|
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
94 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 117/2005
tas-26 ta' Jannar 2005
li jdaħħal għall-ewwel darba s-sorveljanza tal-Komunità fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 518/94 (1)), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sistema tal-kwota fuq il-prodotti tax-xedd tas-saqajn stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta’ Marzu 2003 dwar mekkaniżmu transizzjonali ta’ salvagwardja speċifiku għall-prodott għall-importazzjoni li joriġina fir-Repubblika Popolari Ċiniża u li temenda r-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi skadiet ( (2) fl-1 ta’ Jannar 2005. |
|
(2) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2004, il-Kummissjoni ġiet infurmata minn xi Stati Membri li jkun xieraq li jiġu imposti miżuri ta’ sorveljanza fuq prodotti tax-xedd tas-saqajn skond ir-Regolament (KE) Nru 3285/94. |
|
(3) |
L-industrija Komunitarja tax-xedd tas-saqajn hija fil-biċċa l-kbira magħmula minn impriżi żgħar u ta’ daqs medju, li fosthom ħafna jinsabu f’reġjuni bi ftit aktar riżorsi ta’ impieg. Hija għalhekk miftuħa għall-kompetizzjoni ta’ importazzjoni bi prezz baxx li toriġina b’mod partikolari mir-Repubblika Popolari tac-Ċina. |
|
(4) |
Bi tweġiba għal din il-kompetizzjoni fl-importazzjoni, l-industrija Komunitarja tax-xedd tas-saqajn ġarbet, f’dawn l-aħħar snin, ristrutturazzjoni estensiva billi kkonċentrat il-produzzjoni tagħha fuq aktar prodotti ta’ kwalità li huma wkoll il-prodotti li kienu soġġetti għall-kwota. Dawn il-prodotti jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 85 % tal-produzzjoni ta’ l-industrija tax-xedd tas-saqajn tal-Komunità. Din ir-ristrutturazzjoni wasslet għal tnaqqis qawwi ta’ kapaċità u forza tax-xogħol. Minkejja dawn l-isforzi, l-industrija Komunitarja tax-xedd tas-saqajn kompliet titlef mill-produzzjoni u mis-sehem tas-suq minħabba l-importazzjoni ta’ prodotti inferjuri minn barra. |
|
(5) |
Matul il-perijodu 2000-2003, l-importazzjoni ta’ prodotti tax-xedd tas-saqajn li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mhux soġġetti għall-kwoti żdiedet f'daqqa kemm f'termini assoluti kif ukoll f'termini tas-sehem tas-suq tal-Komunità, bi prezzijiet li kienu sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet ta’ prodotti ekwivalenti manifatturati fil-Komunità. Iż-żieda medja fl-importazzjoni kienet ta’ 59 % bejn l-2000 u l-2003 u d-differenza medja fil-prezzijiet kienet ta’ 21 %. |
|
(6) |
Peress li l-kondizzjonijiet fis-suq bħalissa għall-prodotti kollha tax-xedd tas-saqajn huma l-istess, huwa mistenni li l-liberalizzazzjoni reċenti ser twassal għal żieda sostanzjali fl-importazzjoni. Fuq il-bażi ta’ l-aħħar tendenzi fl-importazzjoni ta’ prodotti tax-xedd tas-saqajn, dak li ser joħroġ mit-tneħħija tal-kwoti fl-2005 jista’ jwassal għal irduppjar fl-importazzjoni fil-futur qrib, x’aktarx b’telf, tas-sehem tas-suq bħala konsegwenza għall-industrija tal-Komunità ta’ 6 % u telf ta’ 17 000 impieg. Għalhekk wieħed jista’ jqis li teżisti theddida ta’ ħsara għall-produtturi tal-Komunità għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 3285/94. |
|
(7) |
Dan l-impatt li x’aktarx iseħħ huwa tant sinifikanti li l-interessi tal-Komunità jitolbu li l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tax-xedd tas-saqajn ta’ oriġini Ċiniża għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza minn qabel biex ikun hemm informazzjoni statistika li tippermetti analiżi fil-pront ta’ tendenzi ta’ importazzjoni. Ix-xedd tas-saqajn ikkonċernat, primarjament xedd tas-saqajn minn kwalità medja sa kwalità għolja, huwa dak li għalih għad hemm produzzjoni sinifikanti fil-Komunità u għal din ir-raġuni jista’ jitqies bħala sensittiv. Sorveljanza minn qabel permezz ta’ reġim awtomatiku ta’ liċenzjar ta’ importazzjoni applikabbli sal-31 ta’ Jannar 2006 tipprovdi l-aktar mezz rapidu biex tinkiseb stampa ċara ta’ l-effetti tal-bidu tat-tneħħija ta’ dawn il-kwoti peress li kull sistema retrospettiva tieħu ż-żmien biex tipprovdi tagħrif sinifikanti. |
