|
18.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
327 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/52/KE
tad-9 ta’ Settembru 2005
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għanijiet li tadatta l-Anness III tiegħu għall-progress tekniku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropa,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (2) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti Mhux ta' l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/87/KE tas-7 ta’ Settembru 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għan li l-Anness III jiġi adattat għall- progress tekniku, estendiet sal-31 ta’ Diċembru 2005 l-użu proviżorju ta’ sittin zebgħa tax-xagħar elenkati fil-Parti 2 ta’ l-Anness III għad-Direttiva 76/768/KEE taħt in-numri ta’ referenza 1 to 60 (2). |
|
(2) |
Skond l-istrateġija taż-żebgħa tax-xagħar ppubblikata fuq l-internet, ġie miftiehem ma’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati li d-data ta’ Lulju 2005 tkun xierqa għall-preżentazzjoni lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur (SCCP) ta’ l-informazzjoni addizzjonali dwar iż-żebgħa tax-xagħar msemmijin hawn fuq. |
|
(3) |
Ġiet ippreżentata mill-industrija informazzjoni addizzjonali dwar tmienja u tletin żebgħa tax-xagħar elenkati fl-Anness III, Parti 2 tad-Direttiva 76/768/KEE. Din l-informazzjoni trid tiġi evalwata mill-SCCP. Regolamentazzjoni definittiva ta’ dawn iż-żebgħat tax-xagħar, abbażi tat-tali evalwazzjonijiet, u l-implimentazzjoni tagħha fil-liġijiet ta’ l-Istati Membri mhux se tkun possibbli qabel il-31 ta’ Diċembru 2006. Għalhekk, l-użu proviżorju tal-prodotti kożmetiċi skond ir-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, Parti 2 għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2006. |
|
(4) |
Għal tnejn u għoxrin żebgħa tax-xagħar elenkati fl-Anness III, Parti 2 tad-Direttiva 76/768/KEE, ma ġietx ppreżentata informazzjoni addizzjonali bħal din. Ir-regolamentazzjoni definittiva ta’ dawk iż-żebgħat tax-xagħar se titqies wara li jitwettqu l-proċeduri xierqa. Regolamentazzjoni definittiva bħal din u l-implimentazzjoni tagħha fil-liġijiet ta’ l-Istati Membri mhux se jkun possibbli qabel il-31 ta’ Awwissu 2006. Għalhekk, l-użu proviżorju tal-prodotti kożmetiċi skond ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, Parti 2 għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Awwissu 2006. |
|
(5) |
Id-Direttiva Nru 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar lil-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Il-Parti 2, kolonna g ta’ l-Anness III għad-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Għan-numri ta’ referenza 1, 2, 8, 13, 15, 17, 23, 30, 34, 40, 41, 42, 43, 45, 46, 51, 52, 53, 54, 57, 59 u 60, id-data “31.12.2005” hija mibdula bi “31.08.2006”. |
|
(2) |
Għan-numri ta’ referenza 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 31, 32, 33, 35, 36, 37, 38, 39, 44, 47, 48, 49, 50, 55, 56 u 58 id-data “31.12.2005” hija mibdula bi “31.12.2006”. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2006. Huma għandhom, mingħajr ebda telf ta' żmien, jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment.. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b' din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, nhar id-9 ta' Settembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2005/42/KE (ĠU L 158, 20.6.2005, p. 17).