|
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
324 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 601/2005
tat-18 ta' April 2005
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar reġim li jaqa’ taħt l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 għall-Att ta’ l-Adeżjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll 10 dwar Ċipru għall-Att rigward il-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar reġim li jaqa’ taħt l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 għall-Att ta’ Adeżjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 jistipula lista ta’ postijiet li minnhom jaqsmu persuni u prodotti jistgħu jaqsmu l-fruntiera bejn iż-żoni li huma taħt kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u dawk iż-żoni li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jerċitax kontroll effettiv. |
|
(2) |
Wara ftehim dwar il-ftugħ ta’ postijiet ġodda li minnhom taqsam il-fruntiera f’Zodia u f’Ledra Street jinħtieġ li jiġi adottat l-Anness I. |
|
(3) |
Il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru aċċetta dan l-adattament. |
|
(4) |
Il-Kamra tal-Kummerċ Turko-Ċiprijotta ġiet ikkonsultata dwar dan is-suġġett, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 866/2004 jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS I
Lista ta’ postijiet li minnhom taqsam il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(4)
|
— |
Agios Dhometios |
|
— |
Ledra Palace |
|
— |
Ledra Street |
|
— |
Zodia” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-jum l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' April 2005.
Għall-Kummissjoni
Olli REHN
Membru tal-Kummissjoni