġi kkumpensata. Dwar sistema ta’ verifika, huma insistew li kien hemm fis-seħħ sistema ta’ verifika adegwata. F’dan il-kuntest irreferew għal numru ta’ elementi ta’ verifika li kienu disponibbli għall-GOI għal tali verifika, fosthom: SIONs, tagħrif ta’ kwantità dwar dokumenti ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni, reġistru doganali ta’ bonds ta’ importazzjoni u esportazzjoni taħt l-ALS, reġistru ta’ konsum, ktieb ta’ Ċertifikazzjoni ta’ l-Esportazzjoni ta’ l-Intitolament tad-Dazju (“Ktieb DEEC”), verifika ta’ rimborż wara li jkunu kompluti l-importazzjoni u l-esportazzjoni, kontrolli ulterjuri fil-kuntest ta’ l-amministrazzjoni tad-dazji doganali u tas-sisa Indjani, verifiki perijodiċi ta’ kontabilità u prosekuzzjonijiet legali f’każ ta’ devjazzjoni. Minkejja dan, il-GOI u esportatur wieħed ammettew li s-SIONs “jistgħu jnaqqsu dak li fil-verità jiġi kkonsmat”. Aktar minn hekk, l-ebda esportatur ma ġab biżżejjed provi li wettaq l-obbligu li jżomm reġistru tal-konsum reali skond kif mitlub mill-politika EXIM. U iżjed, żewġ esportaturi sostnew li l-awtorità investigattiva kellha tikkalkula r-remissjoni żejda hi stess. Fl-aħħarnett, kien sostnut li l-KE hi marbuta bi preċedenti passati sabiex ma tagћtix kumpens minћabba fl-ALS. Esportatur wieħed ipprovda kalkolu tad-dazji żejda rifużi u dan wara li ntemm is-smigħ wara li twassal it-tagћrif.

(e)   Konklużjoni

(38)

L-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni hi sussidju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri hi kontribut finanzjarju tal-GOI li tat vantaġġ lill-esportaturi investigati.

(39)

Barra minn hekk, il-liċenzi marbuta ma’ esportazzjonijiet fiżiċi ALS, ir-rekwiżit annwali ALS, u l-provvista intermedjarja ALS skond il-liġi huma ċertament dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni, u gћaldaqstant huma meqjusa bћala speċifiċi u kumpensattivi taћt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingћajr impenn ta’ esportazzjoni, kumpannija ma tistax tikseb benefiċċji taћt dawn l-iskemi.

(40)

Skond il-modalitajiet tal-każ preżenti, esportazzjoni meqjusa ta’ ALS hija de facto dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni. Intużat biss minn kumpannija waћda b’mod limitat, u f’każ biss ta’ provvista lil EOUs jew lil oqsma f’SEZ, liema żewġ kategoriji ssemmew fil-paragrafu 8.2(b) tal-politika EXIM 02-07. Din il-kumpannija saћqet li l-klijenti tagћha eventwalment esportaw il-prodott konċernat. L-objettiv ta’ EOU/SEZ huwa l-esportazzjoni kif stipulata fil-paragrafu 6.1 tal-politika EXIM 02-07. Gћal dan il-gћan fornitur Indjan igawdi taћt l-esportazzjoni meqjusa ta’ l-ALS gћaliex il-GOI jantiċipa l-qligћ ta’ l-esportazzjoni li sussegwentament jirċievi l-esportatur li jinsab f’EOU/SEZ. Skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, sussidju gћandu jkun meqjus bћala dipendenti fuq l-esportazzjoni meta l-fatti juru li l-gћoti ta’ tali sussidju, gћalkemm skond il-liġi mhuwiex dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni, hu effettivament marbut ma’ qligћ ta’ l-esportazzjoni reali jew antiċipata.

(41)

L-ebda waћda mill-erba’ sotto-skemi użati fil-każ preżenti m’gћandha tkun meqjusa bћala sistema leġittima ta’ rimborż ta’ dazju jew ta’ sostituzzjoni ta’ rimborż skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wara li kienu mgћarbla s-sottomissjonijiet li ngћataw fit-tagћrif imwassal. L-iskemi ma jikkonformawx mar-regoli stretti mniżżla fl-Anness I punt (i), fl-Anness II (tifsira u regoli gћar-rimborż) u fl-Anness III (tifsira u regoli gћas-sostituzzjoni ta’ rimborż) tar-Regolament bażiku. Il-GOI ma applikax b’mod effettiv is-sistema tiegћu ta’ verifika jew il-proċedura li tikkonferma jekk u f’liema ammonti l-materjali użati fil-produzzjoni kienu kkunsmati fit-tiswir tal-prodott esportat (Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi sostituti ta’ rimborż, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs tal-prodott konċernat ma kinux preċiżi biżżejjed. L-ebda kumment żvelat fit-tagћrif miġbur ma bidel din il-konklużjoni. Gћall-kuntrarju, saћansitra l-GOI ammetta li s-SIONs ma kienux preċiżi. Gћalhekk qiegћed jiġi kkonfermat li s-SIONs infushom ma jistgћux jitqiesu bћala sistema ta’ verifika tal-konsum reali minħabba li t-tifsil ta’ dawk in-normi standard eċċessivament ġenerużi ma jћallux lill-GOI jivverifika bi preċiżjoni xierqa kemm kien l-ammont ta’ materjali ikkonsmat fil-produzzjoni gћall-esportazzjoni. Iktar u iktar ma twettaqx il-kontroll effettiv mill-GOI abbażi ta’ reġistru reali miżmum kif suppost (“reġistru ta’ l-appendiċi 18”). Barra minn hekk, il-GOI ma wettaqx eżami ieħor ibbażat fuq il-materjal realment użat fil-produzzjoni, gћalkemm dan normalment jitwettaq fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (Anness II(II)(5) u Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku), u lanqas ma rnexxielu jipprova li ma ngћatat ebda remissjoni eċċessiva. L-allegat tixbih bejn l-ALS u s-sistema Komunitarja ta’ proċessar inward hu irrilevanti minħabba li s-sistema Komunitarja mhix soġġetta gћall-investigazzjoni preżenti.

(42)

L-elementi l-oћra ta’ verifika li kienu mressqa waqt il-ġbir tat-tagћrif jew ma jeżistux aktar (per eżempju, il-ktieb DEEC tneћћa mill-politika EXIM 02-07) jew m’humiex kredibbli fin-nuqqas ta’ kontroll effettiv tar-reġistri tal-konsum reali (jiġifieri tagћrif dwar dokumenti ta’ importazzjoni-esportazzjoni, reġistru doganali tal-bonds, kontroll ta’ rimborż ta’ ALS), gћaliex jidher li huma bbażati fuq il-ġenerożità wiesgћa tas-SIONs. Ma kinux ipprovduti rapporti ta’ kontabilità mill-awtoritajiet Indjani rigward il-produtturi esportaturi investigati.

(43)

Finalment, minħabba li l-ALS qatt ma kienet analizzata qabel fuq fatti li setgћu jitqabblu ma’ dawk stabbiliti fl-investigazzjoni preżenti, ma jeżisti l-ebda preċedent vinkolattiv li ma jkunx hemm kumpens għall-iskema, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ preċiżjoni tas-SIONs tal-prodott konċernat.

(44)

Gћaldaqstant dawn l-erba’ sotto-skemi jirriżultaw li jistgħu jkunu kumpensatorji.

(f)   Kalkolu ta’ l-ammont ta’ sussidju

(45)

Fin-nuqqas ta’ sistemi leġittimi ta’ rimborż ta’ dazji jew ta’ sostituzzjoni ta’ rimborż, il-benefiċċju kumpensatorju jinsab fir-remissjoni tat-total ta’ dazji fuq l-importazzjoni li normalment huma dovuti fuq l-importazzjoni ta’ materjal użat fil-produzzjoni. Kuntrarjament gћas-sottomissjonijiet żvelati fil-ġbir tat-tagћrif mill-GOI u minn żewġ esportaturi, ir-Regolament bażiku ma jikkontemplax biss kumpens ta’ remissjoni “żejda” ta’ dazji. Skond l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku hija biss ir-remissjoni eċċessiva ta’ dazji li tista’ tiġi kkumpensata ġaladarba jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Iżda dawn il-kundizzjonijiet ma ntlaћqux fil-każ preżenti. Gћaldaqstant, jekk ikun stabbilit nuqqas ta’ proċess ta’ sorveljar addattat, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq rigward skemi drawback ma tkunx applikabbli u tapplika r-regola normali tal-kumpens ta’ l-ammont ta’ dazji mhux mћallsa, iktar minn rimborż eċċessiv preżunt. Bћalma hu mfisser fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, il-piż tal-kalkolu tar-rimborż żejjed ma jaqax fuq l-awtorità investigattiva. Gћall-kuntrarju, skond l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, gћandhom ikunu biss stabbiliti biżżejjed provi li juru l-inkapaċità ta’ l-allegata sistema ta’ verifika. Gћandu jkompli jiġi osservat illi fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv, l-awtoritajiet Indjani jridu jagћmlu eżami ulterjuri li jinћtieġ li jsir fi żmien xieraq, u normalment dan ifisser li jrid isir qabel il-verifika ta’ fuq il-post li ssir matul l-investigazzjoni dwar id-dazji ta’ kumpens. Il-kalkolu ta’ l-gћoti lura tad-dazju żejjed ipprovdut minn esportatur wieћed wara l-gћoti tat-tagћrif la sar fiż-żmien li kien xieraq, u lanqas ma sar mill-GOI. Gћaldaqstant, gћandu jiġi skartat.

(46)

L-ammonti tas-sussidju gћall-esportaturi li użaw l-ALS kienu maћduma fuq id-dazji inevitabbli fuq l-importazzjoni (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) fuq il-materjal importat taћt l-erba’ sotto-skemi użati gћall-prodott konċernat matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, bћalma hu sottolineat fil-premessa (31) (numeratur). Skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, fejn saru talbiet ġustifikati, tnaqqsu mill-ammonti tas-sussidju dawk l-ispejjeż li kienu meћtieġa jsiru biex jinkiseb is-sussidju. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dawn l-ammonti ta’ sussidji kienu allokati fuq il-fatturat ta’ l-esportazzjoni ġġenerat mill-prodott konċernat matul iż-żmien ta’ stћarriġ tar-reviżjoni (denominatur), u dan gћaliex is-sussidju hu kkalkulat fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni u mhux skond il-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(47)

Sitt kumpanniji bbenefikaw minn din l-iskema matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni u kisbu sussidji ta’ bejn 22,0 % u 25,8 % (ara t-tabella fil-premessa (154) hawn taћt).

2.   Skema tal-Ktieb tad-Dritt għad-Dazju (“DEPBS”)

(a)   Bażi Legali

(48)

Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DEPBS tinstab fil-paragrafu 4.3 tal-politika EXIM 02-07 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 02-07.

(b)   Eliġibilità

(49)

Kwalunkwe esportatur manifattur jew esportatur negozjant hu eliġibbli gћal din l-iskema.

(ċ)   Tћaddim prattiku tad-DEPBS

(50)

Esportatur eliġibbli jista’ japplika gћal krediti ta’ DEPBS li huma kkalkulati bћala perċentwali tal-valur tal-prodotti esportati taћt din l-iskema. Dawn it-tip ta’ rati DEPBS kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani gћal bosta mill-prodotti, fosthom il-prodott konċernat. Huma kkalkulati skond is-SIONs, fejn ikun meqjus il-kontenut preżunt ta’ l-importazzjoni ta’ materjali użati fil-manifattura tal-prodott gћall-esportazzjoni u l-inċidenza ta’ dazju doganali fuq dawn l-importazzjonijiet preżunti, irrispettivament minn jekk tћallsux jew le d-dazji fuq l-importazzjoni.

(51)

Biex kumpannija tkun eliġibbli gћall-gћajnuna taћt din l-iskema trid tesporta. Fil-mument ta’ l-operazzjoni ta’ esportazzjoni, l-esportatur gћandu jagћmel dikjarazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Indja fejn jindika li l-esportazzjoni qiegћda ssir taћt id-DEPBS. Sabiex l-oġġetti jiġu esportati, l-awtoritajiet tad-dwana Indjana joћorġu fattura ta’ esportazzjoni bil-baћar matul il-proċedura ta’ dispaċċ. Id-dokument irid juri, inter alia, l-ammont ta’ krediti DEPBS li gћandu jingћata gћal dik l-operazzjoni ta’ esportazzjoni. F’dan il-punt partikolari l-esportatur ikun jaf x’benefiċċji ser jirċievi. Ġaladarba l-awtoritajiet tad-dwana joћorgu l-fattura ta’ esportazzjoni bil-baћar, il-GOI ma jkollhiex diskrezzjoni fuq l-gћoti ta’ kreditu DEPBS. Ir-rata rilevanti ta’ DEPBS sabiex tkun maћduma l-gћajnuna hi dik applikata fiż-żmien meta ssir id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni. Gћaldaqstant, m’hemmx possibbilità ta’ emenda retroattiva fil-livell tal-benefiċċju.

(52)

Instab li skond l-istandards tal-kontabilità Indjani, krediti DEPBS jistgћu jkunu reġistrati fuq bażi ta’ akkumulazzjoni bћala dћul fil-kontijiet kummerċjali meta jitwettaq l-obbligu ta’ l-esportazzjoni.

(53)

Tali krediti jistgћu jintużaw gћal ћlas ta’ dazji tad-dwana fuq importazzjoni sussegwenti ta’ kwalunkwe oġġett li m’hemmx restrizzjoni ta’ importazzjoni, ћlief gћal beni kapitali. Oġġetti importati bis-saћћa ta’ dawn il-krediti jistgћu jinbiegћu fis-suq domestiku (soġġetti gћal taxxa fuq il-bejgћ) jew użati mod ieħor.

(54)

Krediti DEPBS huma trasferibbli bla xkiel u validi gћal perijodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-ћruġ.

(55)

Applikazzjoni gћal krediti DEPBS tista’ tkopri sa 25 operazzjoni ta’ esportazzjoni u, jekk issir b’mod elettroniku, tkopri ammont bla limitu ta’ tali l-operazzjonijiet. De facto, ma jeżistu ebda skadenzi riġidi fl-----applikazzjoni gћal DEPBS minħabba li l-perijodi ta’ żmien imsemmija fil-kapitolu 4.47 HOP I 02-07 huma dejjem ikkalkulati mill-aktar l-operazzjoni ta’ esportazzjoni riċenti inkluża f’applikazzjoni DEPBS partikolari.

(d)   Kummenti fuq it-tagћrif mogћti

(56)

Fl-gћoti tat-tagћrif tliet esportaturi li rċivew benefiċċji taћt din l-iskema kkummentaw dwar l-analiżi tad-DEPBS kif sottolineata hawn fuq. Huma sostnew illi (i) kuntrarjament gћas-sejbiet fil-premessi (53) u (59), materjali importati taћt DEPBS gћandhom jintużaw gћall-produzzjoni ta’ l-esportazzjoni u krediti DEPBS jistgћu jinkisbu biss jekk ikunu esportati l-oġġetti li fuqhom hemm dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materjal użat fil-produzzjoni tagћhom, (ii) il-metodu ġdid ta’ kalkolu ta’ l-ammonti kumpensattivi (il-qofol tiegћu hi l-operazzjoni ta’ esportazzjoni, ara isfel il-premessa (61) sa (62)) m’gћandux jintuża gћaliex il-benefiċċju hu allegatament mogћti biss bl-użu tal-kreditu u gћar-raġuni li l-avviċinament il-ġdid jiddevja b’mod diskriminatorju mill-prassi preċedenti Komunitarja, (iii) id-DEBPS tista’ biss tiġi kontrobilanċjata sakemm tali krediti jinkisbu gћall-prodott konċernat u (iv) gћandu jkun meqjus it-tnaqqis fir-rata-DEBPS li seћћet fi Frar 2004.

(e)   Konklużjonijiet dwar id-DEPBS

(57)

Id-DEPBS tipprovdi sussidji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu DEPBS hu kontribut finanzjarju mill-GOI peress li l-kreditu eventwalment ser jintuża biex ipaċi dazji fuq l-importazzjoni u gћaldaqstant inaqqas lill-GOI id-dћul ta’ dazji li kieku kienu jkunu dovuti. Barra minn hekk, il-kreditu DEPBS jibbenefika lill-esportatur gћaliex itejjiblu l-likwidità.

(58)

Barra dan, skond il-liġi, id-DEPBS hi dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni, u gћalhekk hi meqjusa bћala speċifika u kumpensatorja taћt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(59)

Din l-iskema ma tistax titqies bћala xi sistema leġittima ta’ rimborż ta’ dazji jew waћda sostituta ta’ rimborż skond l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ma taqbilx mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), fl-Anness II (tifsira u regoli gћal rimborż) u fl-Anness III (tifsira u regoli gћal sostituzzjoni ta’ rimborż) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma jaqa’ taћt l-ebda obbligi li jikkonsma attwalment oġġetti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkolat skond il-materjali użati fil-produzzjoni attwali. Barra minn hekk, m’hemmx sistema jew proċedura preżenti li tikkonferma liema materjali użati fil-manifattura huma kkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx hemm ħlas żejjed ta’ dazji fuq l-importazzjoni skond kif spjegat fil-punt (i) ta’ l-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aћћarnett, esportatur jista’ jgawdi mill-benefiċċji DEPBS irrispettivament minn jekk, wara kollox, kinux fil-fatt importati xi materjali użati fil-produzzjoni. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju jkun biżżejjed gћal esportatur li sempliċement jesporta merkanzija mingћajr il-bżonn li juri li kien hemm importazzjoni ta’ xi materjal użat fil-produzzjoni. Gћaldaqstant, anki esportaturi li jakkwistaw il-materjali kollha gћall-produzzjoni tagћhom lokalment u ma jimpurtaw l-ebda merkanzija li tista’ tintuża fil-produzzjoni huma xorta intitolati gћall-benefiċċju tad-DEPBS.

(60)

La kienet sostanzjata t-talba magћmula minn esportatur wieћed li materjali importati taћt din l-iskema gћandhom jintużaw gћall-produzzjoni ta’ l-esportazzjoni, u lanqas l-allegazzjoni li l-krediti-DEPBS jistgћu jkunu miksuba biss taћt il-kundizzjoni li l-materjal użat fil-produzzjoni jimponi piż ta’ dazju ta’ l-importazzjoni. F’dan il-kuntest gћandu wkoll jkun innotat illi l-GOI fl-ebda ћin ma kkontesta d-deskrizzjoni fattwali tad-DEPBS kif spjegata hawn fuq. Gћaldaqstant, dawn it-talbiet gћandhom jiġu miċћuda.

(f)   Kalkolu ta’ l-ammont ta’ sussidju

(61)

Skond l-Artikoli 2(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kompensatorji kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogћti lil min jirċevih, konklużjoni milћuqa matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni. F’dan ir-rigward, kienet il-fehma li l-benefiċċju jingћata lir-reċipjent f’dak il-mument meta l-operazzjoni ta’ l-esportazzjoni ssir taћt din l-iskema. F’dan il-mument il-GOI gћandu tendenza jaћfer id-dazji tad-dwana li jikkostitwixxu kontribut finanzjarju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Bћalma ntqal fil-premessa (51) hawn fuq, ġaladaraba l-awtoritajiet tad-dwana joћorġu fattura gћal esportazzjoni bil-baћar li turi, inter alia, l-ammont tal-kreditu tad-DEPBS li gћandu jingħata gћall-operazzjoni ta’ l-esportazzjoni, il-GOI ma jkollux diskrezzjoni dwar jekk jagћtix is-sussidju jew le u lanqas m’gћandu diskrezzjoni fuq l-ammont ta’ sussidju. Ukoll, kif intqal hawn fuq fl-istess premessa, kwalunkwe bidla fir-rati DEPBS bejn l-esportazzjoni attwali u l-ћruġ ta’ liċenza DEPBS m’gћandhiex effett retroattiv fuq il-livell ta’ benefiċċju mogћti. Barra minn hekk, bћalma hemm imfisser fi premessa (52) hawn fuq, dejjem skond livelli Indjani ta’ kontabilità, kumpanniji jistgћu jibbukkjaw krediti DEPBS fuq bażi ta’ akkumulazzjoni bћala dћul fl-istadju ta’ l-operazzjoni ta’ l-esportazzjoni. Finalment, bis-saћћa tal-fatt li kumpannija taf li ser tirċievi sussidju taћt id-DEPBS, u tassew tibbenefika taћt skemi oћra, il-kumpannija tkun diġà f’pożizzjoni kompetittiva vantaġġjuża gћaliex tista’ tirrifletti s-sussidji billi toffri prezzijiet baxxi.

(62)

Il-loġika ta’ l-impożizzjoni ta’ dazju kumpensattiv, iżda, hi li jkunu radrizzati prattiċi inġusti ta’ kummerċ ibbażati fuq vantaġġ kompetittiv illeċitu. Fid-dawl ta’ dak li hu spjegat hawn fuq, hu meqjus xieraq li wieћed janalizza l-benefiċċju taћt id-DEPBS bћala t-total ta’ krediti maqlugћa fuq l-operazzjonijiet kollha ta’ l-esportazzjoni magћmula taћt din l-iskema matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni.

