|
21.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
375 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/91/KE
tas-16 ta’ Diċembru 2005
li temenda d-Direttiva 2003/90/KE li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet ta l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli
(Test b'rilevanza għaz-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE (2) ġiet adottata biex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linjigwida stabbiliti mill-Uffiċju Komunitarju dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti linjigwida bħal dawn. Għal varjetajiet oħra, dik id-Direttiva tipprevedi li għandhom japplikaw il-linjigwida ta' l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV). |
|
(2) |
Is-CPVO stabbilixxa minn dak iż-żmien ’l hawn aktar linjigwida għal għadd ta’ speċi oħrajn. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2003/90/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta' April 2006, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw it-test tad-Direttiva 2003/90/KE li japplika qabel l-emenda tiegħu mid-Direttiva preżenti.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom minnufih jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Marzu 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2006.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din dak in-nhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, nhar is-16 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 1 Id-Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru. 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
Lista’ ta’ speċi li għandhom jikkonformaw mal-linjigwida tat-test CPVO
|
Speċi elenkati fil-Katalgu Komuni |
Protokoll CPVO |
|
Piżelli |
Piżelli, TP 7/1 tas-6.11.2003 |
|
Kolza |
Kolza, TP 36/1 tal-25.03.2004 |
|
Ġirasol |
Ġirasol, TP 81/1 tal-31.10.2002 |
|
Ħafur |
Ħafur, TP 20/1 tas-6.11.2003 |
|
Xgħir |
Xgħir, TP 19/2 tas-6.11.2003 |
|
Ross |
Ross, TP 16/1 tat-18.11.2004 |
|
Segala |
Segala, TP 58/1 tal-31.10.2002 |
|
Triticale |
Triticale, TP 121/1 tas-6.11.2003 |
|
Qamħ |
Qamħ, TP 3/3 tas-6.11.2003 |
|
Qamħ durum |
Qamħ durum, TP 12/02 tas-6.11.2003 |
|
Qamħirrum |
Qamħirrum, TP 2/2 tal-15.11.2001 |
|
Patata |
Patata, TP 23/1 tas-27.3.2002 |
It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fil-websajt tas-CPVO (www.cpvo.eu.int).
“ANNESS II
Lista’ ta’ speċi li għandhom jikkonformaw mal-linjigwida tat-test UPOV
|
Speċi elenkati fil-Katalgu Komuni |
Linjigwida UPOV |
|
Żerriegħa tal-pitravi għall-għalf (Beta vulgaris var. alba) |
Żerriegħa tal-pitravi għall-għalf (Beta vulgaris var. alba), linjagwida TG 150/3 ta’ l-4.11.1994 |
|
Velvet bent |
Bent, linjagwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Red top |
Bent, linjagwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Creeping bent |
Bent, linjagwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Brown top |
Bent, linjagwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Rescue grass |
Rescue grass, linjagwida TG/180/3 ta’ l-4.4.2001 |
|
Alaska brome-grass |
Alaska brome-grass, linjagwida TG/180/3 ta' l-4.4.2001 |
|
Sieq is-serduk (Dactylis glomerata L.); |
Sieq is-serduk (Dactylis glomerata L.), linjagwida TG/31/8 tas-17.4.2002 |
|
Żwien twil |
Żwien twil, linjagwida TG/39/8 tas-17.4.2002 |
|
Żwien ovin (sheeps’ fescue) |
Żwien (sheep’s fescue), linjagwida TG/67/4 tat-12.11.1980 |
|
Żwien tal-bur |
Żwien tal-bur, linjagwida TG/39/8 tas-17.4.2002 |
|
Żwien aħmar |
Żwien aħmar, linjagwida TG/67/4 tat-12.11.1980 |
|
Sikrana Taljana |
Sikrana, linjagwida TG/4/7 tat-12.10.1990 |
|
Sikrana perenni |
Sikrana, linjagwida TG/4/7 tat-12.10.1990 |
|
Sikrana ibrida |
Sikrana, linjagwida TG/4/7 tat-12.10.1990 |
|
Timothy |
Timothy, linjagwida TG/34/6 tas-7.11.1984 |
|
Millieġ (biz-zokk lixx) |
Ħuxlief ikħal tal-Kentucky, linjagwida TG/33/6 tat-12.10.1990 |
|
Lupina bajda |
Lupina bajda, linjagwida TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Lupina kaħla |
Lupina kaħla, linjagwida TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Lupina safra |
Lupina safra, linjagwida TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Xnien |
Xnien, linjagwida TG/6/5 tas-6.4.2005 |
|
Silla ħamra |
Silla ħamra, linjagwida TG/5/7 ta’ l-4.4.2001 |
|
Silla bajda |
Silla bajda, linjagwida TG/38/7 tad-9.4.2003 |
|
Fażola ta’ l-għelieqi |
Fażola ta’ l-għelieqi, linjagwida TG/8/6 tas-17.4.2002 |
|
Ġilbiena sewda |
Ġilbiena sewda, linjagwida TG/32/6 tal-21.10.1988 |
|
Swede |
Swede, linjagwida 89/6 ta’ l-4.4.2001 |
|
Ravanell għall-għalf |
Ravanell għall-għalf, linjagwida TG/178/3 ta’ l-4.4.2001 |
|
Karawett |
Karawett, linjagwida TG/93/3 tat-13.11.1985 |
|
Lift (turnip rape) |
Lift (turnip rape), linjagwida TG/185/3 tas-17.4.2002 |
|
Għosfor |
Għosfor, linjagwida TG/134/3 tat-12.10.1990 |
|
Qoton |
Qoton, linjagwida TG/88/6 ta’ l-4.4.2001 |
|
Kittien |
Kittien, linjagwida TG/57/6 ta’ l-20.10.1995 |
|
Xaħxieħ |
Xaħxieħ/Peprin, linjagwida TG/166/3 ta’ l-24.3.1999 |
|
Ġarġir abjad |
Ġarġir abjad, linjagwida TG/179/3 ta’ l-4.4.2001 |
|
Sojja |
Sojja, linjagwida TG/80/6 ta’ l-1.4.1998 |
|
Sorgu |
Sorgu, linjagwida TG/122/3 tas-6.10.1989 |
It-test ta’ dawn il-linjigwida jinsab fil-websajt ta’ l-UPOV (www.upov.eu.int).