9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

160


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 704/2005

ta' l-4 ta' Mejju 2005

emenda ta' xi elementi tal-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini li tinsab fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Mel de Barroso) [DOP]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1) u b'mod partikolari Artikolu 9, Artikolu 6(3) u t-tieni indċiż tal-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ir-rikjesta mill-Portugall għal emendi ta' xi elementi tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini “Mel de Barroso”, reġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), ġiet ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (3).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 lill-Kummissjoni, dawn l-emendi għandhom jiġu reġistrati u ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni tal-oriġini Mel de Barroso hija emendata skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sommarju kkonsolidat tal-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Brussell, 4 ta' Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1345/2004 (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 14).

(3)  ĠU C 262, 31.10.2003, p. 16 (Mel de Barroso).


ANNESS I

PORTUGALL

“Mel de Barroso”

Emenda magħmula:

Kapitolu tal-ispeċifikazzjoni:

Image

Isem

Image

Deskrizzjoni

Image

Żona ġeografika

Image

Prova tal-oriġini

Image

Metodu ta' produzzjoni

Image

Rabta

Image

Tikettjar

Image

Rekwiżiti nazzjonali

Emenda(i):

L-estensjoni taż-żona ġeografika ta' produzzjoni sabiex tinkludi l-muniċipalitajiet ta' Chaves u Vila Pouca de Aguiar u l-freguesias (parroċċi) ta' Jou u Valongo de Milhais, fil-muniċipalità ta' Murça.

Iż-żoni indikati għandhom l-istess ħamrija, jgawdu mill-istess kundizzjonijiet klimatiċi u jipproduċu għasel bl-istess karatteristiċi għal dak miksub fiż-żona ġeografika preżenti u japplikaw l-istess metodi ta' produzzjoni, b'garazija ta' traċċċabbiltà.


ANNESS II

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

“MEL DE BARROSO”

(Nru KE: PT/0229/24.1.1994)

DOP (X) IĠP ( )

Dan is-sommarju ġie mfassal għal raġunijiet ta' informazzjoni biss. Għal aktar dettalji, b'mod partikolari dwar il-produtturi tal-prodotti koperti bid-DOP u u l-IĠP kkonċernati, tistà tikkonsulta l-verżjoni kompleta tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tista' tinkiseb fuq livell nazzjonali jew inkella mill-Kummissjoni Ewropea (1).

1.   Id-Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru

Isem

:

Instituto de Desenvolvimento Rural e Hidráulica

Indirizz

:

Av. Afonso Costa, 3.

P-1949-002 Lisbona

Telefon

:

+ 351 21 844 22 00

Faks

:

+ 351 21 844 22 02

Posta Eletttronika

:

idrha@idrha.min-agricultura.pt

2.   Grupp Applikant

Isem

:

Capolib — Cooperativa Agrícola de Boticas, CRL

Indirizz

:

Av. do Eiró

P-5460 Boticas

Telefon

:

+ 351 276 418170

Faks

:

+ 351 276 415734

Posta Eletttronika

:

capolib@mail.telepac.pt

Kompożizzjoni

:

produttur/proċessuri (X) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.4

:

Prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali — għasel.

4.   Speċifikazzjoni

(sommarju tar-rekwiżiti taħt Artikolu 4(2))

4.1.   Isem

“Mel de Barroso”

4.2.   Deskrizzjoni

Għasel prodott min-naħla nativa Apis mellifera (sp. iberica) minn nettaru ta' fjuri li fihom jippredomina l-polline erikaċe li jagħmel parti mill-flora mellifera tar-reġjun.

4.3.   Żona ġeografika

Fil-limiti tal-muniċipalitajiet ta' Boticas, Chaves, Montalegre u Vila Pouca de Aguiar u l-freguesias (parroċċi) ta' Jou u Valongo de Milhais fil-muniċipalita' ta' Murça (distrett ta' Vila Real).

4.4.   Prova tal-oriġini

Stabbilit mid-drawwa, b'mod partikolari mir-referenzi fiżiċi, kemm miktubin u ukoll orali, il-potenzjal produttiv tar-reġjun u l-preżenza tal-għasel u tan-naħal fl-emblemi u l-ismijiet ta' postijiet fir-reġjun.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni

L-għasel jistà jiġi biss estratt f'impjanti ta' estrazzjoni approvati, u l-estrazzjoni u d-dikantazzjoni jridu jsiru fiż-żona ta' produzzjoni. Peress li l-għasel Barroso huwa prodott li jitħallat, sabiex jiġi evitat xi nuqqas fil-katina ta' traċċabilità u spezzjoni, l-ippakkjar jistà jsir biss minn operaturi debitament awtorizzati, fiż-żona ġeografika tal-oriġini, sabiex jiġu garantiti l-kwalità u l-awtentiċità tal-prodott u b'hekk ma jiġix ingannat il-konsumatur. Il-produzzjoni, l-estrazzjoni u l-ippakkjar jistgħu biss jsiru fiż-żona ġeografika definita. L-għasel Barroso jistà jinbiegħ fil-forma likwida jew kristallizzata jew fix-xehdi tal-għasel (bil-kunduzzjoni li jkunu koperti kompletament u ma jkunx fihom doqqajs); Irid jkun ippakkjat f'kontenituri magħmulin minn materjal sikur, inerti u li hu adattat għall-ikel, u li t-tip u l-ittikettjar tiegħu jkunu approvati mill-grupp tal-produttur.

4.6.   Rabta

L-għasel Barroso huwa prodott fl-ogħla reġjuni ta' Barroso. Għandu karatteristiċi speċifiċi minħabba l-veġetazzjoni predominanti ta' art moxa.

4.7.   Korp tas-Spezzjoni

Isem

:

TRADIÇÃO E QUALIDADE — Associação Interprofissional para os Produtos Agro-Alimentares de Trás-os-Montes

Indirizz:

:

Av. 25 de Abril 273, S/L

P-5370 Mirandela

Tel

:

+ 351 278 261410

Faks

:

+ 351 278 261410

Posta Eletttronika

:

tradicao-qualidade@clix.pt

4.8.   Tikettjar

MEL DE BARROSO — Denominação de Origem Protegida

4.9.   Rekwiżiti nazzjonali


(1)  Kummissjoni Ewropea — Direttorat-Ġenerali tal-Agrikultura — “Politika tal-kwalità tal-prodotti agrikoli” — B-1049 Brussell.