(63)

Il-kummenti dwar l-iżvelar ma wasslux għal reviżjoni ta’ dan l-metodu ta’ kalkolu. Il-metodoloġija ġdida kienet diġà użata fil-passat riċenti mill-Komunitatjiet Ewropej per eżempju fil-kuntest tal-każ tas-sistema ta’ elettrodu grafita (7). Barra minn hekk, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u aspettattivi leġittimi ma jipprevenux tali bidla fil-metodoloġija. L-ewwelnett, il-metodu l-ġdid ma jirriżultax f’evalwazzjoni kompluta mill-ġdid ta’ l-iskema li minn dejjem kienet kumpensatorja. Tikkonċerna biss il-kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju sabiex turi rabta mill-qrib mas-sitwazzjoni fattwali matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni partikolari. It-tieni nett, dan il-metodu hu inter alia l-konsegwenza ta’ fatti stabbiliti mill-Kummissjoni matul stћarriġ riċenti, e.ż. l-ibbukkjar ta’ krediti DEPBS fuq bażi ta’ akkumulazzjoni skond standards ta’ kontabilità Indjani u n-nuqqas ta’ eżistenza de facto ta’ skadenzi gћall-applikazzjoni gћal tali krediti taћt il-politika EXIM. Barra minn hekk, il-kummenti żvelati kkonfermaw li fil-mument ta’ l-operazzjoni ta’ esportazzjoni magћmula taћt din l-iskema, l-esportatur jikseb jedd irrevokabbli gћal krediti DEPBS. Madankollu, hu mument bћal dan li hu deċiżiv u mhux l-użu sussegwenti, sabiex jistabbilixxi gћoti ta’ benefiċċju bћalma hu spjegat hawn fuq fil-premessa (61), gћaliex esportatur li diġà hu vestit b’tali jedd ikun “aћjar” f’termini finanzjarji.

(64)

Kuntrarjament gћas-sottomissjoni ta’ uћud mill-produtturi esportaturi, anki l-kreditu DEPBS maћluq permezz ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti mhux marbuta ma’ dak konċernat kellu jkun ikkunsidrat fil-kalkolu ta’ l-ammont kumpensatorju ta’ kreditu DEPBS. Ma jeżisti l-ebda obbligu taћt id-DEPBS li jillimita l-użu ta’ krediti biex ikun importat bla dazju materjal ta’ użu fil-produzzjoni marbut ma’ prodott speċifiku. Gћall-kuntrarju, krediti DEPBS huma faċilment trasferibbli, jistgћu saћansitra jinbiegћu u jintużaw gћall-importazzjoni ta’ kwalunkwe oġġett li m’gћandux restrizzjonijiet fuqu (il-materjal użat fil-produzzjoni tal-prodott konċernat jappartjeni gћal din il-kategorija), ћlief gћall-beni kapitali. Bћala konsegwenza, il-prodott konċernat jista’ jibbenefika mill-krediti kollha DEPBS akkumulati.

(65)

Barra minn hekk, it-tnaqqis tar-rati DEPBS li ġew wara l-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni ma jistgћux ikunu meqjusa minħabba li l-Artikolu 11(1) tar-Regolament bażiku jistipula li tagћrif relatat ma’ perijodu sussegwenti gћall-IP ma jistax, normalment, ikun ikkunsidrat. Fil-fatt ma teżisti l-ebda garanzija li l-GOI mhux ser jżid rati DEPBS fil-futur.

(66)

Fejn saru talbiet ġustifikati, drittijiet li kellhom jitћallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti sabiex jaslu gћall-ammonti ta’ sussidju bћala numeratur, skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta’ sussidju kienu allokati fuq it-total ta’ fatturat ta’ l-esportazzjoni matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni bћala denominatur xieraq, gћaliex is-sussidju jiddependi mill-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni u mhux mogћti b’referenza gћall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Ħames kumpanniji bbenefikaw minn din l-iskema matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni u kisbu sussidji ta’ bejn 3,2 % u 8,0 % (ara t-tabella fil-premessa (154) isfel).

3.   Skema ta’ Punti Orjentata gћall-Esportazzjoni (Export Oriented Units Scheme — “EOUS”)/Skema ta’ Żoni Ekonomiċi Speċjali (“SEZS”)

(a)   Bażi legali

(67)

Id-dettalji ta’ dawn l-iskemi jinsabu fil-kapitoli 6(EOUS) u 7 (SEZS) rispettivament tal-politika EXIM 02-07 u tal-HOP I 02-07.

(b)   Eliġibilità

(68)

Bl-eċċezzjoni ta’ kumpanniji li huma purament kummerċjali, l-intrapriżi kollha li, fil-prinċipju, jidћlu gћall-esportazzjoni tal-produzzjoni kollha tagћhom tal-merkanzija jew servizzi jistgћu jkunu stabbiliti taћt SEZS jew EOUS. Madankollu, kuntrarjament gћas-servizzi u gћall-biedja, impriżi fis-setturi industrijali jridu jilћqu livell minimu ta’ investiment ta’ assi fissi (10 miljun rupees Indjani) biex ikunu eliġibbli gћall-EOUS.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(69)

Is-SEZS hi l-iskema suċċessur ta’ dik li kienet l-Iskema ta’ Żoni ta’ Proċessar gћall-Esportazzjoni (“EPZS”). Is-SEZ huma enklavi bla dazju speċifikament imfassla u huma meqjusa mill-politika EXIM 02-07 bћala territorju barrani gћall-iskop ta’ operazzjonijiet kummerċjali, dazji u taxxi. Erbatax-il SEZ diġà joperaw u tlettax-il SEZ oћra kienu approvati biex jitwaqqfu mill-awtoritajiet Indjani.

(70)

Min-naћa l-oћra, l-EOUs huma ġeografikament aktar flessibbli u jistgћu jkunu stabbiliti fi kwalunkwe post fl-Indja. Din l-iskema tikkumplimenta dik ta’ l-SEZs.

(71)

Applikazzjoni gћal status EOU jew SEZ trid tinkludi dettalji dwar il-ћames snin li jkun imiss dwar, inter alia, il-kwantitajiet ippjanati ta’ produzzjoni, il-valur proġettat ta’ l-esportazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ l-importazzjoni u rekwiżiti lokali. Jekk l-awtoritajiet jaċċettaw l-applikazzjoni tal-kumpannija, it-termini u l-kundizzjonijiet marbuta ma’ l-aċċettazzjoni jiġu kkomunikati lill-kumpannija. Il-ftehim sabiex kumpannija tkun rikonoxxuta taћt SEZ/EOU hu validu gћal ћames snin. Il-ftehim jista’ jiġġedded gћal aktar drabi.

(72)

Obbligu kruċjali ta’ EOU jew ta’ SEZ bћalma hu spjegat fil-politika EXIM 02-07 hu dak li jinkiseb redditu nett ta’ kambju barrani (qligħ “NFE”), fejn f’perijodu ta’ referenza (5 snin) il-valur totali ta’ l-esportazzjoni jrid ikun ikbar mill-valur totali tal-merkanzija impurtata.

(73)

Oqsma ta’ EOU/SEZ huma intitolati gћall-vantaġġi li ġejjin:

(i)

eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni fuq kull tip ta’ merkanzija (inklużi beni kapitali, materja prima u oġġetti gћall-konsum) meћtieġa gћall-manifattura, produzzjoni, ipproċessar, jew b’rabta ma’ dan;

(ii)

eżenzjoni minn dazju tas-sisa fuq oġġetti miksuba minn sorsi lokali;

(iii)

rimborż ta’ taxxa ċentrali fuq il-bejgħ imћallsa fuq oġġetti miksuba lokalment;

(iv)

faċilità li tinbiegћ kwota mill-produzzjoni fis-suq domestiku wara pagament ta’ dazji applikabbli fuq il-prodott lest, bћala eċċezzjoni gћall-obbligu ġenerali li tkun esportata l-produzzjoni sћiћa;

(v)

eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dћul dovuta normalment fuq profitti li saru fuq bejgћ ta’ esportazzjoni skond it-Taqsima 10A jew it-Taqsima 10B ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dћul gћal perijodu ta’ 10 snin wara li jkunu nbdew l-operazzjonijiet tan-negozju, iżda mhux aktar tard mis-sena 2010;

(vi)

possibilità ta’ pussess ta' ekwità barranija ta' 100 %.

(74)

Gћalkemm il-vantaġġi mogћtija taћt iż-żewġ skemi jistgћu jitqabblu fil-wisa’, jeżistu xi differenzi. Per eżempju, hija biss EOU li tista’ tikseb 50 % tnaqqis fuq id-dazji pagabbli fuq bejgћ domestiku (bejgħ DTA), filwaqt li f’SEZ iridu jitћallsu 100 % tad-dazji fuq tali bejgћ. EOU jista’ jbigћ sa 50 % tal-produzzjoni tiegћu lokalment bi prezzijiet li jirriflettu tali vantaġġ.

(75)

Oqsma li joperaw taћt dawn l-iskemi jridu jkunu sorveljati minn uffiċjali tad-dwana skond it-Taqsima 65 ta’ l-Att dwar id-Dwana.

(76)

Skond il-liġi huma obbligati li jżommu, f’format speċifiku, kont proprju ta’ l-importazzjoni kollha, tal-konsum u ta’ l-użu tal-materjali kollha importati, u ta’ l-esportazzjoni li kellhom. Dawn id-dokumenti gћandhom ikunu sottomessi perjodikament, skond ma jkun mitlub, lill-awtoritajiet kompetenti (“rapporti tal-progress kull tliet xhur u annwali”).

(77)

Madankollu, “fl-ebda ћin [EOU jew SEZ] m’gћandha tintalab li tqabbel kull kunsinna importata ma’ l-esportazzjoni tagћha, mat-trasferimenti lil oqsma oћra, mal-bejgћ ta’ DTA jew ma’ ħażniet”, il-paragrafu 10.2 ta’ l-appendiċi 14-I u l-paragrafu 13.2 ta’ l-appendiċi 14-II tal-HOP I 02-07.

(78)

Bejgћ lokali jintbagћat u jkun reġistrat fuq bażi ta’ awto-ċertifikazzjoni. Il-proċess tat-tluq ta’ kunsinni ta’ esportazzjoni ta’ EOU huma sorveljati minn uffiċjal tad-dwana/sisa li hu stazzjonat b’mod permanenti fl-EOU. Il-kumpannija hi obbligata li tћallas lura lill-GOI s-salarju ta’ tali uffiċjal permanenti tal-maћżen tad-dwana.

(79)

Skond paragrafu 29 ta’ l-appendiċi 14-II tal-HOP I 02-07 “l-attivitajiet kollha ta’ l-oqsma SEZ fiż-żona, sakemm mhux speċifikat mod ieћor, inklużi l-esportazzjoni u l-importazzjoni mill-ġdid ta’ merkanzija jridu jkunu sottomessi gћal proċedura ta’ awto-ċertifikazzjoni”. Minћabba f’hekk ma jsirux testijiet ta’ rutina fuq il-kunsinni gћall-esportazzjoni ta’ SEZ mill-awtoritajiet doganali

(80)

Fil-każ preżenti, skema EOU ntużat minn wieћed mill-esportaturi kollaboraturi. Minħabba li l-iskema SEZ ma ntużatx, m’hemmx il-ћtieġa li tkun analizzata l-kumpensabilità tagћha. L-esportatur kollaboratur li uża l-iskema EOU biex importa materja prima u beni kapitali mingћajr dazji fuq l-importazzjoni, biex jakkwista oġġetti lokalment mingћajr dazju tas-sisa kif ukoll biex jakkwista rimborż tat-taxxi fuq il-bejgћ u jbigћ parti mill-produzzjoni fis-suq lokali. Gћaldaqstant, ittieћdu l-vantaġġi kollha mfissra fi premessa (73) hawn fuq minn (i) sa (iv). L-esportatur konċernat gawda wkoll mill-benefiċċji taћt id-dispożizzjonijiet ta’ l-eżenzjoni mit-taxxa tad-dћul ta’ l-iskema EOU. Madankollu, minħabba li l-eżenzjoni mit-taxxa tad-dћul imsemmija taqa’ taћt l-iskema aktar wiesgћa u ġeneralment aċċessibbli ta’ eżenzjoni mit-taxxa tad-dћul, l-analiżi tagћha hi spjegata fil-premessi (117) u (118) hawn taћt.

(d)   Kummenti dwar it-tagћrif miġbur

(81)

Mit-tagћrif miġbur, produttur esportatur wieћed sostna li l-iskema EOU gћandha, jekk xejn, tkun biss kumpensatorja safejn id-dazji li jitћallsu fuq bejgћ domestiku ma jkoprux gћal kollox l-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni eżentati fuq il-materjali użati fil-produzzjoni mibjugћa lokalment (“remissjoni żejda”). L-esportatur hu tal-fehma li minħabba li l-iskema EOU allegatament tixbah lis-sistema Komunitarja ta’ inward processing, ifisser li diġà hemm sistema ta’ verifika konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I, II u III tar-Regolament bażiku. Gћal dan il-għan, intqal li fil-verità l-awtoritajiet Indjani ma jitolbux li jsir tqabbil bejn il-kunsinna ta’ materjali użati fil-produzzjoni ma’ l-esportazzjoni riżultanti (ara l-premessa (77)), minħabba li mhix mandatorja biex tkun stabbilita sistema proprja ta’ verifika la skond ir-Regolament bażiku u lanqas skond il-Ftehim tal-WTO dwar Sussidji u Miżuri Kumpensatorji (“ASCM”). Barra minn hekk, l-esportatur irrefera gћas-sistema interna ta’ batch sheet tal-kumpannija bћala dik li tipprovdi rabta ta’ tagћrif bejn id-dћul u l-ћruġ (input-output). L-esportatur kompla jinnota li l-bejgћ lokali tiegћu jammonta gћal inqas minn 5 % tal-bejgћ li sar matul l-IP. Kien sostnut ukoll li l-valutazzjoni perjodika tal-formoli ta’ redditu tal-bejgћ ta’ kull xahar mitluba mill-GOI hi biżżejjed biex jintlaħqu l-livelli ta’ verifika stabbiliti fir-Regolament bażiku.

(82)

Aktar minn hekk, kien sostnut illi (i) gћal skopijiet ta’ kalkolu m’gћandux jittieћed l-ammont tal-materja prima importat matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni bћalma hu stipulat fil-premessa 19 tar-rapport annwali ta’ progress ta’ din l-EOU, imma l-ammont ta’ materja prima kkonsmat matul il-perijodu kif spjegat fil-premessa 20 tar-rapport, u (ii) il-perijodu ta’ allokazzjoni li jikkonċerna dazji ffrankati fuq l-importazzjoni ta’ beni kapitali, gћandu jkun ibbażat fuq il-perijodu ta’ deprezzament speċifiku tal-kumpannija u mhux abbażi tal-perjodu ta’ deprezzament medju gћall-produtturi esportaturi kollaboraturi kollha. Barra dan, kien sostnut li l-interess miżjud (rata kummerċjali prevalenti fl-Indja matul l-IP) gћandu jitnaqqas gћal rata medja peżata ta’ stabbiliment ta’ din l-EOU matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni.

(e)   Konklużjonijiet dwar l-iskema EOU

(83)

L-eżenzjonijiet ta’ EOU minn żewġ tipi ta’ dazji fuq l-importazzjoni (“dazju doganali bażiku” u “dazju doganali addizzjonali speċjali”) u r-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgћ huma kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-GOI skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Id-dћul tal-GOI li jkun dovut fin-nuqqas ta’ din l-iskema jiġi rinunzjat, gћaldaqstant, barra dan, ikun qiegћed jingћata benefiċċju fuq l-EOU skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku gћaliex l-likwidità tiġi b’hekk salvagwardjata bl-akkwist ta’ rimborż ta’ taxxa fuq il-bejgћ u minħabba li ma jsirx ћlas tal-miżati normalment dovuti.

(84)

L-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa u mid-dazju ta’ l-importazzjoni ekwivalenti (imsejћa “dazju doganali addizzjonali”) ma twassalx gћal dazju maћfur li kieku jkun dovut, iżda jekk titћallas, tista' tintuża bћala kreditu gћal ћlas futur ta’ dazji (l-hekk imsejћa “mekkaniżmu CENVAT”). Gћaldaqstant, dawn id-dazji m’humiex definittivi. Bis-sistema tal-kreditu “CENVAT” id-dazju definittiv hu kkalkulat fuq il-valur miżjud u mhux fuq il-materjali użati fil-produzzjoni.

(85)

Gћaldaqstant, huma biss l-eżenzjoni mid-dazju doganali bażiku, id-dazju doganali addizzjonali speċjali u r-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgћ li jikkostitwixxu sussidji skond l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Skond il-liġi huma dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni u gћalhekk meqjusa speċifiċi u kumpensatorji taћt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. L-għan ta’ l-esportazzjoni ta’ EOU kif imfisser fil-paragrafu 6.1 tal-politika EXIM 02-07 hu conditio sine qua non biex wieћed jikseb l-inċentivi.

(86)

Barra minn hekk, dawn is-sussidji ma jistgћux, kuntrarjament gћal sottomissjoni magћmula minn esportatur wieћed, jitqiesu bћala sistemi legali ta’ rimborż ta’ dazji jew ta’ sostituzzjoni ta’ rimborż lura skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ma jikkonformawx mar-regoli iebsin imfassla fl-Anness I (punt (h) u (i)), fl-Anness II (tifsira u regoli gћal rimborż) u fl-Anness III (tifsira u regoli gћal sostituzzjoni ta’ rimborż) tar-Regolament bażiku. L-allegata tixbiha bejn l-iskema EOU u s-sistema Komunitarja ta’ inward processing hi irrilevanti f’dan il-kuntest billi s-sistema Komunitarja mhix soġġetta gћall-investigazzjoni preżenti.

(87)

Jekk ir-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgћ u d-dispożizzjonijiet ta’ l-eżenzjoni mit-taxxa ta’ l-importazzjoni huma użati fix-xiri ta’ beni kapitali, dan jagћmilhom diġà mhux konformi mar-regoli gћal sistemi leġittimi ta’ rimborż, gћaliex dawk l-oġġetti m’humiex ikkonsmati fil-proċess tal-produzzjoni bћalma hu meћtieġ fl-Anness I punt (h) (rimborż tat-taxxa fuq il-bejgћ) u (i) (remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni). L-esportatur oġġezzjona gћal din l-analiżi u argumenta li la l-beni kapitali huma meћtieġa gћall-produzzjoni, ma jistgћux ikunu esklużi per ser minn kwalunkwe rimborż ta’ dazju permissibbli. Iżda dan ir-raġunament mhux rifless fil-kliem ċar ta’ l-Anness I punt (h) u (i), fejn il-beni kapitali huma użati gћall-produzzjoni u m’humiex ikkunsmati matulha. Dan l-argument gћaldaqstant ma jreġix.

(88)

Rigward il-benefiċċji l-oћra disponibbli taћt din l-iskema u minkejja li kienu miflija b’reqqa s-sottomissjonijiet magћmula mill-esportatur, kien konfermat li l-GOI m’gћandux sistema effettiva ta’ verifika jew tћaddim ta’ proċedura li tikkonferma jekk u f’liema ammont il-materjal mixtri biex jintuża fit-tiswir tal-prodott esportat hu ћieles minn dazji u/jew minn taxxi fuq il-bejgћ (Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi sostituti ta’ rimborż, Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku).

(89)

EOU jitћalla jbigћ ammont sinifikanti mill-produzzjoni tiegћu fis-suq lokali, sa 50 % tal-fatturat annwali tiegћu. Gћalhekk ma jeżisti l-ebda obbligu legali ta’ esportazzjoni ta’ l-ammont kollu tal-prodotti lesti. Barra minn hekk, minћabba fil-proċedura ta’ awto-ċertifikazzjoni, dawn l-operazzjonijiet domestiċi jsiru mingћajr is-superviżjoni u l-kontroll ta’ uffiċjal tal-Gvern. Bћala riżultat, l-imћażen doganali ta’ EOU m’humiex soġġetti mija fil-mija gћall-kontroll fiżiku mill-awtoritajiet Indjani. Gћaldaqstant, tiżdied l-importanza ta’ aktar elementi ta’ verifika, speċjalment li tkun stabbilita r-rabta li teżisti bejn materjali mixtrija bla dazju u użati fil-produzzjoni mal-prodotti lesti gћall-esportazzjoni, sabiex l-EOU tikkwalifika bћala sistema ta’ verifika ta’ rimborż ta’ dazji. Kien mifhum li, matul l-IP, l-EOU soġġetta gћall-investigazzjoni preżenti ma bigћetx 50 % lokalment imma biss madwar 5 % tal-fatturat annwali tagћha. Dan il-fatt, iżda, ma kellux impatt fuq l-evalwazzjoni ġenerali ta’ kemm hi tajba s-sistema ta’ verifika mћaddma.

(90)

Rigward l-introduzzjoni ta’ iktar passi ta’ verifika gћandu jintqal, bћalma diġà ssemma fil-premessa (77) u kien ikkonfermat permezz tas-sottomissjonijiet ta’ l-esportatur, illi EOU hi diġà de jure mhix mitluba, fl-ebda ћin, li tqabbel kull kunsinna ta’ importazzjoni mad-destinazzjoni tal-prodott riżultanti korrispondenti. Huma biss tali kontrolli fuq il-kunsinna, iżda, li jipprovdu lill-awtoritajiet Indjani b’biżżejjed tagћrif dwar id-destinazzjoni finali tal-materjal użat fil-produzzjoni biex jivverifikaw li l-eżenzjonijiet mid-dazji/taxxi fuq il-bejgћ ma jaqbżux tali materjal użat fil-produzzjoni gћall-esportazzjoni. M’humiex biżżejjed il-formoli tar-redditu tat-taxxa ta’ kull xahar ta’ bejgћ domestiku li jsiru fuq bażi awto-regolatorja u li huma eżaminati kultant żmien mill-awtoritajiet Indjani. Sistemi interni tal-kumpanniji, li jinżammu mingћajr obbligu legali taћt il-politika EXIM, e.ż. sistema ta’ batch sheets, lanqas ma huma biżżejjed biex tibdel rekwiżit daqshekk ewlieni f’sistema ta’ verifika ta’ rimborż ta’ dazju. Barra minn hekk, sistema ta’ verifika ta’ rimborż ta’ dazju trid tkun mfassla u nforzata minn Gvern u t-twaqqif ta’ sistema ta’ tagћrif m’gћandhiex titћalla fid-diskrezzjoni tat-tmexxija tal-kumpannija individwali konċernata. Intalbu rapporti ta’ kontabilità magћmula mill-awtoritajiet Indjani kemm mill-kumpannija kif ukoll mill-GOI, iżda qatt ma kienu ppreżentati u gћaldaqstant qatt ma setgћu jkunu sostanzjati. Konsegwentement hu kkonfermat illi, minħabba li EOU speċifikament mhix mitluba li tieћu konsiderazzjoni tar-rabta bejn il-materjali użati fil-produzzjoni u l-prodott riżultanti, ma twaqqaf l-ebda mekkaniżmu effettiv ta’ kontroll mill-GOI biex jiddetermina liema u kemm kien l-ammont tal-materjali kkonsmati fil-produzzjoni gћall-esportazzjoni.