|
(8) |
Huwa wkoll xieraq, biex tinkiseb stampa ġenerali tat-tendenzi fl-importazzjoni tax-xedd tas-saqajn, li titwaqqaf sistema ta’ sorveljanza retrospettiva bbażata fuq id-dwana għall-importazzjoni tax-xedd tas-saqajn ta’ kull tip mill-imkejjen kollha. Dan jinkludi xedd tas-saqajn li jkun jeħtieġ li jsir soġġett għal sorveljanza minn qabel. Meta s-sistema ta’ sorveljanza retrospettiva tkun qed taħdem sewwa s-sorveljanza minn qabel tista’ tiġi fi tmiem, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2006. |
|
(9) |
Biex is-suq intern ikun komplut jeħtieġ li l-formalitajiet li għandhom jissodisfaw l-importaturi tal-Komunità jkunu identiċi kull fejn il-prodotti jistgħu jiġu maħruġa mid-dwana. |
|
(10) |
Sabiex jitħaffef il-ġbir ta’ l-informazzjoni l-permess għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti kopert mis-sorveljanza minn qabel għandu jkun soġġett għal wiri ta’ dokument ta’ sorveljanza li jissodisfa kriterji uniformi. Dan id-dokument għandu, fuq sempliċi applikazzjoni mill-importatur, jiġi approvat mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri sa ċertu perijodu iżda b’daqshekk l-importatur m’għandux ikollu xi dritt li jimporta. Id-dokument għandu għalhekk ikun validu biss sakemm ir-regoli ta’ importazzjoni jibqgħu kif inhuma; għandu jkun validu mal-Komunità kollha. |
|
(11) |
Biex żgur ikun hemm trasparenza, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom skambju ta’ l-informazzjoni miksuba mis-sorveljanza tal-Komunità, kemm jista’ jkun b'mod sħiħ. |
|
(12) |
Il-ħruġ tad-dokumenti ta’ sorveljanza, filwaqt li huma soġġetti għall-kondizzjonijiet standard fil-livell tal-Komunità, għandu jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(13) |
Huwa mixtieq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu sabiex tinġabar id-data kemm jista’ jkun malajr, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
SORVELJANZA MINN QABEL
Artikolu 1
Il-permess għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ta’ ċerti prodotti ta’ xedd tas-saqajn li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li tagħhom hemm lista fl-Anness I għandu jkun soġġett għas-sorveljanza minn qabel tal-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 3285/94.
Artikolu 2
1. Il-permess għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokument ta’ sorveljanza maħruġ mill-awtoritajiet rilevanti ta’ xi Stat Membru.
2. Id-dokument ta’ sorveljanza msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinħareġ awtomatikament mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, mingħajr ħlas u fil-kwantitajiet mitluba, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tkun ppreżentata applikazzjoni minn xi importatur tal-Komunità, ikun fejn ikun stabbilit fil-Komunità. Din l-applikazzjoni għandha titqies bħala li wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem wara li tintbagħat, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor.
3. Dokument ta’ sorveljanza maħruġ minn waħda mill-awtoritajiet imnizzlin fl-Anness II għandu jkun validu mal-Komunità kollha.
4. Id-dokument ta’ sorveljanza għandu jsir fuq formula li tkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 3285/94.
