6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
219 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 384/2005
tas-7 ta' Marzu 2005
li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2007 sa l-2009, għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
(Test b'relevanza EEA)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità (1) b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 577/98, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-elementi tal-programm ta’ moduli ad hoc li jkopri s-snin mill-2007 sa l-2009. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/177/KE tat-18 ta’ Frar 2002 dwar linji ta’ gwida għall-politika ta’ l-impieg ta’ l-Istati Membri għas-sena 2002 (2) tistqarr li tinħtieġ informazzjoni statistika speċifika mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jiġu żviluppati miżuri ta’ politika xierqa f'dak li għandu x’jaqsam mal-korrimenti fuq ix-xogħol u problemi ta’ saħħa marbuta max-xogħol, il-qagħda tal-ħaddiema li jħallu pajjiżhom fis-suq tax-xogħol u d-dixxendenti tagħhom u d-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Din l-informazzjoni għandha għalhekk tkun inkluża fil-moduli ad hoc għall-2007 sa l-2009. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolment huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programmi Statistiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-programm ta’ moduli ad hoc għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol, li jkopri s-snin mill-2007 sa l-2009, kif stabbilit fl-Anness, huwa b’dan adottat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-7 ta' Marzu 2005.
Għall-Kummissjoni
Joaquin ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 23.12.2003, p. 6.
ANNESS
STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL
Programm multi-annwali ta' moduli ad hoc
1. KORRIMENTI FUQ IX-XOGĦOL U PROBLEMI TA’ SAĦĦA MARBUTA MAX-XOGĦOL
Lista ta’ fatturi varjabbli: għandha tkun iddefinita qabel Diċembru 2005.
Perijodu ta’ referenza : 2007.
Stati Membri u reġjuni interessati :
Kollha.Kampjun : għandu jiġi ddefinit qabel Diċembru 2005.
Trasmissjoni tar-riżultati : qabel il-31 ta' Marzu 2008
2. IL-QAGĦDA TAS-SUQ TAX-XOGĦOL TAL-ĦADDIEMA LI JĦALLU PAJJIŻHOM U D-DIXXENDENTI IMMEDJATI TAGĦHOM
L-implimentazzjoni tal-modulu 2008 għandha tiddependi fuq ir-riżultati ta’ l-istudji ta’ fattibilità li għandhom jitlestew qabel l-aħħar ta’ l-2005.
Lista ta’ fatturi varjabbli : għandha tkun iddefinita qabel Diċembru 2006.
Perijodu ta’ referenza : 2008.
Stati Membri u reġjuni interessati : Kollha.
Kampjun : għandu jiġi ddefinit qabel Diċembru 2006.
Trasmissjoni tar-riżultati : qabel il-31 ta' Marzu 2009.
3. DĦUL TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIS-SUQ TAX-XOGĦOL
Lista ta’ fatturi varjabbli: għandha tkun iddefinita qabel Diċembru 2007.
Perijodu ta’ referenza : 2009.
Stati Membri u reġjuni interessati :
Kollha.Kampjun : għandu jiġi ddefinit qabel Diċembru 2007.
Trasmissjoni tar-riżultati : qabel il-31 ta’ Marzu 2010.