(91)

Ta’ min iżid illi l-GOI, la wettaq eżamijiet ulterjuri fuq il-materjali użati fil-produzzjoni, gћalkemm dan normalment irid isir fin-nuqqas ta’ sistema effettiva ta’ verifika (Anness II(II)(5) u Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku), u lanqas ma pprova li ma kienx hemm każ ta’ rimborż żejjed. Fil-prinċipju, irid ikun imfakkar li fi stћarriġ simili, tali eżami ulterjuri gћandu jitlesta qabel issir żjara ta’ verifika u dan sabiex verifika tkun tista’ tiżvolġi ruћha u tibbaża s-sejbiet tagћha fuqu skond l-Artikoli 11(8) u 26(1) tar-Regolament bażiku.

(f)   Kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju

(92)

Gћal dan il-gћan, fin-nuqqas ta’ sistemi permissibbli ta’ rimborż ta’ dazju jew ta’ sostituzzjoni ta’ rimborż, matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, il-benefiċċju kumpensatorju kkorrisponda mar-remissjoni tad-dazji kollha fuq l-importazzjoni (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) li normalment huma dovuti ma’ l-importazzjoni, kif ukoll mar-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgћ.

(93)

Kienet rifjutata t-talba ta’ l-esportatur li jieћu biss konsiderazzjoni ta’ l-ammont iffrankat ta’ dazji u ta’ taxxi fuq il-bejgћ marbuta mal-materjal użat fil-produzzjoni kkonsmat matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Il-konferiment tal-benefiċċju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku jseħħ diġà ma’ l-akkwist bla dazju jew taxxa tal-bejgħ tal-materjal tal-produzzjoni, billi d-dazji jkunu normalment dovuti f’dak l-istadju.

(i)   Eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) u rimborż ta’ taxxa fuq il-bejgћ fuq materja prima

(94)

Rigward l-esportatur li uża l-iskema EOU, l-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-livelli milћuqa matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni kemm tad-dazji fuq l-importazzjoni (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) li ġew maћfura fuq il-materjali importati gћas-settur tal-produzzjoni jiġifieri mediċinali u prodotti intermedjarji mixtrija fi kwantitajiet kbar, u kemm fuq ir-rimborż tat-taxxi fuq il-bejgћ gћal dan is-settur. Drittijiet li kien hemm bżonn li jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju kienu mnaqqsa skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma sabiex wieћed jasal gћall-ammont tas-sussidju sabiex jintuża bћala numeratur. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq fatturat ta’ l-esportazzjoni ġġenerat mis-settur bulk tal-farmaċewtika (“settur”) matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni u jservi bћala denominatur, gћaliex is-sussidju hu dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni u mhux fuq il-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-marġini ta’ sussidju miksub b’dan il-mod kien ta’ 29,6 %.

(ii)   Eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq beni kapitali

(95)

Il-beni kapitali, kuntrarjament gћall-materja prima, m’humiex fiżikament inkorporati fl-oġġett lest. Skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju lill-kumpannija investigata kien ikkalkulat fuq l-ammont ta’ dazji doganali mhux imћallsa fuq beni kapitali mifruxa fuq perijodu korrispondenti ma’ dak tad-deprezzament normali tal-valur ta’ tali beni kapitali fl-industrija tal-prodott konċernat. Sabiex ikun determinat tali perijodu ta’ deprezzament, ittieћdet medja peżata tal-perijodi ta’ deprezzament ta’ l-esportaturi kollaboraturi kollha. It-talba ta’ l-EOU investigati f’dan il-każ li tuża perijodu ta’ deprezzament speċifiku gћall-kumpannija partikolari ġiet miċћuda gћaliex “normali” mhuwiex sinonimu ma’ “individwali” imma gћal “medja rappreżentattiva”. L-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, attribwibbli gћall-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, kien bilanċjat biż-żieda ta’ interessi relattivi matul l-istess żmien sabiex jinkiseb il-valur tal-vantaġġ u gћalhekk jistabbilixxi l-benefiċċju sћiћ ta’ din l-iskema gћal min irċivieh. L-ammont ta’ interess miżjud kien ibbażat fuq ir-rata ta’ interess kummerċjali matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni fl-Indja. It-talba ta’ l-esportatur li juża r-rata l-aktar baxxa tal-medja ma wasslet gћall-ebda differenza fir-riżultat, jiġifieri l-marġini ta’ sussidju baqa’ l-istess. Drittijiet li tħallsu gћax meћtieġa biex jinkiseb is-sussidju kienu mnaqqsa skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma sabiex wieћed jasal gћall-ammont tas-sussidju bћala numeratur. Skond l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien diġà allokat fuq il-fatturat ta’ l-esportazzjoni ġġenerat mis-settur matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni bћala denominatur, gћaliex is-sussidju hu dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni u mhux fuq il-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-marġini tas-sussidju miksub b’dan il-mod kien ta’ 1,3 %.

(96)

Gћaldaqstant, it-total tal-marġini ta’ sussidju taћt l-iskema EOU gћall-kumpannija konċernata jammonta gћal 30,9 %.

4.   Skema ta’ Promozzjoni ta’ Esportazzjoni ta’ Beni Kapitali (“EPCGS”)

(a)   Bażi legali

(97)

Deskrizzjoni dettaljata ta’ l-EPCGS tinsab fil-kapitolu 5 tal-politika EXIM 02-07 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I 02-07.

(b)   Eliġibilità

(98)

Esportaturi manifatturi, esportaturi negozjanti “marbuta ma” manifatturi li jagћtu appoġġ u ma’ fornituri ta’ servizzi huma eliġibbli gћal din l-iskema.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(99)

Kumpannija titћalla timporta beni kapitali (ġodda — u minn April 2003 — beni kapitali second-hand li gћandhom sa 10 snin) b’rata mnaqqsa ta’ dazju taћt kondizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni. Gћal dan il-gћan il-GOI joћroġ liċenza EPCGS b’applikazzjoni u pagament ta’ dritt. Minn April 2000, l-iskema tipprovdi rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni ta’ 5 % applikabbli gћall-beni kapitali kollha importati taћt l-iskema. Sa Marzu 2000 kienu applikabbli rata effettiva ta’ dazju ta’ 11 % (inkluża surcharge ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjoni ta’ valur gћoli, rata żero ta’ dazju. Sabiex jintlaћaq l-obbligu ta’ l- esportazzjoni, il-beni kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ oġġetti gћall-esportazzjoni matul ċertu żmien.

(100)

Min gћandu liċenza EPCGS jista’ wkoll iġib beni kapitali minn sorsi lokali. F’każ bћal dan, manifattur lokali ta’ beni kapitali jista’ jgawdi mill-benefiċċju ta’ importazzjoni bla dazju ta’ komponenti meћtieġa gћall-manifattura ta’ tali beni. B’mod alternattiv, il-manifattur lokali jista’ jitlob lid-detentur tal-liċenza EPCGS il-benefiċċju ta’ esportazzjoni meqjusa fir-rigward tal-provvista tal-beni kapitali.

(d)   Kummenti dwar it-tagћrif imwassal

(101)

Fit-tagћrif imwassal, il-GOI u produttur esportatur issottomettew illi (i) il-perijodu ta’ deprezzament gћall-beni kapitali allegatament ma kienx żvelat lill-partijiet interessati (ii) ma kinux spjegati b’mod xieraq ir-raġunijiet gћaliex u safejn kellu jiżdied l-interess sabiex wieћed jasal gћall-ammont tad-dazju kumpensattiv.

(e)   Konklużjoni dwar l-Iskema EPCG

(102)

L-EPCGS tagћti sussidji skond kif imfisser fl-Artikolu 2(1)(a)(ii) u fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GOI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dћul tad-dazju mill-GOI li mod ieħor kien ikun dovut. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jibbenefika lill-esportatur minħabba li d-dazji ffrankati fuq l-importazzjoni jtejbu l-likwidità tiegћu.

(103)

Barra dan, skond il-liġi, l-EPCGS tiddependi fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni billi tali liċenzi ma jistgћux jinkisbu mingћajr impenn ta’ esportazzjoni. Gћaldaqstant hi meqjusa speċifika u kumpensattiva skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(104)

Fl-aћћar mill-aћћar, din l-iskema ma tistax titqies bћala sistema permissibbli ta’ rimborż ta’ dazji jew waћda sostituta ta’ rimborż skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-beni kapitali m’humiex koperti mill-iskop ta’ tali sistemi permissibbli bћalma jindika l-Anness I, punt (i) tar-Regolament bażiku minħabba li m’humiex ikkunsmati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti gћall-esportazzjoni.

(f)   Kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju

(105)

L-ammont tas-sussidju kien ikkalkulat kif spjegat fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku skond id-dazji tad-dwana mhux imћallsa fuq beni kapitali importati mifruxa fuq żmien li jirrifletti l-perijodu normali ta’ deprezzament ta’ tali beni kapitali fl-industrija ta’ l-antibijotiċi. Skond il-prassi stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod li hu attribwit gћall-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, kien bilanċjat biż-żieda ta’ l-interess matul l-istess perijodu sabiex jirrifletti l-valur sћiћ tal-vantaġġ miksub matul iż-żmien. Ir-rata ta’ l-interess kummerċjali matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni fl-Indja kienet meqjusa xierqa gћal dan l-iskop. Drittijiet li kellhom jitħallsu sabiex jinkiseb dan is-sussidju tnaqqsu minn din is-somma, skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, sabiex jinkiseb l-ammont tas-sussidju bћala numeratur. B’konformità ma’ l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat ta’ l-esportazzjoni matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni bћala denominatur gћaliex is-sussidju hu dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni u ma ngћatax skond il-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Erba’ kumpanniji bbenefikaw minn din l-iskema matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Is-sussidji miksuba kienu insinifikanti.

(106)

Minħabba li l-EPCGS mhux ser tiġi kkumpensata f’dan il-każ, mhux meћtieġ li jingћataw tweġibiet gћat-tagћrif miġbur.

5.   Skema ta’ Krediti gћall-Esportazzjoni (“ECS”)

(a)   Bażi Legali

(107)

Id-dettalji ta’ din l-iskema kienu spjegati fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 5/04.02.02/2002-03 (Kreditu ta’ l-esportazzjoni f’munita barranija) u ċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 4/04.02.02/2002-03 (Kreditu ta’ l-esportazzjoni fil-munita Rupee) tal-Bank tar-Riżervi ta’ l-Indja (Reserve Bank of India -“RBI”), li hi indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja.

(b)   Eliġibilità

(108)

Esportaturi manifatturi u esportaturi negozjanti huma eliġibbli gћal din l-iskema.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(109)

Taћt din l-iskema, l-RBI iwaqqaf b’mod mandatarju, il-livell massimu li jista’ jintlaћaq tar-rati ta’ l-interess applikabbli gћall-krediti ta’ l-esportazzjoni, kemm f’rupees Indjani jew f’muniti barranin, li banek kummerċjali jistgћu jimponu fuq esportatur “bl-iskop li jagћmlu l-kreditu aċċessibbli gћall-esportaturi b’rati internazzjonali kompetittivi”. L-ECS tikkonsisti f’żewġ sotto-skemi, l-Iskema ta’ Kreditu gћall-Esportazzjoni ta’ Qabel it-Tbaћћir, li tkopri krediti mogћtija lill-esportatur biex jiffinanzja x-xiri, ipproċessar, manifattura, ippakkjar u/jew tbaћћir ta’ merkanzija qabel l-esportazzjoni, u l-Iskema ta’ Kreditu ta’ l-Esportazzjoni ta’ Wara t-Tbaћћir, li tipprovdi gћal self kapitali li gћandu l-gћan li jiffinanzja riċevibbli ta’ l-esportazzjoni. L-RBI jiggwida wkoll lill-banek biex jagћtu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagћhom gћall-iffinanzjar ta’ l-esportazzjoni.

(110)

Bћala riżultat ta’ dawn il-Ċirkolari Prinċipali ta’ l-RBI, l-esportaturi jistgћu jiksbu krediti ta’ l-esportazzjoni b’rati ta’ interess preferenzali mqabbla mar-rati ta’ interess gћal krediti kummerċjali ordinarji (“krediti ta’ flus”), li huma mfassla purament minn kondizzjonijiet tas-suq. F’dan ir-rigward, iċ-Ċirkulari Prinċipali fuq Krediti ta’ l-Esportazzjoni Rupee tinnota li “l-ogћla limiti ffissati gћal interessi fuq kreditu estiżi gћall-esportaturi kif deċiż f’din iċ-Ċirkolari huma inqas mir-rati massimi ta’ self li normalment huma imposti fuq min jissellef u huma, gћaldaqstant, indikati bћala li jagћtu konċessjoni f’dan is-sens.” Id-differenza fir-rati tista’ titnaqqas gћal kumpanniji li gћandhom tariffi tajbin ta’ kreditu. Fil-fatt, kumpanniji li gћandhom tariffa gћolja jistgћu jkunu f’pożizzjoni li jiksbu krediti ta’ l-esportazzjoni u krediti ta’ flus bl-istess kondizzjonijiet.

(d)   Kummenti dwar it-tagћrif miġbur

(111)

Fit-tagћrif miġbur, żewġ esportaturi li ћadu benefiċċji taћt din l-iskema sostnew li l-ECS mhix sussidju kumpensattiv. Huma ssottomettew li (i) sussidju kumpensattiv jirrikjedi trasferiment ta’ fondi pubbliċi, (ii) ir-rati tal-krediti ECS huma mfassla skond is-suq minħabba li banek kummerċjali differenti joffru rati ta’ interess li huma differenti b’mod sinifikanti u (iii) rati ta’ interess marbuta ma’ krediti ta’ flus huma ogћla minn dawk tal-krediti ta’ l-esportazzjoni gћaliex l-iffinanzjar ta’ l-esportazzjoni hu inqas riskjuż u fil-każ ta’ krediti ta’ l-esportazzjoni f’munita barranija, minħabba li l-muniti barranin huma konvertiti aktar faċli mir-rupee u jista’ jkollhom inflazzjoni aktar baxxa, intqal li dan ikollu impatt fuq ir-rati ta’ l-interess.

(112)

Barra dan, esportatur wieћed sostna, u mingћajr ma pprovda xi kalkolu ġdid fuq il-marġini tas-sussidju, li gћal skopijiet ta’ kalkoli gћandhom jintużaw ir-rati ta’ banek oћra li m’humiex dawk identifikati matul iż-żjara ta’ verifika bћala l-banek ewlenin, u fi kwalunkwe każ gћandhom ikunu biss l-inqas rati gћall-esportazzjoni u gћall-krediti ta’ flus li jitqabblu. Esportatur ieћor argumenta, mingћajr ma ressaq xi evidenza, li l-ammont ta’ self gћandu jitnaqqas b’25 %, perċentwali li allegatament tirrapreżenta l-kapital tiegћu, anki jekk fil-kontijiet tiegћu dan kien identifikat bћala kapital barrani.

(e)   Konklużjoni fuq l-ECS

(113)

L-ewwelnett, ir-rati ta’ interess preferenzali ta’ kreditu ECS imfassla miċ-Ċirkulari Prinċipali ta’ l-RBI msemmija fil-premessa (107) jistgћu jnaqqsu l-ispejjeż ta’ l-interess ta’ esportatur rispett gћall-ispejjeż tal-krediti mfassla purament mill-kondizzjonijiet tas-suq u b’hekk jagћtu vantaġġ skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Ġie konkluż li ngћata vantaġġ biss fil-każ ta’ dawk l-esportaturi kollaboraturi fejn kienet teżisti din id-differenza fir-rati. Kuntrarjament gћas-sottomissjonijiet imsemmija hawn fuq, id-differenzi fir-rati ma jistgћux ikunu spjegati mill-imġiba pura tas-suq tal-banek kummerċjali. L-iffinanzjar ta’ l-esportazzjoni mhuwiex per ser aktar żgur mill-iffinanzjar domestiku. Fil-fatt, is-soltu jiġi meqjus bћala aktar riskjuż u l-kwantità ta’ sigurtà mitluba gћal ċertu kreditu, irrispettivament mill-oġġett finanzjarju, tirrappreżenta gћażla purament kummerċjali ta’ bank kummerċjali. Id-differenzi fir-rati fir-rigward ta’ banek differenti huma riżultat tal-metodu ta’ l-RBI li jiffissa rati ta’ self massimi gћal kull wieћed mill-banek kummerċjali. Aktar minn hekk, kieku ma kienx gћaċ-Ċirkulari Prinċipali ta’ l-RBI, il-banek kummerċjali ma jkunux obbligati li jgћaddu xi rati ta’ interess gћal krediti ta’ l-esportazzjoni forsi aktar vantaġġjużi f’muniti barranin lil min issellef fil-qasam tal-finanzjament gћall-esportazzjoni. Biex wieћed jgћid fil-qosor x’kien ir-rispons gћal dawn is-sottomissjonijiet, gћandu jiġi mfakkar li l-objettiv taċ-Ċirkolari Prinċipali ta’ l-RBI hu dak li jipprovdi finanzjament gћall-esportazzjoni permezz ta’ “rati internazzjonali kompetittivi” u li l-RBI innifsu jqis ir-rati ta’ kreditu gћall-esportazzjoni bћala “konċessjonarji”. It-tieni nett, u minkejja l-fatt li l-krediti preferenzali taћt l-ECS huma mogћtija mill-banek kummerċjali, dan il-vantaġġ jissarraf f’kontribut finanzjarju minn gvern skond kif imfisser fl-Artikolu 2(1)(iv) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, gћandu jkun innotat li la l-Artikolu 2(1)(iv) tar-Regolament bażiku u lanqas l-ASCM ma jirrikjedu li jkunu mħallsa l-kontijiet pubbliċi, eż. rimborż tal-banek kummerċjali mill-GOI, biex ikun stabbilit li ngћata vantaġġ ta’ sussidju, imma l-vantaġġ jingћata biss permezz tad-direzzjoni tal-Gvern sabiex jitwettqu l-funzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii) ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. L-RBI hu korp pubbliku u allura jaqa’ taћt it-tifsira ta’ “gvern” kif stipulat fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku. Hu 100 % proprjetà tal-gvern, jesegwixxi objettivi ta’ politika pubblika, eż. politika monetarja, u t-tmexxija tiegћu hi appuntata mill-GOI. L-RBI jiggwida korpi privati minħabba li l-banek kummerċjali huma marbuta bil-kondizzjonijiet, inter alia, l-ogћla livell ta’ rati ta’ interess fuq krediti gћall-esportazzjoni kif stipulati miċ-Ċirkulari Prinċipali ta’ l-RBI u d-dispożizzjonijiet ta’ l-RBI li banek kummerċjali jridu jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu nett bankarju tagћhom gћall-iffinanzjar ta’ l-esportazzjoni. Din id-direzzjoni tobbliga lill-banek kummerċjali li jwettqu funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f’dan il-każ self fil-forma ta’ finanzjament preferenzali gћall-esportazzjoni. Dan it-trasferiment daqshekk dirett ta’ fondi fil-forma ta’ self taћt ċertu kondizzjonijiet jkun normalment vestit fil-Gvern, u l-prassi, fl-ebda sens reali, ma tvarja minn prassi normalment segwita mill-gvernijiet skond l-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju hu meqjus speċifiku u kumpensattiv billi r-rati ta’ interess preferenzali huma biss aċċessibbli gћall-finanzjament ta’ operazzjonijiet gћall-esportazzjoni u huma gћalhekk dipendenti fuq il-prestazzjoni gћall-esportazzjoni kif previst fl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(f)   Kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju

(114)

L-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat skond id-differenza bejn l-interess imћallas fuq il-krediti gћall-esportazzjoni użati matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni u l-ammont li kien ikun pagabbli kieku l-istess rati ta’ interess kienu applikabbli gћall-krediti kummerċjali ordinarji użati minn kumpannija partikolari. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq il-fatturat totali ta’ l-esportazzjoni matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni bћala denominatur skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li s-sussidju hu dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni u ma kienx mogћti skond il-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Ma setgћetx tintlaqa’ oġġezzjoni mhux sostanzjata li saret tard minn esportatur wieћed, li l-ammont ta’ kreditu kif verifikat matul iż-żjara fuq il-post gћandu jitnaqqas b’25 % gћaliex allegatament kien jikkonsisti f’fondi proprji ta’ l-esportatur, ћaġa li ma ssemmiet la qabel jew lanqas waqt iż-żjara. Gћandha tiġi wkoll miċћuda t-talba li, rigward il-banek li jsellfu, jintuża tagћrif ġdid minflok dak it-tagћrif ipprovdut waqt iż-żjara ta’ verifika, u dan gћaliex tali informazzjoni ma kenitx aċċessibbli fi żmien propizju u ma kenitx soġġetta gћall-verifika. Fi kwalunkwe każ, dan l-esportatur ma ssostanzjax it-talba tiegћu li l-finanzjament gћall-esportazzjoni kien biss miksub mill-banek kummerċjali bl-aktar kondizzjonijiet favorevoli. Sitt kumpanniji ћadu vantaġġ mill-benefiċċji taћt l-ECS. Huma akkwistaw sussidji sa 2,3 %.

