|
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
152 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 284/2005
tat-18 ta' Frar 2005
li jistabbilixxi derogi mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 fir-rigward ta’ prodotti fis-sura ta’ oġġetti mhux koperti fl-Anness I għat-Trattat esportati lill-pajjiżi terzi minbarra l-Iżvizzera u l-Liechtenstein
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti tan-negozju applikabbli għal ċertu oġġetti li joħorġu mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (1), u b'mod partikulari, l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 tat-13 ta’ Lulju 2000 li jistipula regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I għat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta rifużjonijiet bħal dawn (2) jipprevedi li r-Regolament (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistipula ir-regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq il-prodotti agrikoli (3) se japplika fir-rigward ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodotti fil-forma ta’ merkanzija mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat. |
|
(2) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jipprevedi li l-intitolament għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni tinkiseb ma’ l-importazzjoni lejn pajjjiż terz speċifiku meta tapplika r-rifużjoni ddifferenzjata għal dak il-pajjiż terz. L-Artikoli 14, 15 u 16 ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxu il-kondizzjonijiet għal-ħlas tar-rifużjoni ddiferenzjata, b’mod partikolari id-dokumenti li għandhom jingħataw bħala prova tal-wasla tal-merkanzija fid-destinazzjoni. |
|
(3) |
Meta xi rifużjoni ddifferenzjata tkun tapplika, l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jipprevedi li dik il-parti tar-rifużjoni, maħduma bir-rata ta' rifużjoni l-aktar baxxa, titħallas ma’ l-applikazzjoni mill-esportatur la darba tingħata prova li l-prodott ikun telaq mit-territorju tad-dwana tal-Komunità. |
|
(4) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fit-22 ta' Lulju 1972 (4), li kien iffirmat f’Ottubru 2004, huwa applikabbli provviżorjament mill-1 ta’ Frar 2005 bis-saħħa 2005/45/KE tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li temenda il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati (5). |
|
(5) |
Skond id-Deċiżjoni 2005/45/KE l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati lejn l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, mill-1 ta’ Frar 2005, mhux se jkunu aktar eliġibbli għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, sakemm il-Komunità ma tiddeċidix li tintroduċi rifużjonijiet bħal dawn meta l-prezz ta’ referenza domestiku Żvizzeru ikun aktar baxx mill-prezz ta’ referenza domestiku tal-Komunità. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2005/45/KE tintroduċi dispożizzjonijiet speċjali fuq kooperazzjoni amministrattiva maħsuba biex tiġġieled l-irregolaritajiet u l-frodi fil-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dwana u r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni. |
|
(7) |
Minħabba dawk id-dispożizzjonijiet u sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ spejjeż bla ħtieġa fuq l-operaturi fin-negozju kummerċjali tagħhom ma’ pajjiżi terzi oħra, huwa xieraq li ssir deroga mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 sa fejn dan jitlob prova ta’ l-importazzjoni fil-każ ta’ rifużjonijiet differenzjati. Huwa xieraq ukoll, fejn l-ebda rifużjonijiet ta’ esportazzjoni ma jkunu ġew iffissati għall-pajjiżi ta’ destinazzjoni partikolari fil-kwistjoni, li ma jitiqesx il-fatt ta’ meta tiġi ddeterminata l-iktar rata baxxa ta' rifużjoni. |
|
(8) |
Minħabba li l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/45/KE se japplikaw mill-1 ta’ Frar 2005 dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ minnufih. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar mistoqsijiet orizzontali li jikkonċernaw il-prodotti pproċessati agrikoli li ma humiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat, |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, fejn id-differenzazzjoni tar-rifużjoni hija unikament ir-riżultat ta’ rifużjoni li ma kinitx iffissata għall-Iżvizzera jew il-Liechtenstein, prova li l-formalitajiet ta’ l-importazzjoni tad-dwana tlestew mhix se tkun kondizzjoni għall-ħlas ta’ rifużjoni fir-rigward tal-merkanzija koperta mir-Regolament (KE) Nru 1520/2000, li huma elenkati fl-Iskedi I u II għall-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 (6)
Artikolu 2
Minħabba li l-ebda rifużjoni ta’ esportazzjoni ma ġiet iffissata fir-rigward l-esportazzjoni għall-Iżvizzera jew il-Liechtenstein tal-merkanzija koperta bir-Regolament (KE) Nru 1520/2000, li hija elenkata fl-Iskedi I u II għall-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, mhux se tiġi kkunsidrata meta titfassal ir-rata l-iktar baxxa ta’ rifużjoni fi ħdan l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Se japplika mill-1 ta’ Frar 2005]
Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 318, 20.12.1993. p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).
(2) ĠU L 177, 15.7.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2004 (ĠU L 168, tal-1.5.2004, p. 14).
(3) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, tal-14.4.2004, p. 5).