15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

360


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/42/KE

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2005

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, għar-raġunijiet ta’ adattament tal-Annessi II, IV u VI tagħha għall-progress tekniku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrata t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkunsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Kosmetiċi u Prodotti Mhux tal-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,

Billi:

(1)

Abbażi tal-valutazzjoni tat-tossiċitajiet tal-ġilda taż-żejt tal-għeruq tal-Costus (Saussurea lappa Clarke), 7-Ethoxy-4-methylcoumarin, hexahydrocoumarin u l-balzmu tal-Peru (Myroxylon pereirae), il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u l-Prodotti Mhux għall-Ikel intenzjonati għall-Konsumaturi (SCCNFP) hu tal-opinjoni li dawn is-sustanzi ma għandhomx jintużaw bħala ingredjenti ta’ fwieħa fi prodotti kosmetiċi. Għalhekk, dawn ma għandhomx ikunu inklużi fl-Anness II għad-Direttiva 76/768/KEE.

(2)

Il-kuluranti ażotiċi CI 12150, CI 20170 u CI 27290 huma inklużi fil-Parti 1 tal-Anness IV għad-Direttiva 76/768/KEE bħala aġenti kuluranti li huma awtorizzati għal użu fi prodotti kosmetiċi. Is-sikurezza ta’ dawn il-kuluranti ġiet iddubbitatha minħabba li jistgħu jifformaw amini karċinoġeniċi waqt il-metaboliżmu. L-SCCNFP hu tal-fehma, ibbażata fuq informazzjoni disponibbli, li l-użu tal-kuluranti CI 12150, CI 20170 u CI 27290 joħloq riskju għas-saħħa tal-konsumatur billi dawn jistgħu jerħu waħda jew diversi amini aromatiċi karċinoġeniċi. Dawn il-kuluranti għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-Parti 1 għall-Anness IV tad-Direttiva 76/768/KEE.

(3)

Il-klorur tal-benżetonju hu inkluż bħala numru ta’ referenza 53 fil-Parti 1 għall-Anness VI tad-Direttiva 76/768/KEE bħala preżervattiv li jista’ jintuża fi prodotti kosmetiċi li jitlaħalħu sa konċentrazzjoni ta’ 0,1 %. Hi l-fehma tal-SCCNFP li l-klorur tal-benżetonju għandu jingħata l-awtorizzazzjoni li jintuża fi prodotti kosmetiċi li ma jitlaħalħux li mhumiex għall-użu ta’ kura orali sa konċentrazzjoni ta’ 0,1 %. L-entratura taħt in-numru 53 ta’ referenza fil-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

L-SCCNFP hi tal-fehma li l-Methylisothiazolinone ma toħloqx riskju għas-saħħa tal-konsumaturi jekk tintuża fi prodotti kosmetiċi lesti bħala preżervattiv sa konċentrazzjoni ta’ 0,01 %. Il-Methylisothiazolinone għandha għalhekk tiġi inkluża fil-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 76/768/KEE bħala numru ta’ referenza 57.

(5)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II, IV, u VI għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skont it-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri se jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw mill-31 ta’ Marzu 2006 prodotti kosmetiċi li ma jikkonfermawx mal-Annessi II u IV tad-Direttiva 76/768/KEE kif emendata b’din id-Direttiva ma jitqegħdux fis-suq mill-manifatturi Komunitarji jew minn esportaturi stabbiliti fil-Komunità, lanqas ma jinbiegħu jew ikunu disponibbli għall-konsumatur finali.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi President


(1)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/9/KE (ĠU L 27, 29.1.2005, p. 46).


ANNESS

L-Annessi għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, in-numri ta’ referenza li ġejjin huma miżjudin:

“1133.

Iż-żejt tal-għeruq tal-Costus (Saussurea lappa Clarke) (CAS Nru 8023-88-9), meta użat bħala ingredjent tal-fwieħa.

1134.

7-Ethoxy-4-methylcoumarin (CAS Nru 87-05-8), meta użata bħala ingredjent tal-fwieħa.

1135.

Hexahydrocoumarin (CAS Nru 700-82-3), meta użata bħala ingredjent tal-fwieħa.

1136.

Balsmu tal-Peru (isem INCI: Myroxylon pereirae; (CAS Nru 8007-00-9), meta użat bħala ingredjent tal-fwieħa.”

(2)

Fil-Parti 1 tal-Anness IV, l-aġenti kuluranti CI 12150, CI 20170 u CI 27290 qed jitħassru.

(3)

Il-Parti 1 tal-Anness VI hi emendata kif ġej:

(a)

in-Nru ta’ referenza 53 hu ssostitwit b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Sustanza

Konċentrazzjoni massima awtorizzata

Limitazzjonijiet u rekwiżiti

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

a

b

c

d

e

“53

Klorur tal-benżetonju (INCI)

0,1  %

(a)

Prodotti li jitlaħalħu,

(b)

Prodotti li ma jitlaħalħux għajr dawk għal użu ta’ kura orali”

 

(b)

l-entratura li ġejja qed tiżdied bħala numru ta’ referenza 57:

Numru ta’ referenza

Sustanza

Konċentrazzjoni massima awtorizzata

Limitazzjonijiet u rekwiżiti

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

a

b

c

d

e

“57

Methylisothiazolinone (INCI)

0,01  %”