6.   Skemi ta’ Taxxa fuq id-Dћul

(a)   Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dћul (“EITES”)

(i)   L-Artikolu 80HHC ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul 1961 (“ITA”)

(115)

Kien stabbilit li erba’ mill-esportaturi investigati rċevew il-benefiċċju ta’ eżenzjoni parzjali fuq it-taxxa tad-dћul fuq profitti miksuba minn bejgћ esportat matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Il-bażi legali gћal din l-eżenzjoni hi l-Artikolu 80HHC ta’ l-ITA.

(116)

Din id-dispożizzjoni ta’ l-ITA kienet abolita mis-sena ta’ stima 2005-2006 (jiġifieri gћas-sena finanzjarja mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005) 'il quddiem. Bћala riżultat, 80HHC ta’ l-ITA mhux ser tikkonferixxi xi benefiċċju fuq l-applikant wara l-31 ta’ Marzu 2004. Filwaqt li erba’ mill-esportaturi investigati gawdew minn din l-iskema fil-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, minħabba li kienet sussegwentement irtirata, mhux ser tkun meqjusa kumpensattiva skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

(ii)   L-Artikoli 10A u 10B ta’ l-ITA

(117)

Tibqa’ applikabbli sal-31 ta’ Marzu 2010 u gћall-ewwel gћaxar snin mill-bidu tal-produzzjoni, l-eżenzjoni sћiћa mit-taxxa fuq id-dћul fuq il-profitti miksuba mill-bejgћ esportat ta’ intrapriżi ġodda li jinsabu f’SEZ, f’Żona ta’ Kummerċ Ħieles, jew parks teknoloġiċi ta’ hardware elettroniku u ta’ software (l-Artikolu 10A ta’ l-ITA) jew f’EOU (l-Artikolu 10B ta’ l-ITA).

(118)

Kumpannija waћda gawdiet minn benefiċċji taћt l-artikolu 10B ta’ l-ITA f’dawn l-aћћar gћaxar snin, fejn bdiet fis-sena finanzjarja 1993-1994. Għal din ir-raġuni mhix ser tibqa’ eliġibbli gћall-benefiċċji taћt l-artikolu 10B ta’ l-ITA mis-sena finanzjarja 2003-2004 ‘il quddiem. Gћalhekk, skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, din l-iskema mhix ser tkun meqjusa kumpensattiva gћall-każ preżenti.

(b)   Inċentiv tat-Taxxa fuq id-Dћul gћal Riċerka u Żvilupp (“ITIRAD”)

(i)   Bażi legali

(119)

Id-deskrizzjoni dettaljata ta’ l-ITIRAD tinstab fl-artikolu 35(2AB) ta’ l-ITA.

(ii)   Eliġibilità

(120)

Huma eliġibbli taћt din l-iskema kumpanniji involuti fil-qasam tal-bijo-teknoloġija jew tal-manifattura ta’ mediċini, farmaċewtika, kompjuters u software tal-kompjuter, apparat tat-telekomunikazzjoni, ћelikopters, ajruplani jew oġġetti oћra skond kif jistgћu jkunu notifikati.

(iii)   Implimentazzjoni prattika

(121)

Gћal kull spiża (minbarra dik tal-prezz ta’ l-art u l-bini) fuq faċilitajiet ta’ riċerka u żvilupp in-house kif approvati mid-Dipartiment tar-Riċerka Xjentifika u Industrijali tal-GOI, hu previst tnaqqis ta’ somma ekwivalenti gћal 150 % ta’ l-ispejjeż minfuqa de facto gћal skopijiet ta’ taxxa fuq id-dћul. Gћaldaqstant, permezz ta’ tnaqqis ta’ 50 % fuq spejjeż fittizji (jiġifieri spejjeż li ma ntefqux realment), il-bażi u sussegwentement il-piż tat-taxxa fuq id-dћul jitnaqqas artifiċjalment.

(iv)   Kummenti fuq it-tagћrif miġbur

(122)

Skond it-tagћrif miġbur, esportatur wieћed li rċieva benefiċċji taћt din l-iskema, issottometta li ma tistax tkun kumpensatorja gћaliex (i) gћalkemm l-ITIRAD hi tassew limitata gћal ċerti setturi, mhix speċifika skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, billi l-intrapriżi kollha f’dawn is-setturi huma eliġibbli u (ii) spejjeż magћmula wara l-31 ta’ Marzu 2005 ma jibbenefikawx mill-iskema skond l-artikolu 35(2AB) is-subartikolu (5) ta’ l-ITA.

(v)   Konklużjoni dwar l-ITIRAD

(123)

L-ITIRAD tipprovdi sussidji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis artifiċjali tal-bażi tat-taxxa fuq id-dћul skond l-artikolu 35(2AB) ta’ l-ITA tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, minћabba li tnaqqas id-dћul mit-taxxa tad-dћul li kieku kien ikun dovut. Barra dan, it-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dћul jagћti vantaġġ lill-kumpannija gћaliex din ittejjeb il-likwidità tagћha.

(124)

Fit-tagћrif miġbur il-GOI sostna u tenna mingħajr ma ssostanzja l-argument, li l-eliġibilità għall-ITIRAD hi bbażata fuq kriterji oġġettivi u allura l-iskema mhix speċifika. Iżda l-mod ċar kif inhu miktub l-artikolu 35(2AB) ta’ l-ITA jindika li l-ITIRAD hi speċifika de jure skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku u għaldaqstant hi kumpensattiva. L-eliġibilità għal din l-iskema mhix immexxija minn kriterji oġġettivi, li huma newtrali skond kif elenkat fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċji taħt din l-iskema huma aċċessibbli biss għal ċerti setturi industrijali msemmija fil-premessa (120) hawn fuq; il-GOI m’għamilx l-iskema aċċessibbli għas-setturi kollha. Bil-maqlub għas-sottomissjoni magħmula minn esportatur wieħed, tali limitazzjoni tfisser speċifiċità, billi l-kategorija “grupp ta’ industriji” fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku b’mod sinonimu tiddeskrivi restrizzjonijiet marbuta mas-setturi. Din ir-restrizzjoni mhix ekonomika fin-natura tagħha u gћandha applikazzjoni orizzontali bħal per eżempju, in-numru ta’ impjegati u d-daqs ta’ l-intrapriża.

(125)

Barra minn dan, it-talba li l-ispiża involuta wara l-31 ta’ Marzu 2005 twassal għal eżenzjoni mill-iskema ma jfissirx li mhix kumpensatorja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. Fil-mument tal-finalizzazzjoni tal-konklużjonijiet ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni ma ћariġx li din l-iskema kienet diġà irtirata, lanqas li l-esportatur mhux ser jibqa’ jieћu benefiċċji mill-ITIRAD. Għall-kuntrarju, l-ITIRAD kienet fis-seħħ matul is-sena sħiħa ta’ stima 2005/2006 (jiġifieri s-sena finanzjarja 2004/2005), u tista’ tkompli tagћti aktar benefiċċji. Barra minn hekk, l-esportatur ma ssostanzjax it-talba tiegħu illi t-tul ta’ l-iskema mhux ser jiġġedded mill-GOI. Fil-fatt, l-iskema kienet diġà mġedda fil-passat (8). M’hemm l-ebda ħjiel li tali tiġdid mhux ser jseħħ fil-futur permezz ta’ xi Att dwar il-Finanzi, b’mod partikolari minħabba li l-GOI la waqt il-konsultazzjoni u lanqas fil-kummenti tiegћu mgћoddija mat-tagћrif miġbur ma ta xi ħjiel li mill-31 ta’ Marzu 2005 l-iskema sejra (i) tiskadi u (ii) ma tinbidlix b’xi għajnuna komparabbli ta’ ħelsien mit-taxxa tad-dħul.

(vi)   Kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju

(126)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat skond id-differenza bejn it-taxxa fuq id-dħul matul il-perijodu ta’ stħarriġ tar-reviżjoni kemm bl-applikazzjoni ta’ l-artikolu 35(2AB) ta’ l-ITA jew mingħajrha. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq il-fatturat totali matul il-perijodu ta’ stħarriġ tar-reviżjoni bħala denominatur skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li dan is-sussidju japplika għall-bejgħ kollu lokali u gћall-esportazzjoni, u ma ngħatax skond il-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-marġinu tas-sussidju stabbilit għal kumpannija waħda li rċeviet benefiċċji taħt l-ITIRAD kien ta’ 1,5 %.

III.   Skemi Reġjonali

1.   Skemi ta’ Inċentivi Industrijali (Industrial Incentive Schemes — “IIS”) tal-Gvernijiet ta’ Gujarat u Punjab

(127)

L-Istati ta’ Gujarat u Punjab jagћtu inċentivi, lil intrapriżi industrijali eliġibbli, fil-forma ta’ eżenzjoni u/jew differiment tat-taxxa fuq bejgћ u xiri sabiex iћeġġu l-iżvilupp industrijali f’żoni fi ћdan dawn l-Istati li ekonomikament gћadhom mhux żviluppati. Minћabba li dawn l-iskemi huma virtwalment identiċi, ser jkunu meqjusa flimkien.

(a)   Bażi legali

(128)

Id-deskrizzjoni dettaljata ta’ dawn l-iskemi bћalma hi applikata mill-Gvern ta’ Gujarat (“GOG”) u l-Gvern tal-Punjab (“GOP”) tinstab fir-Riżoluzzjoni tal-GOG Nru. INC-1090-1023-(2)-I(GR No 2) tas-16 ta’ Ottubru 1990 u fir-Riżoluzzjoni GOP Nru. 15/43/96-5IB/2238 ta’ l-20 ta’ Marzu 1996 rispettivament.

(b)   Eliġibilità

(129)

Kumpanniji li waqqfu stabbiliment industrijali ġdid jew qegћdin jespandu fuq skala ikbar stabbiliment industrijali eżistenti f’żoni li gћadhom lura fl-iżvilupp huma eliġibbli biex jibbenefikaw taћt dawn l-iskemi. Minkejja dan, jeżistu listi eżawrjenti ta’ industriji li m’humiex eliġibbli sabiex kumpanniji f’ċerti oqsma ta’ operazzjonijiet ma jitћallewx igawdu mill-inċentivi.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(130)

Taћt dawn l-iskemi, il-kumpanniji jridu jinvestu f’żoni li gћadhom lura fl-iżvilupp. Dawn iż-żoni, li jirrappreżentaw ċerti unitajiet territorjali fiż-żewġ Stati, huma kklassifikati skond l-iżvilupp ekonomiku tagћhom f’kategoriji differenti filwaqt li fl-istess ћin hemm żoni esklużi jew “projbiti” mill-applikazzjoni ta’ l-iskemi ta’ inċentivi. Il-kriterji ewlenin li jistabbilixxu l-ammont ta’ inċentivi huma d-daqs ta’ l-investiment u ż-żona li fiha qiegћda jew ser tkun allokata l-intrapriża.

(131)

L-inċentivi jistgћu jingћataw fi kwalunkwe mument minħabba li m’hemmx limitu ta’ żmien la fuq il-formola ta’ l-applikazzjoni gћall-inċentivi u lanqas fit-twettiq tal-kriterji kwantitattivi.

(d)   Kummenti fuq it-tagћrif ikkomunikat

(132)

Wara li nġabar it-tagћrif, żewġ esportaturi li rċivew benefiċċji taћt l-IIS, issottomettew illi l-IIS (i) mhix sussidju gћall-esportazzjoni, (ii) tikkostitwixxi biss kumpens gћal spejjeż oћra dovuti gћan-nuqqas ta’ infrastruttura xierqa fiż-żoni mmarkati bћala li gћadhom lura fl-iżvilupp u (iii) fil-każ ta’ esportatur wieћed li ma baqax jibbenefika mill-iskema mill-5 ta’ Lulju 2003.

(e)   Konklużjoni dwar l-IIS

(133)

Dawn l-iskemi jipprovdu sussidji skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 2(1)(a)(ii) u 2(2) tar-Regolament bażiku. Huma jikkostitwixxu kontribut finanzjarju mill-GOG u mill-GOP rispettivament, billi l-inċentivi mogћtija jnaqqsu d-dћul mit-taxxa li kieku kien ikun dovut u skond il-każ preżenti jfissru eżenzjonijiet mit-taxxi fuq il-bejgћ u fuq ix-xiri. Barra dan, dawn l-inċentivi jagћtu benefiċċju lill-kumpannija gћaliex itejbulha l-qagћda finanzjarja minħabba li ma jitћallsux it-taxxi li kieku jkunu dovuti.

(134)

Barra minn hekk, l-iskemi huma speċifiċi b’mod reġjonali fis-sens ta’ l-Artikolu 3(2)(a) u 3(3) tar-Regolament bażiku billi huma disponibbli biss gћal ċerti kumpanniji li jkunu investew f’żoni ġeografiċi immarkati fil-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati konċernati. M’humiex disponibbli gћal kumpanniji li jinsabu barra minn dawn iż-żoni u, ta’ min jgћid ukoll, il-livell ta’ benefiċċju jvarja skond iż-żona konċernata.

(135)

Il-GOI mhux ta’ l-istess fehma fejn, qabelxejn, argumenta li l-kummerċ internazzjonali per ser mhux soġġett gћat-taxxa fuq il-bejgћ bћalma hu diġà stipulat mill-Kostituzzjoni Indjana. Bћala riżultat, il-GOI sostna li tali skemi ma jwasslux gћal telf ta’ dћul li kieku jkun dovut rigward l-operazzjonijiet gћall-esportazzjoni u, bћala konsegwenza, m’gћandhomx ikunu kumpensattivi. Minkejja dan, u kuntrarjament gћal dak li kien sottomess wara l-gћoti tat-tagћrif minn żewġ esportaturi f’dan ir-rigward ukoll, l-iskema ma kenitx eżaminata bћala sussidju gћall-esportazzjoni skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri marbuta direttament ma’ l-esportazzjoni tal-prodott konċernat, imma bћala waћda speċifika f’sens ieћor (ara l-premessa (134)). M’hemmx bżonn rabta diretta bejn is-sussidju u l-prodott esportat sabiex tirrendi skema ta’ sussidju f’waћda kumpensattiva. Skond l-Artikolu 1(1) tar-Regolament bażiku hu biżżejjed li wieћed jistabbilixxi rabta diretta bejn is-sussidju u l-kumpannija produttriċi. Skond il-prinċipju li “l-flus huma funġibbli”, kull tip ta’ sussidju domestiku simili jkollu wkoll effett fuq l-operazzjonijiet gћall-esportazzjoni u dan permezz ta’ prezzijiet aktar baxxi, gћaliex tali sussidju jtejjeb il-likwidità ġenerali ta’ kumpannija. Apparti minn dan, il-GOI ma ta l-ebda prova li l-eżenzjoni mit-taxxa ġenerali fuq il-bejgћ gћall-esportazzjoni ma tkoprix ukoll passivi mit-taxxa fuq ix-xiri fuq materjali użati fil-produzzjoni. Fil-fatt, fil-każ preżenti, il-kumpanniji użaw l-IIS gћat-tpaċija ta’ passivi mit-taxxa fuq ix-xiri.

(136)

Il-GOI kompla jisћaq li l-IIS, gћalkemm ammetta li hija limitata gћal ċerti reġjuni li gћadhom lura fit-territorji tal-Punjab u Gujarat, m’gћandhiex tkun meqjusa bћala speċifika gћaliex allegatament huma ma jiffavorixxux ċerti intrapriżi fir-reġjuni magћżula apposta. Iżda l-GOI ammetta li mhux it-tipi kollha ta’ produzzjoni fi ћdan dawn it-territorji magћżula huma eliġibbli gћall-IIS. Fil-fatt, restrizzjoni reġjonali ta’ skema ta’ sussidju ta’ l-istat waћedha tikkostitwixxi speċifiċità meta tkun indirizzata lejn l-intrapriżi kollha f’żoni magћżula apposta fit-territorju. Dawn it-tipi ta’ skemi jiffavorixxu b’mod ċar ċertu intrapriżi fuq oћrajn gћaliex kumpannija li tinsab f’reġjun eliġibbli tista’ takkwista gћajnuna filwaqt li l-kompetitur tagћha li jkun f’reġjun mhux eliġibbli ma jistax. Tali differenza mhix oġġettiva skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku u allura hi meqjusa speċifika minħabba li l-iskemi m’humiex applikati b’mod orizzontali fit-territorju statali.

(137)

Kuntrarjament gћas-sottomissjoni ta’ esportatur wieћed, kumpens li allegatament sar permezz ta’ l-IIS gћal spejjeż żejda li daћal gћalihom minћabba f’infrastruttura insuffiċjenti, ma jibdilx l-evalwazzjoni tas-sussidju bћal wieћed kumpensattiv. Tali spejjeż allegati ma ġewx sostanzjati.

(138)

L-esportatur, li sostna li m’gћadux aktar eliġibbli gћal benefiċċji taћt l-IIS, ma ssostanzjax din l-allegazzjoni, per eżempju billi pprovda dikjarazzjoni mill-GOG. Gћall-kuntarju, fir-rapporti amministrattivi tiegћu gћall-2002-2003 (jiġifieri l-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni) huwa sostna illi kien qiegћed ifittex li jtawwal il-benefiċċji ta’ l-IIS sas-sena 2012. Ta’ min jinnota li tali estensjoni hi possibbli taћt l-IIS f’Gujarat. Il-kumpannija ma tat ebda prova li l-GOG irrifjuta din l-estensjoni.

(139)

Kemm l-argumenti tal-GOI kif ukoll is-sottomissjonijiet mgћoddija fit-tagћrif miġbur ma biddlu xejn mill-fehma li l-iskemi — eżenzjoni ta’ taxxi fuq bejgћ u xiri — huma kumpensattivi.

(f)   Kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju

(140)

Is-sussidju kien ikkalkulat skond l-ammont ta’ taxxi fuq il-bejgћ u x-xiri normalment dovut matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, li baqa’ ma tћallasx taћt dawn l-iskemi. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta’ sussidju (numeratur) kienu mogћtija fuq il-bejgћ totali matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni (denominatur) gћaliex is-sussidju mhuwiex dipendenti fuq l-esportazzjoni u ma kienx mogћti skond il-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Matul dan il-perijodu, tliet kumpanniji bbenefikaw minn dawn l-iskemi. Huma ћadu sussidji ta’ 2,4 % (2 kumpanniji) u 3,1 %.

2.   Skema ta’ Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (Electricity Duty Exemption scheme “EDE”) tal-Gvern ta’ Gujarat

(141)

L-Istat ta’ Gujarat jagħti inċentivi lil intrapriżi industrijali eliġibbli, fil-forma ta’ eżenzjoni mill-ћlas ta’ dazju fuq l-elettriku u dan isir sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp industrijali ta’ żoni f’dan l-Istat li gћadhom ekonomikament lura.

(a)   Bażi legali

(142)

It-tifsira dettaljata ta’ l-iskema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq l-elettriku applikata mill-Gvern ta’ Gujarat (“GOG”) hi spjegata fl-Att dwar it-Taxxa dwar l-Elettriku ta’ Bombay ta’ l-1958 u b’mod partikolari fl-artikoli 3(2)(vi) u 3(2)(vii)(a) u (b) ta’ dan l-Att, kif emendat bl-Ordni dwar l-Adattament dwar il-Liġijiet ta’ Gurajat ta’ l-1960.

(b)   Eliġibilità

(143)

Huma eliġibbli kumpanniji li jinvestu f’żoni li gћadhom lura, kemm billi jwaqqfu stabbilimenti industrijali ġodda jew billi jwettqu investiment kapitali ta’ skala kbira ta’ stabbiliment industrijali eżistenti.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(144)

L-iskema hi disponibbli biss gћal kumpanniji li investew f’ċerti żoni ġeografiċi magћżula fil-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat ta’ Gujarat. Tagћti saћћa wkoll lill-GOG biex jeskludi kwalunkwe żona jew intrapriża industrijali ġdida mill-obbligu li tћallas dazju fuq l-elettriku. Barra minn dan, gћal perijodu ta’ ћames snin mid-data tal-bidu tal-proċess tal-manifattura, intrapriżi industrijali ġodda mwaqqfa f’żoni magћżula apposta huma jew eżentati mid-dazju fuq l-enerġija, jew intaxxati b’nofs ir-rata normali tad-dazju.

(d)   Kummenti fuq it-tagћrif miġbur

(145)

Wara l-komunikazzjoni tat-tagћrif, esportatur wieћed li rċieva benefiċċji taћt din l-iskema ssottometta li mill-4 ta’ Ġunju 2004 ma baqax jibbenefika minnha. Barra minn dan, esportatur ieћor sostna li ma użax din l-iskema. Iżda gћandu jkun innotat li fir-rigward ta’ dan ta’ l-aћћar, din l-iskema ma kenitx inkluża fl-ebda mument waqt li kien stabbilit l-ammont tiegћu tas-sussidju.