L-applikazzjoni ta’ l-importatur għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-applikant (inklużi numri tat-telefon u fax, u numru ta’ identifikazzjoni eventwalment użat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti) u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT, jekk ikun soġġett għall-VAT; |
|
(b) |
jekk ikun il-każ, l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni jew ir-rappreżentant ta’ l-applikant (inklużi n-numri tat-telefon u l-fax); |
|
(c) |
l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ l-esportatur; |
|
(d) |
id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti, inklużi:
|
|
(e) |
il-kwantità ta’ prodotti kkalkulati f’pari; |
|
(f) |
il-valur cif tal-prodotti f’euro fuq il-fruntiera tal-Komunità skond l-intestatura ta’ nomenklatura magħquda; |
|
(g) |
il-perijodu propost u l-post ta’ ħruġ mid-dwana; |
|
(h) |
jekk l-applikazzjoni hijiex ripetizzjoni ta’ applikazzjoni li saret qabel li tikkonċerna l-istess kuntratt; |
|
(i) |
id-dikjarazzjoni li ġejja, bid-data u l-firma ta’ l-applikant u bit-traskrizzjoni t’ismu b’ittri kbar: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niddikjara li l-informazzjoni li tajt f’din l-applikazzjoni hija vera u ngħatat minni bi skop tajjeb, u li jiena stabbilit fil-Komunità.” L-importatur għandu wkoll jibgħat kopja tal-kuntratt tal-bejgħ jew xiri u tal-fattura pro forma. Jekk l-importatur jiġi mitlub, u b’mod partikolari f’każijiet fejn il-prodotti ma jinxtrawx direttament fiċ-Ċina, huwa għandu jippreżenta ċertifikat ta’ produzzjoni maħruġ mill-produttur. |
5. Il-perijodu ta’ validità tad-dokumenti ta’ sorveljanza huwa b’dan stabbilit għal sitt xhur. Id-dokumenti ta’ sorveljanza mhux użati jew użati parzjalment jistgħu jiġġeddu għal perijodu ieħor ta’ l-istess tul.
6. L-importatur għandu jrodd lura d-dokumenti ta’ sorveljanza lill-awtorità li toħroġhom fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħhom.
7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li dikjarazzjonijiet jew talbiet jintbagħtu jew jiġu stampati b’mezzi elettroniċi, skond il-kondizzjonijiet magħmula minnhom Madankollu, id-dokumenti u x-xhieda kollha għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.
8. Id-dokument ta’ sorveljanza jista’ jinħareġ b’mezzi elettroniċi, bil-kondizzjoni li l-uffiċċji tad-dwana involuti jkollhom aċċess għad-dokument permezz tas-sistema tal-kompjuter.
Artikolu 3
1. Jekk jinstab li l-prezz unitarju li bih saret it-transazzjoni kummerċjali tvarja mill-prezz muri fid-dokument ta’ sorveljanza b’inqas minn 5 % sew b’żieda sew bi tnaqqis jew li l-kwantità totali tal-prodotti ppreżentati għall-importazzjoni taqbeż il-kwantità murija fid-dokument ta’ sorveljanza b’inqas minn 5 %, il-permess ta’ ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti msemmija ma jkunx prekluż.
2. L-applikazzjonijiet għal dokumenti ta’ sorveljanza u d-dokumenti nfushom għandhom ikunu konfidenzjali. L-aċċess għall-informazzjoni f’dawn l-applikazzjonijiet u d-dokumenti għandu jkun ristrett għall-awtoritajiet kompetenti u għall-applikant.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
fuq bażi regolari u aġġornata kemm jista’ jkun u ta’ l-inqas sa l-aħħar jum ta’ kull xahar, id-dettalji dwar il-kwantitajiet u l-valuri, ikkalkolati f’euro, li għalihom inħarġu dokumenti ta’ sorveljanza; |
|
(b) |
sa sitt ġimgħat qabel l-aħħar ta’ kull xahar, id-dettalji dwar il-prodotti impurtati matul dak ix-xahar, skond l-Artikolu 32 tar-Regolament Nru (KE) 1917/2000 (3) |
L-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri għandha tkun kklassifikata skond il-prodott u l-kodiċi (“NM”) ta’ nomenklatura magħquda.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kull anomalija jew każi ta’ frodi li jiltaqgħu magħhom u, fejn ikun rilevanti, ir-raġuni li għaliha ċaħdu dokument ta’ sorveljanza.
KAPITOLU 2
SORVELJANZA RETROSPETTIVA
Artikolu 5
1. Il-prodotti tax-xedd tas-saqajn imniżżla fl-Anness III għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ sorveljanza statistika retrospettiva.
2. Wara li jingħata l-permess għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, possibilment kull ġimgħa iżda mhux anqas mill-aħħar ġurnata ta’ kull xahar, il-kwantitajiet totali impurtati (bil-par) u l-valur tagħhom (valur tal-prodotti f’euro fuq il-fruntiera tal-Komunità), filwaqt li jindikaw il-kodiċi ta’ nomenklatura magħquda u jużaw l-unitajiet u, fejn xieraq, l-unitajiet supplimentari, użati f’dan il-kodiċi. Il-prodotti impurtati għandhom ikunu kklassifikati skond il-proċeduri statistiċi fis-seħħ.
