6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 13/2005

tas-6 ta' Jannar 2005

li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2003 dwar l-istatistiċi Komunitarji dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-fatturi (varjabbli) sekondarji fil-mira li għandhom x'jaqsmu ma’ “parteċipazzjoni soċjali”

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar l-istatistiċi dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) (1) u b' mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

R-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistiċi Komunitarji dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien, li jinkorporaw informazzjoni rappreżentattiva u lonġitudinali, komparabbli u fil-ħin dwar id-dħul u l-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq livelli nazzjonali u ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Taħt l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, miżuri ta' implimentazzjoni huma meħtieġa għall-lista ta' żoni sekondarji fil-mira u fatturi varjabbli li għandhom jiġu inklużi kull sena fil-komponent rappreżentattiv ta' l-UE-SILC. Għall-2006, il-lista ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira inkluża fit-taqsima “Parteċipazzjoni Soċjali” (li għandha x’taqsam partikolarment mal-parteċipazzjoni f' avvenimenti kulturali, integrazzjoni ma' qraba, ħbieb u ġirien, u l-parteċipazzjoni f' attivitajiet formali u informali), għandha tiġi ddefinita, flimkien mal-kodiċi varjabbli u definizzjonijiet.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programmi Statistiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira, il-kodiċi varjabbli u d-definizzjonijiet għat-Taqsima 2006 għall-“parteċipazzjoni soċjali” li għandha tiġi inkluża fil-komponent rappreżentattiv ta' l-istatistiċi Komunitarji dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) għandha tkun elenkata fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar is-6 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


ANNESS

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-unità segwenti, metodu ta' ġbir tad-data u perjodi ta' referenza u definizzjonijiet għandhom japplikaw.

1.   UNIT

L-informazzjoni għandha tkun provduta għall-membri kurrenti ta' dar, jew jekk huwa applikabbli għas-suġġetti magħżula, ta' età ta' 'l fuq minn 16-il sena.

2.   METODU TAL-ĢBIR TAD-DATA

Minħabba l-karatteristiċi ta' l-informazzjoni li għandha tinġabar, intervisti personali biss (intervisti f' isem ħaddieħor b' eċċezzjoni għal persuni li temporanjament m' humiex disponibbli jew inkapaċitati) jew informazzjoni miġbura minn reġistri huma permessi.

3.   PERIJODU TA' REFERENZA

L-aħħar tnax-il xahar għandhom jintużaw għal fatturi varjabbli marbuta mal-parteċipazzjoni f' avvenimenti kulturali, u l-parteċipazzjoni f' attivitajiet formali u informali.

Is-soltu għandu jintuża għal fatturi varjabbli marbuta ma' l-integrazzjoni mal-qraba u l-ħbieb. Is-soltu jirreferi għall-frekwenza tas-soltu li biha jseħħu l-attivitajiet waqt sena normali.

Kurrenti għall-fattur varjabbli “Kapaċità li jistaqsi kull qarib, ħabib jew ġar għall-għajnuna”.

4.   DEFINIZZJONIJIET

(a)

Qraba: ser tiftiehem fl-aktar sens wiesgħa, u ser tinkludi l-missier/omm/it-tfal, aħwa, nanniet, zijiet, kuġini, neputijiet u qraba tar-rispett.

(b)

Ħbieb: persuni li s-suġġett jiltaqa' magħhom fil-ħin liberu tiegħu/tagħha (i.e. wara l-ħin tax-xogħol, fi tmiem il-ġimgħa, jew għall-btala) u li magħhom is-suġġett jista' jitkellem dwar ħwejjeġ privati.

(c)

“Li tiltaqa'” tfisser li wieħed iqatta' l-ħin mal-ħbieb jew qraba, id-dar jew x'imkien ieħor. Jista' jkun jitkellem jew jagħmel xi forma ta' attività magħhom. Li tiltaqa' ma' xi ħadd b' kumbinazzjoni mhux ikkunsidrata bħala “tkun flimkien ma' xi ħadd”.

(d)

Il-frekwenza tal-laqgħat/kuntatti mal-ħbieb u l-qraba: tirreferi għall-frekwenza li biha s-suġġet jiltaqa'/jiġi f' kuntatt ma' qraba'/ħbieb huma min huma. Mhux biss il-persuna li s-suġġett jiltaqa' magħha/jiġi f' kuntatt magħha l-aktar spiss, għandha tiġi kkunsidrata.

Jekk is-suġġett jiltaqa' mal-ħbieb/qraba “darba fis-sena” waqt il-btala jew il-festi, it-tweġiba għandha tkun “għall-inqas darba fis-sena”.

(e)

Attivitajiet volontarji informali: dawk l-attivitajiet li jseħħu barra mill-kuntest organizzazzjonali, u li s-soltu jsiru fuq bażi individwali.