(e)   Konklużjoni dwar l-EDE

(146)

Din l-iskema hi sussidju skond l-Artikoli 2(1)(a)(ii) u 2(2) tar-Regolament bażiku. Tikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GOG billi dan l-inċentiv inaqqas id-dћul li kieku kien ikun dovut lill-Istat. Barra dan, tagћti benefiċċju lill-kumpannija li tirċevih. Din l-iskema hi wkoll speċifika gћar-reġjun skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 3(2)(a) u 3(3) tar-Regolament bażiku billi hija disponibbli biss gћal kumpanniji li jkunu investew f’ċertu żoni ġeografiċi magћżula fil-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat ta’ Gujarat. Barra minn hekk, kriterji u kondizzjonijiet ta’ eliġibilità li jirregolaw dan l-inċentiv m’humiex miktuba ċari fil-liġi, fir-regolamenti, jew dokumenti uffiċjali oћra. Matul iż-żjarat ta’ verifika kien ikkonfermat li kumpannija waћda gћamlet użu mill-iskema gћal perijodu ta’ disa’ snin. Gћalkemm ġiet mitluba tagћti tagћrif ieћor barra l-Att tad-Dazju fuq l-Elettriku ta’ Bombay innifsu, dan m’gћamlitux, ћaġa li setgћet biddlet din l-analiżi.

(147)

Il-GOI argumenta li mindu l-iskema ma baqgħetx kumpensattiva f’każ ieħor fl-1999, minħabba li kienet meqjusa orizzontali fl-applikazzjoni fl-Istat kollu, m’għandhiex issir kumpensattiva issa. Għal dan il-għan, kulma pprovdiet kienet notifika tad-Dipartiment ta’ l-Industriji, l-Enerġija u x-Xogħol tal-GOM ta’ l-Istat ta’ Maharashtra dwar l-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku ta’ Bombay ta’ l-1958. Iżda dan it-tagħrif ma jikkonċernax lill-Istat ta’ Gujarat. Ta’ min jinnota li skond din in-notifika, l-inċentiv ta’ l-EDE mhux apparentament disponibbli fid-distretti/żoni kollha ta’ Maharashtra, u għaldaqstant għandha tibqa’ titqies reġjonalment speċifika. Kien stabbilit li esportatur wieħed mistħarreġ, li kien f’Gujarat, uża din l-iskema matul il-perijodu ta’ stħarriġ tar-reviżjoni. Minћabba f’hekk, kien deċiż li din l-iskema hi kumpensattiva għal dan l-esportatur għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa ta’ qabel.

(148)

L-esportatur li saħaq li mhux aktar eliġibbli għall-benefiċċji taħt l-EDE, ma ġabx provi li jissostanzjaw din l-allegazzjoni, per eżempju billi pprovda konferma tal-GOG. Għall-kuntrarju, fir-rapporti amministrattivi għall-2002-2003 (jiġifieri fil-perijodu ta’ stħarriġ tar-reviżjoni) intqal illi kien qiegħed jistenna li jiġġeddu l-benefiċċji ta’ l-EDE sa l-2012, kif kien sar diġà b’suċċess fil-passat għal total ta’ disa’ snin, minkejja l-fatt li skond il-leġislazzjoni rilevanti, il-perijodu ta’ eżenzjoni għall-EDE kellu jkun ta’ ħames snin. Il-kumpannija ma pprovdietx evidenza li l-GOG irrifjuta din l-estensjoni.

(f)   Kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju

(149)

Il-benefiċċju mogħti lill-produttur esportatur kien maћdum skond l-ammont ta’ dazju fuq l-elettriku normalment dovut matul il-perijodu ta’ stħarriġ tar-reviżjoni imma li baqa’ mhux imħallas taħt din l-iskema. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq it-total ta’ bejgħ matul il-perijodu ta’ stħarriġ tar-reviżjoni (denominatur), għaliex jirreferi għall-bejgħ kollu, domestiku u għall-esportazzjoni, u ma nħadimx fuq il-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Marġinu ta’ sussidju ta’ 0,2 % kien għalhekk stabbilit għal kumpannija waħda li rċeviet benefiċċji taħt l-EDE.

3.   Skema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi (“PSI”) tal-Gvern ta’ Maharashtra (“GOM”)

(150)

Instab li l-esportaturi produtturi ma akkwistawx benefiċċji kumpensatorji taħt il-PSI.

IV.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

(151)

Hi prassi konsistenti li kumpanniji relatati jitqiesu bħala entità waħda fit-tfassil ta’ rata ta’ sussidju. Dan għaliex il-kalkolu ta’ rati individwali ta’ sussidju jista’ jinkoraġġixxi evitar ta’ miżuri kumpensattivi biex b’hekk idgħajjef l-effett mistenni billi jħalli lill-produtturi relatati jintroduċu l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità permezz tal-kumpannija li għandha l-iktar rata individwali baxxa. Sabiex tkun evitata tali sitwazzjoni, għal kull skema l-ewwel ikun ikkalkulat ammont ta’ sussidju individwali għal kull kumpannija relatata, imbagħad tittieħed medja peżata ta’ dawn is-sussidji u jiġi attribwit lil kull kumpannija relatata.

(152)

Żewġ esportaturi produtturi kienu meqjusa bħala kumpanniji relatati u kienet attribwita lilhom rata waħda ta’ sussidju, għaliex bħala operazzjonijiet kull waħda hija f’pożizzjoni li teżerċita kontroll fuq il-kumpannija l-oħra. Skond ir-Rapporti Annwali tagħhom, teżisti parentela bejn il-persuni li jokkupaw karigi ewlenin ta’ tmexxija fiż-żewġ kumpanniji u jistgħu jeżerċitaw “influwenza sostanzjali” fil-kumpanniji ta’ xulxin. Skond l-istandards tal-kontabilità Indjani, influwenza sostanzjali tfisser il-parteċipazzjoni fid-deċiżjonijiet finanzjarji u/jew operattivi ta’ l-intrapriża, u din il-parentela tikkwalifika bħala tali influwenza skond l-istess standards ta’ kontabilità. Aktar minn hekk, skond il-liġi doganali Ewropea, il-partijiet huma meqjusa relatati meta jikkontrollaw lil xulxin jew huma membri ta’ l-istess familja (9).

(153)

Wara l-iżvelar wieħed mill-produtturi esportaturi ma qabilx ma’ l-analiżi tal-parentela tal-partijiet kif imniżżla hawn fuq. Hu allega, mingħajr ma ġab provi, li ma teżisti l-ebda relazzjoni ta’ kummerċ bejn iż-żewġ kumpanniji konċernati. Iżda l-produttur esportatur ma kkontestax id-deskrizzjoni fattwali spjegata fil-premessa (152) u lanqas ma wera għalfejn ma kellhomx ikunu meqjusa partijiet relatati minkejja dawn il-fatti. Bħala konsegwenza, it-talba kienet skartata.

Skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji espressi ad valorem għall-produtturi esportaturi mistħarrġa jvarja bejn 25,3 % u 35,1 %.

(154)

Bħala riżultat tal-livell għoli ta’ kooperazzjoni, ir-rata ta’ sussidju għall-kumpanniji kollha mhux kollaboraturi ġiet stabbilita bħala dik tal-kumpannija li għandha l-ogħla rata individwali, jiġifieri 35,1 %.

SKEMA→

ALS

DEPBS

EOUS

EPCGS

ECS

ITIRAD

PSI

GIIS

PIIS

EDE

Total

KUMPANNIJA↓

%

%

%

%

%

%

%

%

%

%

%

KDL Biotech Ltd.

22,8

4,6

xejn

negl.

1,0

xejn

xejn

xejn

xejn

xejn

28,4

Nectar Lifesciences Ltd.

25,8

3,2

xejn

negl.

2,3

xejn

xejn

xejn

2,4

xejn

33,7

Nestor Pharmaceuticals Ltd.

22,0

3,3

xejn

xejn

negl.

xejn

xejn

xejn

xejn

xejn

25,3

Orchid Chemicals & Pharmaceuticals Ltd.

xejn

xejn

30,9

xejn

1,1

xejn

xejn

xejn

xejn

xejn

32,0

Ranbaxy Laboratories Ltd.

25,6

8,0

xejn

negl.

negl.

1,5

xejn

xejn

xejn

xejn

35,1

Surya Pharmaceutical Ltd.

25,8

3,2

xejn

negl.

2,3

xejn

xejn

xejn

2,4

xejn

33,7

Torrent Gujarat Biotech Ltd.

24,8

xejn

xejn

xejn

xejn

xejn

xejn

3,1

xejn

0,2

28,1

D.   PROBABILITÀ LI S-SUSSIDJAR JITKOMPLA JEW JIRREPETI RUĦU

(155)

Skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku sar eżami dwar jekk l-iskadenza tal-miżuri inforzati kellhiex ir-riskju li s-sussidjar jitkompla jew li jkun ripetut.

(156)

Bħalma ntqal fil-premessi (21) sa (153) hawn fuq, kien stabbilit li matul il-perijodu ta’ stħarriġ tar-reviżjoni, l-esportaturi Indjani tal-prodott konċernat komplew igawdu mis-sussidju kumpensattiv mill-awtoritajiet Indjani. Fil-fatt, il-marġini ta’ sussidju li nstabu matul ir-reviżjoni kienu aktar għoljin minn dawk stabbiliti matul l-investigazzjoni oriġinali, li kienu jvarjaw bejn 0 % sa 15,3 % (premessa (43) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2164/98). Kienet biss l-iskema ta’ sussidji msemmija fil-premessi (115) u (116) hawn fuq (80 HHC ITA) li twaqqfet, filwaqt li f’xi każijiet oћra, il-kumpanniji individwali ma baqgћux aktar eliġibbli gћal ċerti skemi. Dan kien diġà rifless fil-kalkolu tar-rati tas-sussidju. L-iskemi ta’ sussidju konċernati li baqa’ għadhom jagћtu benefiċċji b’ċertu rikorrenza u m’hemmx ћjiel li dawn il-programmi ser jiġu mitmuma jew mibdula fil-futur qrib. Jekk is-sitwazzjoni ma tinbidilx, l-esportaturi tal-prodott in kwistjoni ser jkomplu jirċievu sussidji kumpensattivi. Kull esportatur hu eliġibbli gћal iktar minn programm wieħed ta’ sussidji. F’dawn iċ-ċirkostanzi kien meqjus raġonevoli li l-Kummissjoni tikkonkludi li s-sussidjar gћandu ċans jitkompla fil-futur.

(157)

Minħabba illi ġie muri li s-sussidjar kompla matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni u x’aktarx li jibqa’ gћaddej fil-futur, il-kwistjoni tal-probabilità ta’ ripetizzjoni tas-sussidjar hi irrilevanti.

E.   L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

I.   Produzzjoni Komunitarja

(158)

Matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, prodott simili kien manifatturat fil-Komunità minn dawn il-produtturi Komunitarji li ġejjin: Sandoz, DSM, ACS Dobfar SpA u Antibioticos S.A.. Sandoz talbu reviżjoni magћquda ta’ skadenza u ta’ natura temporanja tal-miżuri anti-sussidjarji fis-seħħ. DSM appoġġat it-talba filwaqt li Sandoz u DSM ikkoperaw bis-sћiћ matul l-investigazzjoni. Il-produtturi Komunitarji l-oћra la kkoperaw u lanqas opponew il-ftuħ tar-reviżjoni magћquda.

(159)

Produttur kollaboratur Komunitarju importa żewġ tipi tal-prodott konċernat mill-Indja matul il-perijodu kkunsidrat, kif ukoll minn stati terzi oћra. Din l-attività ma tibdilx il-kwalifika tiegћu bћala produttur skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. Imqabbel mal-produzzjoni Komunitarja tal-prodott simili, il-kwantitajiet importati mill-Indja matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni rrappreżentaw biss proporzjon relattivament żgћir ta’ inqas minn 10 %. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet tiegћu tal-prodott konċernat mill-Indja huma biss ta’ natura temporanja minħabba li qiegћed jirristruttura l-produzzjoni tiegћu fil-Komunità u beda jipproduċi tipi tal-prodott simili li qabel kien qiegћed jimportah, inter alia, mill-Indja.

II.   Tifsira ta’ l-industrija Komunitarja

(160)

Il-prodott simili maħdum mill-produtturi-kollaboraturi fil-Komunità matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni kien jirrappreżenta 70,5 % tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili. Dawn il-kumpanniji, gћalhekk, jirrappreżentaw l-industrija Komunitarja skond kif imfisser fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. Issir referenza għalihom bћala l-“industrija Komunitarja” minn hawn 'il quddiem.

F.   ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI FIS-SUQ KOMUNITARJU

I.   Introduzzjoni

(161)

L-istatistika rilevanti ta' l-Eurostat gћall-kodiċi TARIC 2941101010, 2941102010 u 2941900030 flimkien ma’ tagћrif miġbur mit-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju dwar l-industrija Komunitarja ntużaw fl-evalwazzjoni tal-volum u tax-xejriet tal-prezzijiet.

(162)

Tagћrif dwar l-industrija Komunitarja kien miksub mir-risposti mogћtija mill-produtturi kollaboraturi tal-Komunità li taw fi kwestjonarju verifikat.

(163)

Fejn kien meћtieġ minћabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, intużaw indiċijiet biex juru kif żviluppaw ix-xejriet.

(164)

Wara l-gћoti tat-tagћrif mitlub, esportatur saћaq li l-analiżi tad-danni kellha ssir skond it-tagћrif gћas-suq Komunitarju wara li sar it-tkabbir mill-1 ta’ Mejju 2004, jiġifieri kellu jinkludi l-10 Stati Membri ġodda.

(165)

Minħabba li l-Artikolu 11(1) tar-Regolament bażiku jistipula li tagћrif marbut maż-żmien li jiġi wara IP m’gћandux, normalment, jitqies, u minħabba li t-tkabbir sar wara l-IP, din is-sottomissjoni gћandha titwarrab. Fi kwalunkwe każ, it-tagћrif disponibbli juri li m’hemmx produzzjoni tal-prodott simili fl-10 Membri Stati ġodda u li setgħet tibdel is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

(166)

Barra dan, bћala kumment ġenerali, esportatur wieħed issottometta mingћajr ma kompla jissostanzja l-provi, li l-analiżi tad-danni kif żvelata ma qisietx il-fatturi kollha stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku u ma kenitx ibbażata fuq provi diretti.

(167)

Osservazzjonijiet konkreti dwar aspetti speċifiċi ta’ l-analiżi tad-danni ser jkunu indirizzati fil-kuntest tal-parti rispettiva ta’ l-analiżi hawn taћt. Iżda b’risposta gћall-kumment ġenerali, gћandu jintqal li (i) l-bażi gћall-analiżi tad-danni kienu fatti verifikati appoġġati minn provi u (ii) kif jintqal aktar ’l isfel, kienu meqjusa l-fatturi relatati kollha ta’ l-importazzjonijiet skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku, kif ukoll is-17-il indikatur imsemmija fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku li jitkellem dwar is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja u l-fatturi kollha magћrufa barra mill-importazzjonijiet sussidjati ta’ l-Artikolu 8(7) tar-Regolament bażiku.

II.   Determinazzjoni tas-suq Komunitarju in kwistjoni

(168)

Sabiex ikun stabbilit jekk l-industrija Komunitarja sofrietx danni jew le, u biex ikun determinat il-konsum u l-indikaturi ekonomiċi varji li huma marbuta mas-sitwazzjoni li tinsab fiha l-industrija Komunitarja, sar eżami dwar jekk u safejn l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-prodott simili mill-industrija Komunitarja kellu jkun meqjus fl-analiżi.

(169)

Fil-fatt, il-prodott simili jinbiegћ mill-industrija Komunitarja kemm lil (i) xerrejja li m’humiex relatati u (ii) stadji aktar avvanzati fl-ipproċessar tal-forma tal-prodott fi ћdan l-istess grupp ta’ kumpanniji (“entitajiet relatati”). Bejgћ lil entitajiet mhux relatati kienu meqjusa li jiffurmaw is-“suq ћieles”. Bejgћ lil entitajiet relatati gћal produzzjoni fi stadji aktar avvanzati fl-ipproċessar kienu meqjusa bћala użu ristrett minћabba fin-nuqqas ta’ gћażla ћielsa tal-fornitur.

(170)

Gћal dawn l-indikaturi ekonomiċi li ġejjin marbuta ma’ l-industrija Komunitarja, instab li analiżi u evalwazzjoni sinifikattivi kellhom jiffukaw fuq is-sitwazzjoni attwali fis-suq ћieles: il-volum u l-prezzijiet tal-bejgћ fis-suq Komunitarju, is-sehem fis-suq, it-tkabbir, il-qligћ, il-volum ta’ l-esportazzjoni u l-prezzijiet. Sabiex tingħata stampa sћiћa tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, fejn kien possibbli u ġustifikat, dawn il-konklużjonijiet kienu mqabbla mat-tagћrif miġbur dwar is-suq ristrett.

(171)

Rigward indikaturi ekonomiċi oћra, iżda, instab li skond l-investigazzjoni setgћu jkunu raġonevolment studjati biss b’referenza gћall-attività sћiћa. Fil-fatt, il-produzzjoni (sew dik ta’ suq ristrett kif ukoll ta’ suq ћieles), il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, il-ħażniet, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi, il-ћila li jinġabar kapital, jiddependu fuq l-attività sћiћa irrispettivament minn jekk il-produzzjoni tkunx ristretta jew mibjugћa fis-suq ћieles.

(172)

Żewġ esportaturi kkontestaw l-analiżi fir-rigward tas-swieq ћielsa u ristretti. Sostnew li dan ma kienx oġġettiv skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku.

(173)

Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-investigazzjoni preżenti stabbiliet separazzjoni ċara u netta bejn is-suq ћieles u dak ristrett. Fil-fatt, xerrej ristrett ma kellu l-ebda gћażla ћlief li jixtri mingћand il-fornitur ristrett tiegћu. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-analiżi kellha tiffoka primarjament fuq is-suq ћieles billi l-bejgћ fis-suq ristrett ma kienx soġġett gћal kompetizzjoni ma’ prodotti mibjugћa fis-suq ћieles u gћalhekk ma kienx affettwat mill-importazzjonijiet sussidjati. Ta’ min jinnota li minkejja din id-distinzjoni ċara, l-analiżi dwar id-danni ma injoratx is-suq ristrett. Gћall-kuntrarju, bћalma hu spjegat hawn isfel, is-sitwazzjoni fiż-żewġt iswieq kellha titpoġġa spalla ma’ spalla sabiex tintlaћaq deċiżjoni aћћarija li tkun oġġettiva u finali dwar l-istat ta’ l-industrija Komunitarja fit-totalità tagћha. Gћaldaqstant, l-argument imressaq gћandu jitwarrab.

III.   Konsum Komunitarju

(174)

Fil-kalkolu tal-konsum apparenti Komunitarju tal-prodott konċernat u tal-prodott simili, il-Kummissjoni żiedet:

il-volum ta’ l-importazzjonijiet totali tal-prodott konċernat u tal-prodott simili fil-Komunità kif rappurtat mill-Eurostat,

il-volum ta’ bejgћ tal-prodott simili fil-Komunità manifatturat mill-industrija Komunitarja,

il-volum ta’ l-użu ristrett tal-prodott simili mill-industrija Komunitarja,

u, abbażi tat-tagћrif miġbur fit-talba gћar-reviżjoni, il-volum previst ta’ bejgћ tal-prodott simili fil-Komunità mill-produtturi l-oћra magћrufa fil-Komunità.

Kif turi t-tabella hawn taћt, il-konsum Komunitarju tal-prodott konċernat u tal-prodott simili żdied f’51 % matul il-perijodu eżaminat.

Konsum

(kg)

1999

2000

2001

2002

IP

Prodott konċernat u prodott simili

2 482 053

3 240 481

3 254 464

3 801 666

3 745 549

indiċi

100

131

131

153

151

(175)

Il-GOI u esportatur wieħed issottomettew li d-dettalji tal-konsum kif spjegati hawn fuq gћandhom ikunu mgћarrfa f’aktar dettall, b’mod partikolari gћal kull produttur Komunitarju u billi ssir distinzjoni bejn il-konsum ћieles u dak ristrett. Kien ukoll argumentat li l-kredibilità tat-tagћrif miġbur dwar il-produtturi Komunitarji minbarra dawk fl-industrija Komunitarja ma ġietx iċċekkjata.

(176)

Ta’ min wieћed jinnota li l-industrija Komunitarja tikkonsisti f’żewġ partijiet li minnhom waћda topera fis-suq ristrett. Gћaldaqstant, minħabba l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku (“kunfidenzalità”) mhux possibbli jingћata aktar tagћrif dettaljat. Rigward it-tagћrif dwar produtturi Komunitarji li ma jagћmlux parti mill-industrija Komunitarja jrid jingћad li dawn il-produtturi ma kkollaborawx ma’ l-investigazzjoni. Fin-nuqqas ta’ tagћrif ieћor disponibbli dwar il-kontribut tal-konsum Komunitarju, intuża t-tagћrif ipprovdut fit-talba gћar-reviżjoni. Barra dan, l-ebda parti ma tat informazzjoni konfliġġenti, u fil-verifika lanqas ma tqajmu dubbji dwar il-kredibilità tagћhom.

IV.   Importazzjonijiet tal-prodott konċernat fil-Komunità

1.   Volum, prezz, u sehem fis-suq ta’ l-importazzjoni mill-Indja

Importazzjoni

(kg)

1999

2000

2001

2002

IP

Prodott konċernat

36 800

47 400

72 100

101 800

95 200

indiċi

100

129

196

277

259

(177)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet fil-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni kienu 159 % aktar mill-1999. Dawn l-importazzjonijiet kibru b’rata aktar mgћaġġla mit-tkabbir ġenerali tal-konsum ta’ 51 %, miż-żieda fl-importazzjoni minn stati terzi barra mill-Indja ta’ 13 % u miż-żieda fil-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità ta’ 80 % matul l-istess perijodu. Rigward l-istatus ta’ pajjiż qiegћed jiżviluppa li gћandha l-Indja u d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, instab li l-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja matul il-perijodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni rrappreżenta b’mod sinifikanti aktar minn 4 % ta’ l-importazzjoni totali tal-prodott simili fil-Komunità.