KAPITOLU 3
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 6
Kull avviż li għandu jingħata skond dan ir-Regolament għandu jingħata lill-Kummissjoni u għandu jiġi kkomunikat b’mod elettroniku permezz tas-sistema integrata stabbilita għal dan il-għan, sakemm minħabba raġunijiet tekniċi imperattivi ma jkunx meħtieġ li jintużaw temporanjament mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Id-dispożizzjoniet tal-Kapitolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2005 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-26 ta' Jannar 2005.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2474/2000 (ĠU L 286, 11.11.2000, p. 1).
(2) ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1985/2003 (ĠU L 295, 13.11.2003, p. 43).
(3) ĠU L 229, 9.9.2000, p. 4. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1669/2001 (ĠU L 224, 21.8.2001, p. 3).
ANNESS I
LISTA TA’ PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAL SORVELJANZA MINN QABEL (2005)
|
|
6402 99 |
|
|
6403 51 |
|
|
6403 59 |
|
|
6403 91 |
|
|
6403 99 |
|
|
6404 19 10 |
bl-eċċezzjoni ta’
|
|
6402 99 10 10 |
|
|
6402 99 91 10 |
|
|
6402 99 93 10 |
|
|
6402 99 96 10 |
|
|
6402 99 98 11 |
|
|
6403 91 11 10 |
|
|
6403 91 13 10 |
|
|
6403 91 16 10 |
|
|
6403 91 18 10 |
|
|
6403 91 91 10 |
|
|
6403 91 93 10 |
|
|
6403 91 96 10 |
|
|
6403 91 98 10 |
|
|
6403 99 91 10 |
|
|
6403 99 93 11 + 19 |
|
|
6403 99 96 11 + 19 |
|
|
6403 99 98 11 + 19 |
ANNESS II
LISTA TA’ L-AWTORITAJIET NAZZJONALI KOMPETENTI
|
|
BELGIQUE/BELGIË
|
|
|
CESKÁ REPUBLIKA
|
|
|
DANMARK
|
|
|
DEUTSCHLAND
|
|
|
EESTI
|
|
|
ΕΛΛΑΔΑ
|
|
|
ESPAÑA
|
|
|
FRANCE
|
|
|
IRELAND
|
|
|
ITALIA
|
|
|
ΚΥΠΡΟΣ
|
|
|
LATVIJA
|
|
|
LIETUVA
|
|
|
LUXEMBOURG
|
|
|
MAGYARORSZÁG
|
|
|
MALTA
|
|
|
NEDERLAND
|
|
|
ÖSTERREICH
|
|
|
POLSKA
|
|
|
PORTUGAL
|
|
|
SLOVENIJA
|
|
|
SLOVENSKÁ REPUBLIKA
|
|
|
SUOMI
|
|
|
SVERIGE
|
|
|
UNITED KINGDOM
|
ANNESS III
LISTA TA’ PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAL SORVELJANZA RETROSPETTIVA
|
|
6401 91 |
|
|
6401 92 |
|
|
6401 99 |
|
|
6402 19 |
|
|
6402 20 |
|
|
6402 91 |
|
|
6402 99 |
|
|
6403 12 |
|
|
6403 19 |
|
|
6403 20 |
|
|
6403 30 |
|
|
6403 40 |
|
|
6403 51 |
|
|
6403 59 |
|
|
6403 91 |
|
|
6403 99 |
|
|
6404 11 |
|
|
6404 19 |
|
|
6404 20 |
|
|
6405 10 |
|
|
6405 20 |
|
|
6405 90 |
|
|
6404 19 10 |
|
|
6402 99 10 10 |
|
|
6402 99 91 10 |
|
|
6402 99 93 10 |
|
|
6402 99 96 10 |
|
|
6402 99 98 11 |
|
|
6403 91 11 10 |
|
|
6403 91 13 10 |
|
|
6403 91 16 10 |
|
|
6403 91 18 10 |
|
|
6403 91 91 10 |
|
|
6403 91 93 10 |
|
|
6403 91 96 10 |
|
|
6403 91 98 10 |
|
|
6403 99 91 10 |
|
|
6403 99 93 11 + 19 |
|
|
6403 99 96 11 + 19 |
|
|
6403 99 98 11 + 19 |