Attivitajiet informali volontarji jinkludu t-tisjir għall-oħrajn; li wieħed jieħu ħsieb nies l-isptar/id-dar, it-teħid ta' nies oħra għal passiġġata, għax-xiri eċċ. Jeskludu kull attività li s-suġġet jidħol għaliha għad-dar tiegħu/tagħha, fix-xigħol tiegħu/tagħha jew fi ħdan organizzazzjonijiet volontarji.

(f)

Il-parteċipazzjoni f’attivitajiet kulturali: tirreferi għal mawriet saċ-ċinema, wirjiet live, mawriet sa siti kulturali jew attendenza għal attivitajiet sportivi live, kemm jekk dawn l-attivitajiet iseħħu u kemm jekk dawn l-attivitajiet huma esegwiti minn nies professjonali jew amatorjali. Għal attivitajiet sportivi u wirjiet live, il-parteċipazzjoni tas-suġġett hija eskluża.

OQSMA U LISTA TA' FATTURI VARJABBLI FIL-MIRA

Isem tal-fattur

Taqsima 2006

Parteċipazzjoni soċjali

Kodiċi

Fattur varjabbli fil-mira

Informazzjoni bażika

RB030

 

ID Personali

In-numru ta' l-ID,

Numru ta' identifikazzjoni personali (PID)

PS005

 

Piż personali rappreżentattiv

0+(Format 2.5)

Piż

Parteċipazzjoni f' avvenimenti kulturali

PS010

 

Numru ta' mawriet iċ-ċinema

1

Xejn

2

Darba-tliet darbiet

3

4-6 il-darba

4

7-12 il-darba

5

Aktar minn 12-il darba

PS010_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS020

 

Numru ta' mawriet sa wirjiet live (plays, kunåerti, opri, ballet u wirjiet ta' żfin)

1

Xejn

2

Darba-tliet darbiet

3

4-6 il-darba

4

7-12 il-darba

5

Aktar minn 12-il darba

PS020_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS030

 

Numru ta' mawriet sa siti kulturali

1

Xejn

2

Darba - tliet darbiet

3

4-6-il darba

4

7-12-il darba

5

Aktar minn 12-il darba

PS030_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS040

 

Numru ta' attendenzi għal attivitajiet sportivi live

1

Xejn

2

Darba-tliet darbiet

3

4-6 il-darba

4

7-12 il-darba

5

Aktar minn 12-il darba

PS040_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

Integrazzjoni mal-qraba, ħbieb u ġirien

PS050

 

Frekwenza tal-laqgħat mal-qraba

1

Kuljum

2

Kull ġimgħa (mhux kuljum)

3

Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

4

Darba fix-xahar

5

Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

6

Qatt

PS050_F

–2

M/A (L-ebda qarib)

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS060

 

Frekwenza tal-laqgħat mal-ħbieb

1

Kuljum

2

Kull ġimgħa (mhux kuljum)

3

Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

4

Darba fix-xahar

5

Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

6

Qatt

PS060_F

–2

M/A (L-ebda ħabib)

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS070

 

Frekwenza tal-kuntatti mal-qraba

1

Kuljum

2

Kull ġimgħa (mhux kuljum)

3

Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

4

Darba fix-xahar

5

Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

6

Qatt

PS070_F

–2

M/A (L-ebda qarib)

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS080

 

Frekwenza tal-kuntatti mal-ħbieb

1

Kuljum

2

Kull ġimgħa (mhux kuljum)

3

Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

4

Darba fix-xahar

5

Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

6

Qatt

PS080_F

–2

M/A (L-ebda ħabib)

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

Integrazzjoni mal-qraba, ħbieb u ġirien

PS090

 

Kapaċità li jistaqsi kull qarib, ħabib jew ġar għall-għajnuna

1

Iva

2

Le

PS090_F

–2

M/A (L-ebda qarib, ħabib, ġar)

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

Parteċipazzjoni formali u informali

PS100

 

Parteċipazzjoni f' attivitajiet volontarji informali

1

Kuljum

2

Kull ġimgħa (mhux kuljum)

3

Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

4

Darba fix-xahar

5

Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

6

Qatt

PS100_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS110

 

Parteċipazzjoni f' attivitajiet ta' partiti politiċi jew trejd unions

1

Iva

2

Le

PS110_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS120

 

Parteċipazzjoni f' attivitajiet ta' assoċjazzjonijiet professjonali

1

Iva

2

Le

PS120_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS130

 

Parteċipazzjoni f' attivitajiet ta' knejjes u organizzazzjonijiet reliġjużi oħra

1

Iva

2

Le

PS130_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS140

 

Parteċipazzjoni f' attivitajiet ta' gruppi jew organizzazzjonijiet ta' rikreazzjoni

1

Iva

2

Le

PS140_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS150

 

Parteċipazzjoni f' attivitajiet ta' organizzazzjonijiet tal-karità

1

Iva

2

Le

PS150_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela

PS160

 

Parteċipazzjoni f' attivitajiet ta' gruppi jew organizzazzjonijiet oħra

1

Iva

2

Le

PS160_F

–1

Nieqes

1

Il-fattur varjabbli mtela