Medja tal-prezz ta’ importazzjoni gћal kull kg f’ EUR

1999

2000

2001

2002

IP

Prodott konċernat

34,66

33,94

35,51

36,57

35,34

indiċi

100

98

102

106

102

(178)

Il-prezz medju ta’ l-importazzjoni tal-prodott konċernat żdied bi ftit fejn laћaq l-ogћla punt fl-2002 u wara waqa’ lura gћal-livell ta’ qabel l-2001.

Sehem fis-suq KE

1999

2000

2001

2002

IP

Prodott konċernat

1,5  %

1,5  %

2,2  %

2,7  %

2,5  %

indiċi

100

99

149

181

171

(179)

Is-sehem fis-suq tal-Komunità ta’ l-importazzjoni Indjana żdied b’71 % matul il-perijodu eżaminat. Kien osservat li ż-żieda fl-indiċi kellha tammonta biss gћal 66 % minflok 71 %. Din hi sottomissjoni aritmetikament valida meta bbażata fuq is-sehem tas-suq f’perċentwal meħud għad-dritt (rounded down). Minkejja dan, l-indiċi hawn fuq hu kkalkulat korrettament. Sabiex isir indiċjar preċiż tas-sehem tas-suq ma sarx rounding tal-punti perċentwali. Dan jidher ċar meta jitqabblu figuri indiċjati u punti perċentwali gћall-1999 u l-2000. Dan il-metodu kien applikat b’mod konsistenti fit-tabelli kollha ta’ dan ir-Regolament.

2.   Tnaqqis fil-prezzijiet

(180)

Sabiex wieћed jasal gћat-tnaqqis fil-prezzijiet kien analizzat it-tagћrif dwar il-prezz matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Gћal dan il-gћan, kienu mqabbla il-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-industrija Komunitarja lill-ewwel klijenti mhux relatati fuq bażi ex-works mal-prezzijiet tal-bejgћ tal-produtturi esportaturi Indjani lill-ewwel klijenti indipendenti mill-Komunità, fuq livell ta’ importazzjoni CIF, u fiż-żewġ każijiet dan sar wara tnaqqis ta’ skonti, rifużjonjiet u kummissjonijiet.

(181)

Skond ir-risposti tal-kwestjonarju, sotto-tipi differenti tal-prodott konċernat u tal-prodott simili jistgћu jkunu definiti gћal skopijiet ta’ tqabbil ibbażati fuq it-tip ta’ prodott (jiġifieri amoxicillin trihydrate, ampicillin trihydrate u cefalexin) u l-varjanti (jiġifieri trab jew forma kompatta).

(182)

Il-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-industrija Komunitarja u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni CIF tal-produtturi esportaturi kienu mqabbla fuq l-istess livell kummerċjali, jiġifieri ma’ dawk ta’ kummerċjanti/distributuri fi ћdan is-suq Komunitarju, skond il-prezzijiet b’medja peżata gћal kull sotto-tip tal-prodott. Matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni kważi kull bejgћ tal-produtturi esportaturi Komunitarji sar permezz ta’ kummerċjanti/distributuri.

(183)

Ir-riżultati tat-tqabbil, meta miktuba f’perċentwali tal-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, urew marġini sinifikanti ta’ tnaqqis fil-prezz. Fuq bażi ta’ produttur esportatur, dawn il-marġini kienu jvarjaw bejn 11,5 % u 17,1 %. Minћabba f’hekk, dawn il-marġini ta’ tnaqqis jindikaw pressjoni kontinwa fuq il-prezzijiet magћmula mill-importazzjoni Indjana fuq is-suq Komunitarju minkejja l-eżistenza tal-miżuri.

V.   Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

1.   Produzzjoni, kapaċità, u użu tal-kapaċità

 

1999

2000

2001

2002

IP

Indiċi Produzzjoni

100

121

127

154

160

Indiċi Kapaċità

100

117

123

148

157

Indiċi ta’ l-użu tal-kapaċità

100

103

103

104

102

(184)

Bћala konsegwenza taż-żieda kontinwa fil-konsum Komunitarju, il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili żdiedet kontinwament fuq il-perijodu kkunsidrat. Din ix-xejra pożittiva spikkat aktar matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni meta wieћed mill-produtturi kollaboraturi Komunitarji beda l-produzzjoni ta’ tip wieћed tal-prodott simili fil-Komunità li qabel kien jimportah biss.

(185)

Il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja wriet l-istess xejra pożittiva bћall-produzzjoni. Dan hu parzjalment dovut gћal investimenti importanti f’impjant ta’ produzzjoni ġdid li saru matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni minn wieћed mill-produtturi kollaboraturi Komunitarji.

(186)

Ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità kienet stabbli f’livell relattivament gћoli matul il-perijodu kkunsidrat. Tali rata gћolja ta’ użu hi komuni f’din it-tip ta’ industrija minћabba fil-proċess kontinwu tal-lottijiet utilizzat fil-manifattura tal-prodott simili u minћabba fl-użu ristrett fil-każ ta’ l-industrija Komunitarja.

(187)

Wara li nġabar it-tagћrif, it-tliet esportaturi qalu li l-iżvilupp ta’ dawn il-fatturi ma juri l-ebda ћjiel ta’ ћsara. Iżda gћandu jkun osservat illi l-konklużjoni dwar il-ћsara ma kenitx ibbażata fuq dawn il-fatturi.

2.   Volum u prezz tal-bejgћ, sehem fis-suq u tkabbir

(a)   bejgћ fis-suq ћieles

Bejgћ fis-suq ћieles fil-Komunità

1999

2000

2001

2002

IP

Indiċi Volum

100

170

162

192

180

Indiċi Prezz medju tal-bejgћ

100

94

94

94

95

Indiċi Sehem fis-suq

100

130

123

125

120

(188)

Abbażi tal-progress favorevoli fil-konsum Komunitarju, il-volum ta’ bejgћ fis-suq ћieles ta’ l-industrija Komunitarja fil-Komunità żdied matul il-perijodu kkunsidrat. Il-volum ta’ bejgћ fis-suq ћieles ta’ l-industrija Komunitarja wera tkabbir ikbar minn dak tal-konsum tal-Komunità matul il-perijodu kkunsidrat. Iżda bejn l-2000 u l-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, iż-żieda fil-volum tal-bejgћ fis-suq ћieles ta’ l-industrija Komunitarja kienet inqas miż-żieda tal-konsum Komunitarju. Iż-żieda qawwija fil-volum ta’ bejgћ fis-suq ћieles ta’ l-industrija Komunitarja bejn l-1999 u l-2000 hu qabel xejn attribwit gћall-akkwist ta’ produttur ieћor Komunitarju mill-industrija Komunitarja. Minkejja dan, żieda ta’ 80 % fil-volum ta’ bejgћ fis-suq ћieles ta’ l-industrija Komunitarja fil-Komunità matul il-perijodu kkunsidrat kienet tispikka inqas miż-żieda ta’ 159 % ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat matul l-istess perijodu.

(189)

Il-GOI u erba’ esportaturi ppuntaw subgћajhom lejn iż-żieda ġenerali fil-bejgћ ta’ l-industrija Komunitarja bћala sinjal pożittiv u saћqu li l-konklużjonijiet milħuqa dwar id-danni ma jistgħux jorbtu fuqu. Komplew isostnu li t-tqabbil f’termini relattivi bejn il-prestazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma’ wieћed mill-esportaturi Indjani ser jiżvija l-konklużjonijiet minћabba d-differenza sinifikanti fid-daqs tal-kompetituri.

(190)

Bi tweġiba gћal dawn is-sottomissjonijiet gћandu jkun innotat illi l-iżvilupp fil-volum tal-bejgћ ma kienx meqjus fil-każ preżenti bћala fattur ewlieni li jindika kemm kienu d-danni mġarrba. Iżda billi t-tkabbir fil-bejgћ gћall-industrija Komunitarja jista’ jkun attribwit prinċipalment gћal akkwist fl-2000, jiġifieri l-integrazzjoni tal-bejgћ ta’ ex-kompetitur aktar milli bejgћ ġdid, lanqas ma jista’ jitqies bћala indikatur ta’ nuqqas ta’ ћsara. Barra minn hekk, fl-2001 u matul l-IP, il-volum ta’ bejgћ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq ћieles naqas.

(191)

Minkejja ż-żieda fid-domanda indikata mill-konsum fil-Komunità, il-prezzijiet medji tal-bejgħ fis-suq ħieles ta’ l-industrija Komunitarja naqas bejn l-1999 u l-2000. Dan jindika li hemm pressjoni mill-kompetituri fuq il-prezzijiet. Il-prezzijiet baqgħu tista’ tgħid stabbli fil-livelli l-baxxi sa l-aħħar tal-perijodu ta’ stħarriġ tar-reviżjoni għalkemm it-talba kompliet tikber.

(192)

Il-GOI u tliet esportaturi sostnew li l-iżvilupp tal-prezzijiet għandu jkun meqjus bħala pożittiv mill-industrija Komunitarja.

(193)

Din l-istqarrija ma tistax tiġi aċċettata. Fil-fatt, matul il-perijodu meqjus l-industrija Komunitarja ma kienet fl-ebda ħin fil-pożizzjoni li tikseb livelli ta’ prezzijiet mhux dannużi.

(194)

L-industrija Komunitarja żiedet sehemha fis-suq bi 30 % mill-1999 sa l-2000 b’detriment għall-ishma tas-suq li kellhom il-produtturi Komunitarji l-oħra u esportaturi minn stati terzi barra mill-Indja. Iżda s-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja waqa’ mill-2000 sal-perijodu ta’ stħarriġ tar-reviżjoni meta laħaq l-aktar livelli baxxi tiegħu mill-1999. Dan il-perijodu ħabat ma’ żieda qawwija fit-tkabbir ta’ l-ishma ta’ importazzjonijiet mill-Indja.

(195)

Esportatur saħaq li t-tnaqqis fis-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja fl-2001 u fl-IP huwa insinifikanti fid-dawl taż-żieda fl-2000 u kompla jirreferi għaż-żieda ġenerali fis-sehem tas-suq matul il-perijodu kkunsidrat.

(196)

Iżda din is-sottomissjoni ma tistax tiġi aċċettata għaliex hija mibnija fuq perspettiva iżolata li tqabbel l-1999 ma’ l-IP u iktar u iktar tinjora n-natura eċċezzjonali taż-żieda fl-2000. Ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni mingħand dan l-esportatur għaliex m’għandux jitqies negattiv dan l-iżvilupp ta’ sehem l-industrija Komunitarja fis-suq ħieles wara l-2000, liema żvilupp kien wieħed ta’ digressjoni ovvja.

(197)

F’dan il-kuntest, żewġ esportaturi oħra sostnew li, ladarba kien hemm żvilupp aktar pożittiv fis-suq ristrett, dan għandu jwassal għal għażla maħsuba mill-industrija Komunitarja li tippreferi timxi lejn is-suq aktar lukrattiv tal-formoli farmaċewtiċi preparati.

(198)

Dan l-argument ma jistax jintlaqa’ minħabba li jinjora ż-żieda fil-ħażna li setgħet kienet mibjugħa fis-suq ħieles.

(b)   bejgħ ristrett

Bejgħ ristrett fil-Komunità

1999

2000

2001

2002

IP

Indiċi Volum

100

88

124

180

189

Indiċi Medja tal-prezz tal-bejgħ

100

102

104

102

99

Indiċi Sehem fis-suq

100

67

95

117

125

(199)

Filwaqt li l-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità żdied bi 80 % matul il-perijodu studjat, il-bejgħ fis-suq ristrett żdied b'89 %. Ta’ min jinnota li mill-2001 kiber is-suq ristrett ta’ l-industrija Komunitarja, filwaqt li s-sitwazzjoni tiegħu fis-suq ħieles nistgћu ngћidu baqgћet ma nbidlet xejn. Dan jikkoinċidi ma’ dћul qawwi ta’ importazzjonijiet mill-Indja fis-suq ħieles, li jagħti x’jifhem li l-industrija Komunitarja għażlet li tibdel is-swieq ta’ l-inqas sa ċertu limitu sabiex tkun evitata kompetizzjoni diretta ma’ l-importazzjonijiet sussidjati tal-prodott konċernat bi prezzijiet baxxi.

(200)

Imġiba simili tista’ tiġi osservata meta wieħed iqabbel xejriet fit-tkabbir tas-sehem fis-suq ta’ l-industrija Komunitarja kemm fis-suq ħieles kif ukoll dak ristrett. Dan għal darb’oħra iżid ir-rilevanza strateġika tas-suq ristrett għall-industrija Komunitarja mill-2001.

(201)

Filwaqt li l-prezzijiet fis-suq ħieles bdew jonqsu diġà fl-2000, il-prezzijiet ta' trasferiment fis-suq ristrett komplew jiżdiedu bil-mod sa l-2001. Iżda sa mill-2002, il-prezzijiet fis-suq ristrett ħadu xejra 'l isfel ukoll. Dan jista’ jkun spjegat bil-fatt li l-prezzijiet tat-trasferiment ġeneralment ma rranġawx irwieħhom daqshekk malajr, għaliex m’humiex influwenzati minn kompetizzjoni diretta. Ta’ min jinnota li ċ-ċaqliq globali tal-prezzijiet fis-suq ħieles u l-bejgħ ristrett matul il-perijodu eżaminat huma l-istess.

3.   Ħażniet

Stokks

1999

2000

2001

2002

IP

Indiċi

100

74

100

141

161

(202)

Il-livelli ta’ ħażniet fl-aħħar tas-sena ta’ l-industrija Komunitarja rigward il-produzzjoni niżlu b’26 % mill-1999 sa l-2000 iżda imbagħad żdiedu drastikament b’aktar minn 115 % lejn tmiem il-perijodu ta’ stħarriġ tar-reviżjoni. Din iż-żieda saret fl-istess żmien meta l-importazzjoni mill-Indja rduppjat.

(203)

Il-GOI u erba’ esportaturi saħqu li ż-żieda fil-ħażniet ma kenitx għolja b’mod anormali u allura ma deherx li kien hemm ħsara. Barra dan, il-metodu ta’ użu tal-livelli ta’ ħażniet skond kif ikunu fl-aħħar tas-sena kien kontestat. Minflok kienu ssuġġeriti indikaturi aktar xierqa bħal tressiq ta’ livelli ta’ ħażniet medji jew ħażniet espressi f’termini tan-numru ta’ ġranet ta’ bejgħ.

(204)

B’risposta għal din is-sottomissjoni għandu jkun innotat illi kienet applikata l-metodoloġija standard tal-Komunità li tikkwantifika livelli ta’ ħażniet, metodu oġġettiv u magħmul skond l-obbligi tal-WTO. It-talba biex jintuża metodu ieħor ma kenitx sostanzjata u għalhekk is-suġġeriment li tintuża metodoloġija alternattiva kienet rifjutata. It-tieni nett, abbażi tal-fatti verifikati, ma jistax jiġi miċħud li l-livelli tal- ħażniet żdied drastikament.

4.   Qligћ

(a)   bejgħ fis-suq ħieles

Qligћ

(Bejgħ fis-suq ħieles tal-Komunità)

1999

2000

2001

2002

IP

Indiċi

– 100

113

239

146

87

(205)

Il-qligћ ta’ l-industrija Komunitarja espress f’termini ta’ redditu ta’ bejgћ nett fis-suq ћieles tjieb b’mod sinifikanti minn sitwazzjoni ta’ telf fl-1999. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti fl-1998, il-qligħ żdied sa l-2001, imma mbagћad iddeterjora drastikament aktar qrib il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Barra dan, ta’ min jinnota li l-industrija Komunitarja ma kienet fl-ebda ћin matul il-perijodu eżaminat f’pożizzjoni li tilћaq lanqas nofs il-marġini ta’ profitt li, skond l-investigazzjoni oriġinali, setgћet raġonevolment tilћaq fin-nuqqas ta’ l-importazzjoni sussidjata, jiġifieri 15 %. Il-progress tal-qligћ u b’mod partikolari t-tnaqqis tiegћu mill-2002 hu kkunsidrat importanti ћafna minħabba li jaffettwa l-livell tar-riżorsi finanzjarji disponibbli gћall-industrija Komunitarja gћall-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp li huma meћtieġa gћal iktar titjib fil-proċessi tal-produzzjoni ta’ prodotti eżistenti u ta’ l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda.

(206)

Il-GOI u erba’ esportaturi ressqu kummenti dwar l-analiżi tal-qligħ. Kien sostnut illi (i) l-industrija Komunitarja kisbet livelli raġonevoli ta’ qligħ, (ii) li marġini ta’ qligћ mhux dannuż ta’ 10 % (ara l-premessa (260)) ikun gћoli wisq u minflok 5 % jkun biżżejjed, (iii) it-tnaqqis fil-qligћ jista’ jkun fuq kollox attribwit gћall-politika ta’ investiment ta’ l-industrija Komunitarja, (iv) l-attivitajiet ta’ start up ta’ wieћed mill-partijiet jikkwalifikaw gћal dannu li hu awto-inflitt u (v) illi t-tiswir tal-qligћ kellu jkun żvelat għal kull produttur Komunitarju.

(207)

Ta’ min wieћed itenni li l-industrija Komunitarja fl-ebda ћin matul il-perijodu eżaminat ma kienet meqjusa f’pożizzjoni li tikseb marġini ta’ qligћ raġonevoli bћalma ntqal qabel. Gћalhekk, id-deterjorament mill-2002 kompla jaggrava sitwazzjoni li diġà ma kenitx sew. Barra minn hekk, skond iċ-ċirkustanzi speċjali tas-settur farmaċewtiku, marġini ta’ qligћ ta’ 5 % hu meqjus bћala li mhux biżżejjed. L-industrija Komunitarja ġabet provi li tista’ takkwista figuri komparabbli ta’ qligћ ta’ iktar minn 10 % gћal mediċini bl-ingrossa. Tali livelli ta’ qligћ huma meћtieġa gћas-settur farmaċewtiku biex joffrulu sostenibilità bir-riżorsi finanzjarji li hemm bżonn biex iwettaq tiġdid farmaċewtiku bir-riskji tiegћu ekonomiċi li huma kemm inerenti kif ukoll gћolja. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ marġini raġonevoli ta’ qligћ miksuba mill-industrija Komunitarja ma jistgћux jiġu mfissra sempliċement permezz tal-politika tagћha ta’ investiment. Kien biss produttur Komunitarju wieћed li kien f’fażi ta’ start up matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni, imma l-ebda parti ma kisbet marġini raġonevoli ta’ qligћ. Fl-aћћarnett, b’riferenza għall-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku (“kunfidenzalità”) mhux possibbli jkunu żvelati aktar dettalji.

(b)   bejgћ ristrett

Qligћ

(Bejgћ ristrett fil-Komunità)

1999

2000

2001

2002

IP

Indiċi

100

482

564

431

325

(208)

Ix-xejriet fil-qligћ tal-bejgћ ristrett isegwu l-istess linja, gћalkemm fuq livell aktar gћoli, jiġifieri żieda sa l-2001 u wara reġistrar ta’ tnaqqis. Id-differenzi fil-livelli ta’ qligћ jistgћu jkunu qabel kollox marbuta mal-fatti illi (i) l-ispejjeż ta’ bejgћ ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) gћall-bejgћ ristrett huma inqas gћaliex ma joћolqux spejjeż ta’ kummerċjalizzazzjoni, u (ii) gћal prezzijiet aktar gћolja ta’ trasferiment meta mqabbla mal-prezzijiet fis-suq ћieles. Fin-nuqqas ta’ livelli aktar gћolja ta’ profitt miksuba mill-bejgћ ristett, l-industrija ssib ruћha f’sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment agћar.

5.   Investimenti, redditu fuq l-investiment, likwidità u l-ћolqien ta’ kapital

 

1999

2000

2001

2002

IP

Indiċi Investimenti

0

100

300

1 123

351

Indiċi Redditu fuq l-investiment

– 100

160

286

161

91

Indiċi Flus fl-idejn

100

186

71

160

33

(209)

Wara l-1999 l-industrija Komunitarja baqgћet tinvesti fil-manifattura tal-prodott simili. B’mod partikolari fl-2002 investiet b’saћћa f’teknika ġdida ta’ produzzjoni sabiex tibqa’ kompetittiva, ittejjeb il-livelli ambjentali u ta’ sigurtà u żżid il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni.

(210)

Mill-1999 sa l-2001, jiġifieri wara l-impożizzjoni tal-miżuri, ir-redditu fuq l-investiment tjieb. Minn dakinhar, iżda, beda nieżel drastikament. Gћalkemm dan jista’ jkun parzjalment kaġun tal-fażi start-up ta’ impjant wieħed ġdid tal-produzzjoni, is-sitwazzjoni mhux sodisfaċenti tal-qligћ ikkawżata mill-pressjoni tal-prezzijiet tal-kompetituri kkontribwiet gћal din is-sitwazzjoni.

(211)

Matul il-perijodu eżaminat, il-varjazzjonijiet tal-likwidità ġġenerati mill-bejgћ tal-prodott simili huma sa ċertu punt il-konsegwenza tal-politika ta’ investiment ta’ l-industrija Komunitarja matul dan iż-żmien. Iżda t-tnaqqis drastiku fil-likwidità bejn l-2002 u l-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni ma jistgћux jitfissru biss b’dan il-fattur. Il-pressjoni tal-prezzijiet eżerċitata mill-kompetituri kkontribwiet ukoll gћall-iżvilupp mhux sodisfaċenti tal-likwidità.

(212)

L-industrija Komunitarja ma esperjenzat l-ebda diffikultà sinifikanti biex tkabbar il-kapital.

