6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

226


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 425/2005

tal-15 ta' Marzu 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 fuq il-kundizzjonijiet meħtieġa dwar is-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10 u 21 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistipula lista ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom jista’ jkun awtorizzat il-moviment ta’ annimali domestiċi lejn il-Komunità, jekk ċerti kundizzjonijiet meħtieġa jiġu osservati.

(2)

Lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi kienet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 998/2003, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2004 (2). Din il-lista tinkludi pajjiżi u territorji li huma li fihom m’hemmx rabja, u pajjiżi fejn instab li r-riskju li r-rabja tista’ tidħol minnhom fil-Komunità bħala riżultat ta’ moviment mit-territorju tagħhom ma kienx ogħla mir-riskju marbut ma’ movimenti bejn l-Istati Membri.

(3)

Minn informazzjoni pprovduta mit-Tajwan, jidher li fit-Tajwan m’hemmx rabja u nstab li r-riskju tar-rabja li tidħol fil-Komunità bħala riżultat ta’ movimenti ta’ annimali domestiċi mit-Tajwan ma kienx ogħla mir-riskju assoċjat ma' movimenti bejn l-Istati Membri. Għalhekk it-Tajwan għandu jkun inkluż fil-lista ta’ pajjiżi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(4)

Fl-interess taċ-ċarezza, dik il-lista tal-pajjiżi u t-territorji għanda tinbidel kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għalhekk jiġi emendat b’dan il-mod.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-19 ta' Marzu 2005 [daħħal 3 ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-15 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2054/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 14).

(2)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 7.


ANNESS

“ANNESS II

LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI

PARTI A

IE

L-Irlanda

MT

Malta-

SE

L-Iżvezja

UK

Ir-Renju Unit

PARTI B

Sezzjoni 1

a)

DK —

Id-Danimarka, inklużi GL - Greenland u l-FO – Il-Gżejjer Faeroes;

b)

ES —

Spanja, inkluż it-territorju kontinentali, il-Gżejjer Baleariċi, il-Gżejjer Kanarji, Ceuta u Melilla;

c)

FR —

Franza, inklużi GF – il-Ginea Franċiża, GP - Guadeloupe, MQ – Martinique u RE - Réunion;

d)

GI —

Ġibiltà;

e)

PT —

Il-Portugall, inklużi t-territorju kontinentali, il-Gżejjer Ażori u l-Gżejjer ta’ Madeira;

f)

 

Stati Membri minbarra dawk imniżżla f''parti A u punti (a), (b) (ċ) u (e) ta’ din is-Sezzjoni.

Sezzjoni 2

AD

Andorra

CH

L-Iżvizzera

IS

L-Iżlanda

LI

Il-Liechtenstein

MC

Monako

NO

In-Norveġja

SM

San Marino

VA

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

PARTI Ċ

AC

Il-Gżira ta’ Ascension

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

AG

Antigwa u Barbuda

AN

L-Antilli Olandiżi

AU

L-Awstralja

AW

Aruba

BB

Il-Barbados

BH

Il-Baħrejn

BM

Il-Bermuda

CA

Il-Kanada

CL

Iċ-Ċili

FJ

Fiġi

FK

Il-Gżejjer Falkland

HK

Ħong Kong

HR

Il-Kroazja

JM

Il-Ġamajka

JP

Il-Ġappun

KN

San Kristofru u Nevis

KY

Il-Gżejjer Cayman

MS

Montserrat

MU

Il-Mawrizju

NC

Il-Kaledonja l-Ġdida

NZ

New Zealand

PF

Il-Polineżja Franċiża

PM

San Pietru u Miquelon

RU

Il-Federazzjoni Russa

SG

Singapor

SH

Saint Helena

TW

It-Tajwan

US

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

VC

San Vinċenz u l-Grenadini

VU

Vanuatu

WF

Wallis u Futuna

YT

Mayotte”