|
9.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
51 |
ID-DIRETTIVA 2005/69/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2005
li temenda għas-sebgħa u għoxrin darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċertu sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (idrokarburi poliċikliċi aromatiċi fi żjut dilwenti u f’tajers)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
It-tajers jiġu prodotti billi jintużaw żjut dilwenti li jista’ jkun fihom livelli varji ta’ idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAHs) li ma jiġux miżjuda apposta. Waqt il-proċess ta’ produzzjoni l-PAHs jistgħu jiġu nkorporati fil-matriċi tal-lasktu. Għalhekk, jistgħu jinstabu f’ammonti varji fil-prodott finali. |
|
(2) |
Il-‘Benzo(a)pyrene’ (BaP) jista’ jkun indikatur kwalitattiv u kwantitattiv għall-preżenza ta’ PAHs. Il-BaP u PAHs oħra ġew klassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni. Barra minn hekk, minħabba l-preżenza ta’ dawn il-PAHs, diversi żjut dilwenti ġew awtomatikament klassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni. |
|
(3) |
Il-Kumitat Xjentifiku għat-Tossiċità, għall-Ekotossiċità u għall-Ambjent (is-CSTEE) ikkonferma s-sejbiet xjentifiċi li jidentifikaw l-effetti ħżiena tal-PAHs fuq is-saħħa. |
|
(4) |
L-emissjonijiet tal-BaP u PAHs oħra fl-ambjent għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun. Sabiex jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u sabiex issir kontribuzzjoni għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet totali annwali ta’ PAHs kif mitlub mill-Protokoll ta’ l-1998 għall-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfinali ta’ l-Arja fuq Distanza Kbira fuq Tniġġis Organiku Persistenti ta’ l-1979, jidher għalhekk li hemm bżonn li jiġi ristrett il-marketing u l-użu ta’ żjut dilwenti b’ konetut għoli ta’ PAH u taħlit użat bħala żjut dilwenti fil-produzzjoni tat-tajers. |
|
(5) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċertu sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (3) għandha għalhekk tiġi emendata għaldaqstant. |
|
(6) |
Bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ dispożizzjonijiet Ewropej oħra, din id-Direttiva tkopri t-tajers ta’ karozzi għall-passiġġieri (4), it-tajers ta’ trakkijiet ħfief u tqal (5), it-tajers għall-użu fl-agrikultura (6) u t-tajers tal-muturi (7). |
|
(7) |
Sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti meħtieġa għas-sigurtà u b’mod partikulari biex jiġi żgurat li t-tajers ikollhom livell għoli ta’ qabda fuq l-imxarrab, hemm bżonn perijodu transitorju li matulu l-produtturi tat-tajers jistgħu jiżviluppaw u jittestjaw tipi ġodda ta’ tajers prodotti mingħajr żjut dilwenti b’ammont għoli ta’ aromatiċi. Skond l-informazzjoni li hemm disponibbli bħalissa, ix-xogħol għall-iżvilupp u għall-ittestjar se jieħu żmien konsiderevoli, peress li l-produtturi se jkollhom iwettqu sensiliet numerużi ta’ testijiet qabel ma jkun jista’ jiġi garantit livell għoli ta’ qabda fuq l-imxarrab meħtieġ fil-każ tat-tajers il-ġodda. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-operaturi ekonomiċimill- 1 ta’ Jannar 2010. |
|
(8) |
Hemm bżonn li jiġu adottati metodi armonizzati għall-ittestjar sabiex tiġi applikata din id-Direttiva fir-rigward tal-kontenut ta’ PAHs fi żjut dilwenti u f’tajers. L-adozzjoni ta’ dan it-tip ta’ metodi għall-ittestjar m’għandhiex tittardja d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Preferibbilment il-metodu għall-ittestjar jiġi żviluppat fuq livell Ewropew jew internazzjonali, mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (is-CEN) jew mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (l-ISO) skond il-każ. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika riferenzi għall-istandards relevanti tas-CEN jew ta’ l-ISO jew tistabbilixxi dan it-tip ta’ metodi bi qbil ma’ l-Artikolu 2a tad-Direttiva 76/769/KEE, fejn meħtieġ. |
|
(9) |
Din id-Direttiva ma taffettwax il-leġiżlazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema, bħad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEEtat- 12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jħeġġu titjib fis-sigurtà u fis-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (8), u direttivi individwali bbażati fuqha, b’mod partikulari d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji marbutin ma’ l-esposizzjoni għal sustanzi karċinoġeniċi jew mutaġenici fuq il-post tax-xogħol (is-sitt Direttiva individwali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (9) u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema kontra r-riskji marbutin ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (10). |
|
(10) |
M’huwiex l-iskop ta’ din id-Direttiva li tillimita t-tqegħid fis-suq kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’ jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-ipparkjar u t-tikkettar ta’ sustanzi perikoluzi (11), ta’ tajers magħmula qabel l-1 ta’ Jannar 2010 u li għalhekk jistgħu jinbiegħu minn ħażniet wara din id-data. Id-data ta’ produzzjoni ta’ tajers tista’ tingħaraf faċilment permezz tad-‘data ta’ manifattura’ li bħalissa trid tiġi mmarkata fuq it-tajer b’mod obbilgatorju kif stabbilit fid-Direttiva 92/23/KEE. It-tajers kollha li jerġa’ jingħatalhom wiċċ ġdid wara l-1 ta’ Jannar 2010 għandhom isiru b’materjal li jkun fih żjut dilwenti ġodda b’livell baxx ta’ PAH. |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE qiegħed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
L-Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jissodisfaw din id-Direttiva sa 29 ta' Diċembru ta’ l-2006. Għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijietmill- 1 ta’ Jannar 2010.
Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal- pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea .
L-Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar is-16 ta’ Novembru 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
Bach of LUTTERWORTH
(1) ĠU C 120, ta’ l-20.5.2005, p. 30.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ottubru 2005.
(3) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/98/KE (ĠU L 305, ta’ l-1.10.2004, p. 63).
(4) Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar tajers għal vetturi bil-mutur, it-trejlers u t-twaħħil taghhom (ĠU L 129, ta’ l-14.5.1995, p. 95). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/11/KE (ĠU L 46, tas-17.2.2005, p. 42).
(5) Direttiva 92/23/KEE.
(6) Regolament 106 UN/ECE.
(7) Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ vetturi b’żewġ jew tlitt roti (ĠU L 226, tat-18.8.1997, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE (ĠU L 106, tas-27.4.2005, p. 17).
(8) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
(9) ĠU L 158, tat-30.4.2004, p. 50. Verżjoni korretta fil-ĠU L 229, tad-29.6.2004, p. 23.
(10) ĠU L 131, tal-5.5.1998, p. 11. Direttiva kif emendata bl-Att ta’ Adezjoni 2003.
(11) ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152, tat-30.4.2004, p. 1). Verżjoni korretta fil-ĠU L 216, tas-16.6.2004, p. 3.
ANNESS
Il-punt li ġej qiegħed jiżdied ma’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE:
|
|