(213)

Waqt il-ġbir tat-tagћrif il-GOI u l-esportaturi qalu li (i) t-tagћrif hawn fuq kellu jingћata separatament gћal kull produttur Komunitarju, (ii) l-abilità li jkun maћluq il-kapital ma kienet issostni l-ebda sejbien ta’ ћsara, (iii) illi l-likwidità allegatament ma tistax issegwi dawn ix-xejriet speċjalment meta wieћed jikkunsidra x-xejriet tar-redditu fuq l-investimenti u l-qligћ u gћandu gћalhekk jerġa’ jkun eżaminat u (iv) l-analiżi ma tkunx kompluta jekk ma jkunx hemm aktar elementi ta’ prova.

(214)

Bi tweġiba gћal dawn is-sottomissjonijiet gћandu jkun imfakkar illi skond l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku (“kunfidenzalità”) ma jistax ikun mikxuf it-tagћrif dwar kull produttur Komunitarju. Rigward il-ћila ta’ ħolqien tal-kapital, ma saret l-ebda konklużjoni negattiva dwar dannu. Safejn hi kkonċernata s-sottomissjoni dwar il-likwidità, l-indiċi rispettiv kif imsemmi hawn fuq kien konfermat wara eżami mill-ġdid li sar b’reqqa. Dwar l-osservazzjoni ġenerali li l-analiżi rigward il-fatturi msemmija hawn fuq hija insuffiċjenti, wieћed gћandu jinnota li (i) s-sejbien ta’ danni mhux bilfors hu bbażat fuq dawn l-indikaturi u (ii) li s-sottomissjoni ma ppruvatx gћaliex aktar elaborazzjoni setgћet tbiddel il-konklużjoni ġenerali.

6.   Impjiegi, produttività u pagi

 

1999

2000

2001

2002

IP

Indiċi Impiegi

100

101

101

187

185

Indiċi Produttività

100

120

127

83

86

Indiċi Pagi

100

103

106

185

178

(215)

L-impjiegi marbuta mal-prodott simili baqgħu stabbli sa l-2001 iżda żdiedu ћafna fl-2002 grazzi gћat-twaqqif ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid fil-Komunità minn wieћed mill-produtturi kollaboraturi tal-Komunità. L-ammont sћiћ tal-pagi mexa fuq l-istess xejra. Iżda l-produttività gћal kull ћaddiem, gћalkemm żdiedet sa l-2001, naqset fl-2002. Dan seta’ faċilment ikun marbut mal-fażi ta’ start-up ta’ l-impjant il-ġdid ta’ produzzjoni. Ma nstab l-ebda ћjiel ta’ tnaqqis fl-effiċjenza matul l-investigazzjoni.

(216)

Il-GOI u erba’ esportaturi saћqu li x-xejriet fl-impiegi, fil-produttività u fil-pagi ma jsostnux il-konklużjoni ta’ sejbien ta’ dannu materjali fil-każ preżenti.

(217)

Iżda gћandu jkun innotat illi l-ebda konklużjoni simili ma saret gћall-impiegi u gћall-produttività. Rigward il-pagi, kien biss l-ammont totali ta’ pagi li żdied. Skond il-medja gћal kull impjegat, il-pagi saћansitra tnaqqsu bi ftit (ara t-tabella hawn taћt). Dan juri li (i) ma seћћ l-ebda żvilupp pożittiv fuq l-impjegati u (ii) l-industrija Komunitarja hi determinata li tkun effiċjenti fl-ispejjeż tagћha.

 

1999

2000

2001

2002

IP

Indiċi Pagi gћal kull impjegat

100

103

105

99

96

7.   Kobor tas-sussidju u rkupru minn sussidju passat

(218)

Meta jitqies il-volum u b’mod partikolari l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja, l-impatt ta’ l-ammont attwali ta’ sussidjar, li hu sinifikanti, ma jistax jitqies negliġibbli.

(219)

F’dan il-kuntest il-GOI u tliet esportaturi qalu li l-marġini tas-sussidju ġew imkabbra żżejjed.

(220)

Iżda skond kif spjegat fil-premessi (153) u (154) hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li l-ammont tas-sussidji kumpensattivi espressi ad valorem gћall-produtturi esportaturi investigati jvarja bejn 25,3 % u 35,1 %. Dan hu sejbien ċar ta’ sussidjar sinifikanti.

(221)

Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet matul iż-żmien ikkunsidrat. Iżda ma rkupratx kompletament minn sussidjar passat u baqgћet dgћajfa.

VI.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

(222)

Bejn l-1999 u l-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, il-volum ta’ importazzjonijiet sussidjati tal-prodott konċernat żdied b’mod sinifikanti b’159 % u s-sehem tagћhom fis-suq Komunitarju żdied b’70 %. Dan l-iżvilupp jikkuntrasta ma’ dak inqas favorevoli gћall-esportaturi minn pajjiżi oћra u gћall-industrija Komunitarja. L-importazzjoni minn pajjiżi oћra gћas-suq Komunitarju żdiedet biss b’7 % matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni u sehemhom fis-suq anki naqas b’29 %. Il-volum tal-bejgћ ta’ l-industrija Komunitarja żdied bi 80 % u sehemha fis-suq żdied b’20 % matul iż-żmien mistћarreġ. Iżda dan l-iżvilupp pożittiv jista’ jkun attribwit essenzalment għall-akkwist ta’ produttur ieћor Komunitarju mill-industrija Komunitarja fl-2000. Mill-2001 ix-xejra fl-iżvilupp tas-sehem fis-suq gћall-industrija Komunitarja kompliet tkun suġġett ta’ digressjoni. Wieћed seta’ jinnota li fl-2000 l-industrija Komunitarja ma laћћqitx, f’termini relattivi, maż-żieda fil-konsum Komunitarju u l-progress b’saћћtu tal-kompetituri Indjani fis-suq Komunitarju.

(223)

F’dan il-kuntest wieћed gћandu jqis li l-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja kienu konsistentement inqas minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perijodu eżaminat. Barra minn hekk, matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat kienu inqas minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja. Fuq bażi medja peżata, it-tnaqqis fil-prezzijiet matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni kien bejn 11,5 % u 17,1 %.

(224)

Bћala konsegwenza ta’ din il-pressjoni tal-prezzijiet magћmula mill-importazzjonijiet sussidjati Indjani, l-industrija Komunitarja ma kienet fl-ebda ћin meqjusa f’pożizzjoni li tilћaq livelli ta’ prezzijiet mhux dannużi matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni. Gћalkemm il-qligћ ta’ l-industrija Komunitarja gћall-bidu tjieb wara d-dћul tal-miżuri, iddeterjora mill-2001 u l-livell attwali hu ferm inqas minn dak li seta’ kien milћuq raġonevolment fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet sussidjati, jiġifieri 10 % tal-fatturat (ara l-premessa (260)). Iżda hu biss livell aċċettabbli ta’ qligћ li ser jћalli lill-industrija Komunitarja f’pożizzjoni vijabbli b’mod sostenibbli.

(225)

Din ix-xejra negattiva gћall-industrija Komunitarja toћroġ ċara wkoll fl-istampa mfassla mix-xejriet tar-redditu fuq l-investiment u tal-likwidità.

(226)

Rigward bejgћ ristrett, l-gћażla ta’ l-industrija Komunitarja li tbigћ parti mill-produzzjoni tagћha fis-suq ristrett taha ċ-ċans li żżomm il-livelli gћoljin milћuqa fl-użu tal-kapaċità. Użu gћoli bћal dan iwassal gћal tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni minћabba fl-ekonomiji ta’ skala. Barra dan, kif diġà spjegat, ix-xejriet fil-volumi tal-bejgћ, fil-prezzijiet u fis-sehem tas-suq bejn is-suq ћieles u dak ristrett ma tantx varjaw b’mod sinifikanti. Fin-nuqqas ta’ qligћ aktar gћoli miksub mill-industrija fil-bejgћ ristrett, l-industrija tkun f’qagћda finanzjarja ferm agћar. Gћalhekk, l-użu ristrett ma jikkontribwixxix gћas-sitwazzjoni dannuża. Gћall-kuntrarju, mingћajr suq ristrett, is-sitwazzjoni dannuża ta’ l-industrija Komunitarja tista’ tkun aktar agћar minn hekk.

(227)

Żewġ esportaturi qatgћuha li wieћed ma jistax jikkonkludi li l-bejgћ fis-suq ristrett ma tax daqqa ta’ id lis-sitwazzjoni dannuża ta’ l-industrija Komunitarja gћaliex il-prezzijiet tal-bejgћ ristrett huma allegatament mhux ta’ min jorbot fuqhom, jiġifieri l-qligћ tal-bejgћ ristrett kien ikun gћoli wisq u mistћajjel.

(228)

Madankollu, qligћ aktar gћoli fis-suq ristrett ma kienx primarjament ir-riżultat ta’ prezzijiet ta’ trasferiment aktar gћolja, imma huwa b’mod partikolari attribwit gћal SG&A aktar baxxi (ara l-premessa (208)). Barra minn hekk, din is-sottomissjoni tinjora l-effetti ta’ l-ekonomiji ta’ skala. Gћaldaqstant ma tistax tibdel il-konklużjoni li l-bejgћ ristrett ma kellux sehem fil-ћsara.

(229)

Bћala riżultat, kien hemm qbil illi, ġeneralment, l-industrija Komunitarja sofriet danni materjali skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Gћandu jkun imfakkar illi l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku ma joћloqx il-bżonn li l-indikaturi ekonomiċi kollha gћall-industrija Komunitarja gћandhom ikunu negattivi sabiex tkun stabbilita ћsara materjali. Barra minn hekk, mhux l-indikaturi ekonomiċi kollha gћandhom l-istess piż. Il-qligћ, iżda, hu wieћed mill-indikaturi ekonomiċi ewlenin billi jifforma l-gћan aћћari ta’ kull intrapiża ekonomika. Fil-każ preżenti kienu stabbiliti livelli ta’ qligћ inqas milli mistenni. Indikatur ieћor importanti li juri ћsara u li gћandu impatt qawwi fuq il-qligћ hu l-livell ta’ prezzijiet. Matul il-perijodu eżaminat l-industrija Komunitarja qatt ma kienet f’pożizzjoni li tikseb livelli ta’ prezzijiet mhux dannużi fis-suq ћieles u dan minћabba fi pressjoni esterna ta’ prezzijiet, l-aktar minn importazzjonijiet mill-Indja sussidjati b’mod aggressiv.

VII.   Effett ta’ l-importazzjonijiet sussidjati

(230)

Fl-2000, l-Indja tilfet il-pożizzjoni tagћha bћala t-tieni l-akbar esportatur lejn is-suq Komunitarju gћal perijodu interim, x’aktarx minћabba l-impożizzjoni ta’ miżuri, filwaqt li ta’ min jinnota li esportaturi mill-Oman rebћu sehem fis-suq. Iżda, minn dak iż-żmien, l-esportaturi Indjani mhux talli rkupraw il-pożizzjoni tagћhom, imma talli matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni saћansitra ћadu t-tmun f’idejhom bћala l-akbar esportaturi lejn il-Komunità.

(231)

Dan it-tkabbir fil-volum ta’ l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja, b’mod partikolari mill- 2002, ikkoinċida mal-fatt li fl-2002 il-qligћ ta’ l-industrija Komunitarja żdied meta mqabbel ma’ l-2001, jiġifieri b’madwar 36 %. Instab illi, matul dan iż-żmien, produttur wieћed Komunitarju stabbilixxa impjant ġdid u sab ruћu f’fażi ta’ start-up li seta’ kellha effett fuq il-qligћ tiegћu matul dak il-perijodu. Iżda nstab ukoll li produttur ieћor tal-Komunità, li ma kienx f’fażi ta’ start-up, sab ma’ wiċċu tnaqqis sinifikanti fil-qligћ ta’ 17 % meta mqabbel ma’ l-2001, li kompla tnaqqas matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Iktar, bћalma kien spjegat fil-premessa (207), l-industrija Komunitarja ma kienet fl-ebda ћin f’pożizzjoni li tilћaq livelli ta’ prezzijiet mhux dannużi. Gћall-kuntrarju, u gћal darba oћra fl-2002, l-industrija Komunitarja kellha tbaxxi l-prezzijiet sabiex tћares sehemha fis-suq.

(232)

Meta ngћata t-tagћrif, tliet esportaturi qalu li s-sehem ta’ l-importazzjonijiet Indjani fis-suq Komunitarju, 2,5 % matul l-IP, u l-volum tagћhom fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet totali, 8,4 % matul l-IP, fejn it-tnejn li huma naqsu ftit meta mqabbla ma’ l-2002, kienu jkunu żgћar u marġinali wisq biex ikollhom xi impatt dannuż l-aktar fir-rigward tas-sehem ikbar tas-suq li gћandha l-industrija Komunitarja. Barra minn hekk, kien sostnut illi l-analiżi mfissra f’termini relattivi setgħet tat impressjoni ћażina minħabba li l-Indja bdiet minn livell vera baxx fl-1999 b’1,5 % sehem mis-suq u 3,7 % volum ta’ l-importazzjonijiet.

(233)

Bi tweġiba gћal din is-sottomissjoni, gћandu jitqies li kemm is-sehem tas-suq kif ukoll il-volum ta’ l-importazzjonijiet ta’ l-Indja matul l-IP kienu ’l fuq sew mil-livelli de minimis stabbiliti fl-Artikoli 10(11) u 14(4) tar-Regolament bażiku, u gћaldaqstant dan jista’ jkollu effett kawżali. Skond l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, effett kawżali jista’ jkun muri mod ieћor jew permezz tal-volum ta’ l-importazzjonijiet jew bil-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet sussidjati. Dan l-impatt fuq il-livell tal-prezz jista’ jidher b’mod ċar fil-każ preżenti. Bћalma kien diġà stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali, il-prodott taћt il-lenti hu oġġett neċessarju fi kwantitajiet kbar, hu sensittiv immens gћall-prezz u jwieġeb malajr gћal kwalunkwe pressjoni negattiva. F’każijiet simili, kwantitajiet żgћar jistgћu jaffettwaw il-prezzijiet fis-suq. Fil-fatt f’dan il-każ, matul il-perijodu kkunsidrat, il-prezzijiet Indjani stabbilixxew il-medja tal-punt ta’ referenza tal-pressjoni tal-prezz.

(234)

Kien gћalhekk ikkonfermat li l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja kellhom impatt negattiv konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perijodu meqjus, b’mod partikolari f’termini ta’ qligћ.

VIII.   L-impatt ta’ fatturi oћra

1.   Importazzjonijiet minn stati terzi

Importazzjonijiet minn stati terzi

1999

2000

2001

2002

IP

Volum (kg)

Indja

36 800

47 400

72 100

101 800

95 200

Indiċi

100

129

196

277

259

Oman

77 400

119 700

85 100

88 400

93 500

Indiċi

100

155

110

114

121

Stati Uniti

11 100

2 800

16 600

106 300

70 000

Indiċi

100

25

149

932

631

Ċina

0

3 900

21 800

75 600

63 000

Indiċi

0

100

559

1 938

1 615

Korea ta’ Isfel

19 800

75 300

40 200

54 500

45 000

Indiċi

100

380

203

275

227

Singapor

0

4 600

128 300

62 700

37 700

Indiċi

0

100

2 789

1 363

820

Prezz medju ta’ l-importazzjoni gћal kull kg (€)

Indja

34,66

33,94

35,51

36,57

35,34

Indiċi

100

98

102

106

102

Oman

36,10

36,21

39,30

39,15

38,34

Indiċi

100

100

109

108

106

Stati Uniti

74,87

115,35

108,90

101,40

48,74

Indiċi

100

154

145

135

65

Ċina

0,00

188,97

116,06

68,22

58,59

Indiċi

0

100

61

36

31

Korea ta’ Isfel

34,84

37,52

37,66

45,59

48,06

Indiċi

100

108

108

131

138

Singapor

0,00

76,88

57,47

57,47

51,28

Indiċi

0

100

75

75

67

(235)

L-importazzjonijiet tal-prodott eżaminat minn pajjiżi barra mill-Indja żdiedu b’7 % biss bejn l-1999 u l-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, jiġifieri ћafna inqas mir-rata li biha żdied il-konsum tal-Komunità. Fost dawn il-pajjiżi, l-Oman, l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Isfel u Singapor huma l-fornituri ewlenin tas-suq Komunitarju. Iżda l-prezzijiet medji tagћhom ta’ l-importazzjonijiet huma ћafna ogħla mill-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Indjani u anki mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, ћlief gћall-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Oman. Dawn ta’ l-aћћar gћandhom livell li jista’ jitqabbel mal-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja imma ż-żieda fis-sehem tas-suq ta’ l-Oman matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni kienet ћafna inqas evidenti minn dik ta’ stati terzi.

(236)

Wara l-gћoti tat-tagћrif, il-GOI u żewġ esportaturi oћra qalu li d-dazju kumpensattiv li hemm fuq l-importazzjonijiet Indjani kellu jkun meqjus meta tqabblu l-prezzijiet medji tal-bejgћ. Dan allegatament kellu jwassal gћal livelli ta’ prezzijiet kważi l-istess bejn dawk Indjani u ta’ l-Oman. Barra dan, kien osservat illi l-prezzijiet medji minn uћud mill-istati terzi, fejn spikkaw l-Istati Uniti u ċ-Ċina, naqsu b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat filwaqt li inter alia żdiedu l-prezzijiet Indjani. Esportatur ieћor argumenta wkoll illi t-tnaqqis fil-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja bejn l-2002 u l-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni ma kinux meqjusa sew fl-analiżi, illi l-istati terzi l-oћra kienu l-fornituri ewlenin u li l-prezzijiet medji mill-Korea ta’ Isfel u l-Indja kienu l-istess mill-1999 sa l-2001.

(237)

Rigward id-dazju kumpensatorju oriġinali li kien hemm, gћandu jkun innotat illi l-maġġoranza kbira ta’ l-importazzjonijiet mill-Indja kienu jew soġġetti gћal rata żero ta’ dazju jew gћal rata ta’ dazju li xorta twassal gћal medja inqas fil-prezzijiet ta’ ħatt l-art mil-livelli medji tal-prezzijiet mill-Oman. Gћaldaqstant, il-prezzijiet medji mill-Oman ma kellhomx l-istess saћћa ta’ pressjoni tal-prezzijiet. Barra minn hekk, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-istati terzi l-oћra kollha kienu wkoll medjament aktar gћoljin mil-livelli tal-prezzijiet Indjani matul il-perijodu eżaminat li, gћal darba oћra jidentifika b’mod ċar lill-Indja bћala s-sors ewlieni ta’ pressjoni fuq il-prezzijiet. Mill-aspett ta’ volum, hi korretta l-osservazzjoni li l-Indja ma kenitx l-uniku gћajn ta’ importazzjoni ewlenija matul il-perijodu kollu taż-żmien ikkunsidrat. Iżda ta’ min ifakkar li l-Indja hi l-uniku pajjiż soġġett gћall-miżuri. Dan kellu tassew impatt fuq il-qagћda tan-negozju tal-prodott konċernat. Barra minn hekk, minkejja l-miżuri, l-importazzjonijiet Indjani kibru b’ċertu saћћa mill-2001 u l-Indja rkuprat il-pożizzjoni tagћha bћala t-tieni l-akbar esportatur fl-2002 sabiex saret anki l-akbar wieћed matul l-IP. Gћaldaqstant, it-tnaqqis żgћir fl-importazzjonijiet Indjani bejn l-2002 u l-IP ma kellu l-ebda effett fuq is-suq, li eventwalment ippremja l-politika tal-prezzijiet Indjana. Minħabba f’hekk ma jistgћux jintlaqgћu dawn l-argumenti. Kien gћalhekk ikkonfermat illi l-importazzjonijiet minn stati terzi ma setgћu ћolqu l-ebda dannu lill-industrija Komunitarja, liema dannu seta’ kisser l-effett kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u d-dannu sofrut mill-industrija Komunitarja.

2.   Żvilupp tal-konsum tas-suq Komunitarju

(238)

Il-konsum tal-prodott mistћarreġ fis-suq Komunitarju żdied b’51 % matul iż-żmien ikkunsidrat. Gћalhekk, id-dannu sofrut mill-industrija Komunitarja ma jistax ikun attribwit gћal tnaqqis tat-talba fis-suq Komunitarju.

3.   L-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(239)

Il-prestazzjoni fl-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kibret b’16 % matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni. Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kienu bħala medja 10 % sa 15 % aktar gћoljin mill-prezzijiet tal-bejgћ fil-Komunità. Gћaldaqstant, l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma setgћetx tikkontribwixxi gћas-sitwazzjoni dannuża.

(240)

F’dan il-kuntest il-GOI u esportatur wieћed qalu li skond it-tweġibiet għall-kwestjonarju, l-industrija Komunitarja semmiet il-kompetizzjoni iebsa maħluqa mill-kompetituri Indjani fi swieq ta’ stati terzi li wasslet biex l-industrija Komunitarja tbaxxi l-prezzijiet u titlef sehemha fis-suq ta’ stati terzi, argument li prima facie gћandu jikkontradixxi l-konklużjoni msemmija hawn fuq. Gћalhekk, fuq dak li ntqal fl-evalwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, m’gћandu jkun hemm l-ebda dannu gћas-suq Komunitarju jew rabta kawżali ma’ l-importazzjonijiet Indjani.

(241)

F’dan ir-rigward, ta’ min jgћid li ġaladarba hemm tkabbir dinji fis-suq ta’ tali prodotti, m’hemm l-ebda kontradizzjoni bejn xi tnaqqis fil-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni u t-telf min-naћa ta’ l-industrija Komunitarja fis-sehem tas-suq fi stati terzi, lanqas il-fatt li l-volum ta’ tali esportazzjonijiet attwalment żdied u li l-prezzijiet tagћhom kienu ogћla minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja gћall-bejgћ fil-Komunità. Gћaldaqstant gћalkemm il-prestazzjoni fl-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja setgћet marret aћjar mingћajr il-kompetizzjoni tas-suq fi stati terzi ta’ l-esportazzjoni Indjana bi prezzijiet baxxi sussidjati, m’hemm l-ebda ћjiel illi minћabba kif marret fl-esportazzjoni, l-industrija Komunitarja ma kenitx soġġetta gћal kompetizzjoni dannuża tal-prezzijiet fis-suq Komunitarju, sitwazzjoni li essenzalment kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet Indjani bi prezzijiet baxxi u sussidjati. Gћaldaqstant l-argument gћandu jiġi miċћud.

4.   Kompetittività ta’ l-industrija Komunitarja

(242)

L-industrija Komunitarja hi kompetitur importanti gћall-prodott konċernat bћalma juri sehemha fis-suq u investiet kontinwament biex iżżomm il-produzzjoni tiegћu fuq quddiem nett fit-teknoloġija. It-tnaqqis fil-produttività gћal kull ћaddiem fuq bażi ta’ kg wara l-2001 jista’ jkun attribwit esklussivament gћall-fażi ta’ start-up ta’ l-impjant ta’ produzzjoni ġdid ta’ wieћed mill-produtturi Komunitarji. Gћalhekk huwa biss ta’ natura temporanja. Bћala riżultat, ma kien hemm l-ebda ћjiel li n-nuqqas ta’ kompetittività seta’ kisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-Indja u d-dannu mġarrab mill-industrija Komunitarja.

5.   Użu Ristrett

(243)

Bћalma ntqal fil-premessa (226), kien deċiż li l-użu ristrett ma kellux sehem fis-sitwazzjoni dannuża. Gћall-kuntrarju, mingћajr suq ristrett, is-sitwazzjoni dannuża ta’ l-industrija Komunitarja setgћet kienet saћansitra agћar.

Ġ.   POSSIBILITÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIPETIZZJONI TAL-ĦSARA

(244)

Skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku sar eżami dwar jekk l-iskadenza tal-miżuri infurzati setgћetx twassal gћal kontinwazzjoni jew ripetizzjoni tal-ћsara.

(245)

Bћalma kien spjegat fil-premessi (161) sa (243), kien stabbilit li matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni u minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-industrija Komunitarja kompliet issofri danni kkawżati mill-importazzjonijiet issussidjati tal-prodott konċernat. Il-livell ta’ tneћћija tal-ћsara matul l-investigazzjoni preżenti varja bejn 17,3 % u 48,1 % u hu aktar gћoli minn dak stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali (bejn 12,6 % u 28,9 %), minkejja l-fatt li f’din ir-reviżjoni l-marġini raġonevoli ta’ profitt gћall-industrija tal-Komunità tnaqqas b’terz meta mqabbel ma’ l-investigazzjoni oriġinali (ara l-premessa (260) isfel). Barra dan, l-investigazzjoni wriet li minkejja l-bejgћ domestiku u l-esportazzjoni lejn pajjiżi oћra, xorta kien gћad hemm kapaċità mhux utilizzata sinifikanti gћall-prodotti investigati fl-Indja, speċjalment ma’ esportaturi li kienu soġġetti gћal rati ta’ dazji gћoljin fil-Komunità. Gћaldaqstant kienet meqjusa raġonevoli l-konklużjoni li l-importazzjonijiet sussidjati u bi prezz baxx mill-Indja setgћu jkomplu jiżdiedu u gћalhekk kien hemm ċans li d-dannu seta’ jitkompla fil-futur kieku l-miżuri kellhom jiġu fi tmiem.

(246)

Minħabba li l-industrija Komunitarja gћadha ssofri dannu materjali kawżat minn importazzjonijiet sussidjati minkejja l-eżistenza ta’ miżuri, ma kienx meћtieġ aktar stћarriġ tal-possibilità li l-ћsara tirrepeti ruћha.

H.   INTERESS TAL-KOMUNITÀ

I.   Introduzzjoni

(247)

Ġie meqjus jekk kienx hemm raġunijiet validi gћaliex kellu jiġi konkluż li mhux fl-interess tal-Komunità li jitkomplew il-miżuri applikati fil-każ partikolari. Gћal din ir-raġuni u skond l-Artikolu 31(1) tar-Regolament bażiku, kien meqjus l-impatt potenzali tal-miżuri fuq il-partijiet kollha involuti fl-investigazzjoni. Sabiex jiġi kkunsidrat jekk hux fl-interess tal-Komunità li l-miżuri jitkomplew, intbagћtu kwestjonarji lil utenti u lil importaturi tal-prodott konċernat, u lil fornituri qrib is-sors tal-materja prima użati fil-produzzjoni tal-prodott simili.

II.   L-interess ta’ l-Industrija Komunitarja

(248)

Bћalma ntqal qabel, l-industrija Komunitarja li qiegћda tipproduċi l-prodott simili qiegћda kontinwament iżżid il-produzzjoni tagћha. Dan kien possibbli grazzi gћat-tkabbir kontinwu ta’ investimenti magћmula mill-industrija Komunitarja sabiex iżżomm il-kapaċità tagћha li tikkompeti minħabba li tappartjeni gћall-kompetituri ewlenin tal-prodott mistћarreġ. Ta’ min ifakkar illi matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, l-industrija Komunitarja espandiet il-faċilitajiet tagћha ta’ produzzjoni, waqqfet fabbrika ġdida fil-Komunità u ћejjiet pjanijiet gћat-twaqqif ta’ faċilità oћra ġdida fil-Komunità. Dan il-proċess ta’ investiment kontinwu mill-industrija tal-Komunità qiegћed jiġi mhedded b’mod partikolari minn żvilupp mhux sodisfaċenti tal-qligћ tagћha kkawżat mill-pressjoni kontinwa tal-prezzijiet magћmula mill-importazzjonijiet Indjani tal-prodott konċernat fis-suq tal-Komunità.

Hu mifhum li mingћajr il-miżuri fis-seħħ li jilqgћu gћall-effetti ta’ l-importazzjonijiet sussidjati, l-industrija Komunitarja ser tkompli tiffaċċja tnaqqis fil-prezzijiet u gћaldaqstant ikun hemm tnaqqis fil-prezzijiet bl-impatt negattiv tagћha fuq il-qligћ, fuq ir-redditu ta’ l-investimenti u fuq il-likwidità. Eventwalment dan kollu jista’ jqiegћed il-vijabilità ta’ l-industrija Komunitarja f’riskju. Konsegwentement ġie konkluż illi n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-miżuri ma jkunx fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja.

III.   Interess ta’ l-importaturi/negozjanti

(249)

Inbagћtu kwestjonarji lill-importaturi/negozjanti kollha tal-prodott konċernat li huma magћrufa imma wieћed biss minn dsatax bagћat tweġiba. Madankollu, l-importatur kollaboratur ma kkummentax dwar l-impatt potenzali tat-tkomplija tal-miżuri fuq in-negozju tiegћu. Jidher li, skond it-tagћrif miġbur, l-importaturi/negozjanti fil-Komunità jixtru l-prodott mistћarreġ mingћand varjetà ta’ sorsi. Minħabba li m’hemm l-ebda differenza fundamentali fil-kwalità bejn il-prodott importat mill-Indja u dak miksub minn kwalunkwe sors ieћor, kien meqjus li l-importaturi/negozjanti fil-Komunità mhux ser ikollhom diffikultà jakkwistaw il-prodott minn sorsi differenti jekk il-miżuri jitkomplew. Barra dan, l-importatur kollaboratur hu attivament involut fil-kummerċ ta’ varjetà kbira ta’ prodotti oћra u gћaldaqstant mhux jiddependi b’mod vitali fuq il-prodott konċernat. Gћalkemm il-bejgћ tiegћu tal-prodott konċernat matul il-perijodu kkunsidrat żdied b’saћћa (seba’ darbiet fil-volum), dan il-bejgћ jirrappreżenta biss parti żgћira mill-fatturat totali tiegћu (madwar 1,4 % matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni). Fl-aћћarnett, l-importatur ma indikax jekk f’każ li jitkomplew il-miżuri jkunx hemm impatt fuq l-impjiegi minħabba li l-attivitajiet ta’ l-importazzjoni m’humiex intensivi fir-rigward ta’ xogħol.

(250)

Gћalkemm l-importaturi/negozjanti jistgħu ma jkunux favur il-miżuri, jista’ jiġi konkluż, skond it-tagћrif disponibbli, li tali interess li possibbilment jippermetti l-waqfien tal-miżuri ma jaqbiżx l-interess attwali ta’ l-industrija Komunitarja li tkompli tindirizza prassi inġusti u dannużi tal-kummerċ Indjan bћalma hu spjegat fil-qosor fil-premessa (248).

IV.   Interess tal-fornituri qrib is-sors

(251)

Sabiex ikun evalwat l-effett li jista’ jkollha t-tkomplija tal-miżuri kumpensattivi fuq il-fornituri qrib is-sors ta’ l-industrija Komunitarja, tqassam kwestjonarju lil kull fornitur magћruf bћala tali. Intbagћtu total ta’ sitt kwestjonarji li minnhom kien hemm żewġ tweġibiet. Dawn il-fornituri qrib is-sors, li jipprovdu l-aktar glucose u dextrose lill-industrija Komunitarja, huma favur it-tkomplija tal-miżuri. Gћalkemm l-industrija Komunitarja ma tappartjenix gћall-aktar klijenti importanti ta’ dawn il-fornituri qrib is-sors, dan in-negozju xorta jagћti sehmu fl-impjiegi u fil-qligћ tal-fornituri qrib is-sors. Jekk l-industrija Komunitarja tnaqqas jew anki twaqqaf il-produzzjoni tal-prodott simili tkun qiegћda tirriskja l-benefiċċju ta’ din it-tip ta’ relazzjoni kummerċjali.

(252)

Gћaldaqstant, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tagћrif li jsostni l-kuntrarju, kien deċiż li t-tkomplija tal-miżuri ser issostni l-interessi tal-fornituri qrib is-sors.

V.   Interess ta’ l-utenti

(253)

Intbagћtu kwestjonarji lil ћames utenti Komunitarji magћrufa tal-prodott konċernat, jiġifieri kumpanniji farmaċewtiċi. Il-Kummissjoni talbet, fost tagћrif ieћor, il-kummenti tagћhom dwar jekk it-tћollija ta’ l-infurzar tal-miżuri tkunx ta’ interess gћall-Komunità u kif dawn il-miżuri ser ikomplu jaffettwawhom. Iżda ma kienu riċevuti l-ebda risposti gћall-kwestjonarju u gћalhekk l-ebda kumment ma sar magћruf. Meta wieћed iqis li l-utenti jistgћu jiksbu l-prodott mistћarreġ mhux biss mill-Indja iżda wkoll minn sorsi oћra, u ladarba kien hemm nuqqas ta’ tagћrif dwar l-impatt ekonomiku tal-miżuri fuq in-negozju stess ta’ l-utenti (per eżempju, l-impjiegi, il-qligћ, il-politika ta’ l-investiment), ma kienx possibbli jkun stabbilit l-ebda interess li gћandu xi importanza partikolari gћall-utent.

(254)

Gћalkemm — minkejja s-silenzju tagћhom — l-utenti mhux bilfors huma favur il-miżuri, skond it-tagћrif miġbur mill-partijiet kollaboraturi interessati, l-ebda interess sostanzjat ta’ l-utenti fit-twaqqif tal-miżuri ma jista’ jirbaћ lill-interess attwali ta’ l-industrija Komunitarja li tkompli tindirizza prassi inġusti u dannużi tal-kummerċ Indjan bћalma hu spjegat fil-qosor fil-premessa (248).

(255)

Esportatur wieћed sostna li l-interessi tal-konsumaturi fil-Komunità ma tteћdux bis-serjetà biżżejjed u gћalhekk l-analiżi ta’ l-interessi Komunitarji ma saritx skond l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku. Intqal li l-interessi tal-konsumaturi jistgћu jiġu mittiefsa jekk il-produtturi ta’ formoli farmaċewtiċi jgћaddu minn xi allegata żieda fil-prezzijiet minћabba fiż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-forom finali tad-doża.

(256)

B’risposta gћal din is-sottomissjoni wieћed gћandu jfakkar li l-ebda gћaqda tal-konsumatur ma kkummentat matul l-investigazzjoni. Barra dan, il-konsumaturi tal-Komunità ġeneralment għandhom assigurazzjoni medika. M’hemm l-ebda prova soda li l-miżati ta’ l-assigurazzjoni medika jistgћu jintlaqtu ћażin b’xi mod sinifikanti minћabba f’diċerija ta’ żieda fl-ispejjeż ta’ ċertu formulazzjonijiet farmaċewtiċi ta’ antibijotiċi. Barra dan, mhux ċar safejn il-manifatturi ta’ ċerti formulazzjonijiet farmaċewtiċi antibijotiċi, jiġifieri l-utenti, jistgћu jifilћu gћal żieda fl-ispejjeż. F’dawn iċ-ċirkostanzi mhux possibbli li wieћed jistabbilixxi jekk it-tkomplija tal-miżuri tmurx kontra l-interessi ta’ l-istess importanza tal-konsumaturi.

VI.   Konklużjoni

(257)

Wara li kienu eżaminati l-interessi varji involuti, kien deċiż li minn perspettiva ta’ l-interess ġenerali tal-Komunità, l-ebda interess ma jirbaћ lil dak li għandha l-industrija Komunitarja li tkompli bil-miżuri. Bl-effetti tat-tkomplija tal-miżuri wieћed gћandu jistenna li l-industrija Komunitarja jkollha ċ-ċans ittejjeb il-qligћ tagћha gћal livell raġonevoli u li tkompli bil-programm tagћha ta’ investimenti fi ћdan il-Komunità li jkompli jagћti l-frott fl-impjiegi u fil-kompetittività tas-suq. Min-naћa l-oћra, skond it-tagћrif disponibbli, ma nstab li kien hemm l-ebda interess kuntrarju mill-partijiet l-oћra konċernati fil-Komunità (jiġifieri importaturi/negozjanti, fornituri qrib is-sors, utenti u konsumaturi) li gћandu xi importanza ewlenija.

I.   MIŻURI KUMPENSATORJI

(258)

Rigward il-konklużjonijiet milћuqa dwar it-tkomplija tas-sussidjar, id-danni u l-interess tal-Komunità, hu meqjus xieraq li jinżammu miżuri kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat mill-Indja. Sabiex ikun determinat il-livell ta’ dawn il-miżuri kienu kkunsidrati r-rati ta’ sussidju msemmija matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni u l-ammont ta’ dazju meћtieġ biex jelimina d-dannu sostnut mill-industrija Komunitarja.

I.   Livell ta’ tneћћija tad-dannu

(259)

Iż-żieda meћtieġa fil-prezz sabiex twarrab id-dannu kienet determinata skond kull kumpannija billi ġew imqabbla l-prezzijiet ta’ importazzjoni medji peżati tal-prodott konċernat mal-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugћ mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità. Id-differenza fil-prezz kienet espressa bћala perċentwali tal-valur ta’ l-importazzjonijiet CIF.

(260)

Il-prezz mhux dannuż ġie stabbilit billi ttieћed il-kost medju peżat tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja flimkien ma’ marġini ta’ profitt ta’ 10 %. Dan il-marġini ta’ profitt, li hu terz inqas minn dak meћud fl-investigazzjoni oriġinali (ara l-premessa (205)), jirrifletti l-marġini ta’ profitt li jista’ jinkiseb mill-gruppi tal-prodott simili ta’ l-industrija Komunitarja li mhuwiex soġġett gћal kompetizzjoni inġusta. Minħabba ż-żieda fil-kompetizzjoni kien deċiż li dan kien il-minimu xieraq u raġonevoli milħuq minflok dak ta’ marġini ta’ profitt ta’ 15 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Dan il-qligħ jippermetti lill-industrija Komunitarja li tinvesti aktar fir-riċerka u fl-iżvilupp sabiex tibqa’ kompetittiva.

II.   Il-forma u l-livell tal-miżuri

(261)

Fin-nuqqas ta’ ċirkostanzi partikolari, l-impożizzjoni tat-tip ta’ dazju standard, jiġifieri ad valorem kienet meqjusa xierqa.

(262)

Rigward il-livell ta’ dazju, fil-każ ta’ erbgħa mill-esportaturi kollaboraturi, ir-rata ta’ sussidju kienet ogћla mil-livell ta’ tneћћija tad-dannu. Gћalhekk skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, safejn hija affettwata l-importazzjoni ta’ dawn l-erba’ esportaturi u sabiex ma tibqax tkun milquta ћażin l-industrija Komunitarja, kien meqjus xieraq li jiġi applikat l-inqas dazju li jirrifletti l-livell ta’ tneћћija tad-dannu. Ir-rati ta’ dazju applikabbli gћall-importazzjonijiet minn dawn l-esportaturi gћandha tvarja bejn 17,3 % u 30,3 %. Fejn jidћlu t-tliet esportaturi l-oћra, il-livelli ta’ tneћћija tad-dannu kienu ogћla mir-rati stabbiliti ta’ sussidju u dan wassal biex il-miżuri meћuda f’dan ir-rigward ikunu bbażati fuq din is-sitwazzjoni finali. Ir-rati ta’ dazju applikabbli gћall-importazzjonijiet minn dawn l-esportaturi gћandhom ivarjaw bejn 25,3 % u 32 %. Ladarba l-livell ta’ kollaborazzjoni ta’ l-esportaturi Indjani kien gћoli (aktar minn 80 %), il-livell ta’ dazju gћall-kumpanniji l-oћrajn kollha gћandu jkun stabbilit gћal-livell tal-kumpannija li gћandha l-ogћla rata ta’ dazju individwali, jiġifieri 32 %.

(263)

Ir-rati ta’ dazju kumpensattiv gћall-kumpanniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul ir-reviżjoni fejn jidћlu l-esportaturi kollaboraturi. Gћaldaqstant, huma unikament applikabbli gћall-importazzjonijiet tal-prodott konċernat maћdum minn dawn il-kumpanniji. L-importazzjonijiet tal-prodott konċernat manifatturat minn xi kumpannija oћra li mhix imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, fosthom entitatjiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgћux igawdu minn dawn ir-rati u gћandhom ikunu soġġetti gћar-rata ta’ dazju applikabbli “gћall-kumpanniji l-oћra kollha”.

(264)

Kull talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju kumpensattiv individwali (per eżempju, wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara t-twaqqif ta’ produzzjoni ġdida jew ta’ entitajiet ta’ bejgћ) gћandhom ikunu indirizzati lill-Kummissjoni (10) mill-aktar fis flimkien mat-tagћrif kollu rilevanti, b’mod partikolari xi tibdil fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, bejgћ domestiku u gћall-esportazzjoni assoċjat ma’, per eżempju, bidla fl-isem jew bidla fil-produzzjoni u entitajiet ta’ bejgћ. Jekk ikun xieraq, u wara laqgħa mal-Kumitat Konsultattiv, ir-Regolament jiġi emendat billi tkun aġġornata l-lista tal-kumpanniji li jgawdu mir-rati ta’ dazju individwali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju kumpensatorju definittiv qiegћed gћaldaqstant jiġi impost fuq importazzjonijiet ta’ amoxicillin trihydrate, ta’ ampicillin trihydrate u ta’ cefalexin li m’humiex ippakkjati f’dożi imkejla jew f’forom jew ippakkjar gћal bejgћ bl-imnut skond il-Kodiċi NM ex 2941 10 10 (kodiċi TARIC 2941101010), ex 2941 10 20 (kodiċi TARIC 2941102010) u ex 2941 90 00 (kodiċi TARIC 2941900030) li joriġinaw mill-Indja.

2.   Ir-rata ta’ dazju applikabbli gћall-prezz nett liberu fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju fuq l-importazzjonijiet prodotti fl-Indja mill-kumpanniji elenkati hawn taћt, għandha tkun kif ġej:

17,3 % gћal KDL Biotech Ltd., Mumbai (kodiċi addizzjonali TARIC: A580),

28,1 % gћal Nectar Lifesciences Ltd., Chandigarh (kodiċi addizzjonali TARIC: A581),

25,3 %% gћal Nestor Pharmaceuticals Ltd., New Delhi (kodiċi addizzjonali TARIC: A582),

30,3 % gћal Ranbaxy Laboratories Ltd., New Delhi (kodiċi addizzjonali TARIC: 8221),

28,1 % gћal Torrent Gujarat Biotech Ltd., Ahmedabad (kodiċi addizzjonali TARIC: A583),

28,1 % gћal Surya Pharmaceuticals Ltd., Chandigarh (kodiċi addizzjonali TARIC: A584),

32 % gћall-kumpanniji l-oћrajn kollha (kodiċi addizzjonali TARIC: 8900).

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali gћandhom japplikaw.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament gћandu jidћol fis-seћћ fid-data li ssegwi l-pubblikazzjoni tiegћu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament gћandu jorbot fl-intier tiegћu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magћmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2005.

Gћall-Kunsilll

Il-President

J. KRECKÉ


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 273, 9.10.1998, p. 1.

(3)  ĠU C 8, 14.1.2003, p. 2.

(4)  ĠU C 241, 8.10.2003, p. 7.

(5)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 17, premessa (9).

(6)  Notifikazzjoni Nru 1/2002-07 tal-31.3.2002 tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tal-GOI.

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 tat-, ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4 (premessa (13)).

(8)  L-Att dwar il-Finanzi Indjan 1999 (The Indian Finance Act 1999) tawwal l-applikazzjoni mill-2000 għall-2005.

(9)  Artikolu 143(1)(e)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2.7.1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għat-twettiq tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).

(10)  Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ, Direttorat B J-79 5/17, Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussel.