6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
363 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/37/KE
tat-3 ta' Ġunju 2005
li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ xi residwi tal-pestiċidji fi u fuq ċereali u xi prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi frott u ħaxix
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar id-delimitazzjoni tal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidji fi u fuq ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar id-delimitazzjoni tal-livelli massimi għal residwi tal-pestiċidji fi u fuq xi prodotti li joriġinaw mill-pjanti inklużi frott u ħaxix (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq is-suq (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tiegħu,
Billi:
(1) |
Dawn is-sustanzi attivi eżistenti li ġejjin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE: maleic hydrazide bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/31/KE (4); propyzamide bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/39/KE (5)); u mecoprop u mecoprop-P bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/70/KE (6). |
(2) |
Is-sustanzi attivi ġodda isoxaflutole, trifloxystrobin, carfentrazone-ethyl u fenamidone ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/68/KE (7). |
(3) |
L-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi konċernati kienet bażata fuq l-istima ta’ l-informazzjoni preżentata rigward l-użu propost. L-informazzjoni dwar dan l-użu ġiet preżentata minn xi Stati Membri skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli ġiet riveduta u hija suffiċjenti biex tippermetti li jiġu delimitati ċerti livelli massimi tar-residwi (MRLs). |
(4) |
Meta ma jeżisti ebda MRL Komunitarju jew MRL proviżorju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu MRL nazzjonali proviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel ma jkunu jistgħu jiġu awtorizzati prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi. |
(5) |
L-MRLs Komunitarji u l-livelli rakkomandati mill-Kodiċi Alimentarius huma delimitati u evalwati bi proċeduri simili. Hemm numru limitat ta’ Kodiċi MRLs għall-maleic hydrazide. Diġà hemm MRLs Komunitarji fid-Direttiva 90/642/KEE għal: maleic hydrazide, (Direttiva tal-Kunsill 93/58/KE) (8) u fid-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE għal: propyzamide (Direttivi tal-Kunsill 96/32/KE (9) u 96/33/KE (10)). Dawn ġew kunsidrati meta l-MRLs in kwistjoni jiġu delimitati bl-addattazzjonijiet li saru b’din id-Direttiva. Kodiċi MRLs li jiġu rakkomandati għall-irtirar fil-futur qrib ma ġewx meqjusa. L-MRLs bażati fuq Kodiċi MRLs ġew evalwati fid-dawl tar-riskju għall-konsumatur. L-ebda riskju ma ġie stabbilit meta jintużaw il-punti tossikoloġiċi bażati fuq l-istudju disponibbli għall-Kummissjoni. |
(6) |
Rigward l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi in kwistjoni, l-evalwazzjonijiet relatati tekniċi u xjentifiċi ġew finalizzati fil-forma ta’ rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Ir-rapporti ta’ l-istima għas-sustanzi msemmija ġew finalizzati fid-dati msemmija fid-Direttivi tal-Kummissjoni ċitati fil-Preamboli (1) u (2). Dawn ir-rapporti iddeterminaw it-Teħid Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) u jekk meħtieġ, id-Doża Akuta ta’ Riferenza (ARfD) għas-sustanzi in kwistjoni. L-esposizzjoni tal-konsumaturi tal-prodotti ta’ l-ikel trattat bis-sustanza attiva in kwistjoni ġiet stmata u evalwata skond il-proċeduri tal-Komunità. Ittieħed kont ukoll tal-gwida pubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (11) u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku għall-Pjanti (12) dwar il-metodoloġija użata. Huwa konkluż illi l-MRLs proposti ma jwasslux sabiex dawk l-ADIs jew l-ARfD jiġu eċċeduti. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur huwa mħares b’mod xieraq mill-esposizzjoni għar-residwi li jirriżultaw mill-użi mhux awtorizzati tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għandhom jiġu delimitati MRLs proviżorji għall-kombinazzjonijiet tal-prodott/pestiċidju rilevanti fil-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika. |
(8) |
L-istabbiliment fuq livell Komunitarju ta’ tali MRLs proviżorji ma jimpedix lill-Istati Membri milli jiddeterminaw MRLs provviżorji għas-sustanzi in kwistjoni skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tagħha. Huwa meqjus li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jiġu permessi aktar użi tas-sustanza attiva in kwistjoni. L-MRL proviżorju għandu mbagħad jiġi definittiv. |
(9) |
Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu miżjuda jew sostitwiti, ir-residwi kollha tal-pestiċidji li jirriżultaw mill-użu ta’ dawn il prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE biex jiġu permessi sorveljanza u kontroll xierqa tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u biex jiġi mħares il-konsumatur. Fejn l-MRLs diġà ġew definiti fl-annessi ta’ dawk id-direttivi huwa xieraq li jiġu modifikati. Fejn l-MRLs ma ġewx definiti s’issa, huwa xieraq li jiġu delimitati għall-ewwel darba. |
(10) |
Id-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE għalhekk għandhom jiġu emendati f’dan is-sens. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata kif ġej:
a) |
Fil-Parti A ta’ l-Anness II huma miżjuda l-massimi tal-livelli tar-residwi tal-pestiċidji għal isoxaflutole, trifloxystrobin, carfentrazone-ethyl, mecoprop, mecoprop-P, maleic hydrazide u fenamidone kif jidher fl-Anness I ta’ din id-Direttiva. |
b) |
Fil-Parti A ta’ l-Anness II il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidji għall-propyzamide huma sostitwiti b’dawk kif jidher fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata kif ġej:
a) |
Fl-Anness II huma miżjuda l-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidji għall-isoxaflutole, trifloxystrobin, carfentrazone-ethyl, mecoprop, mecoprop-P u fenamidone kif jidher fl-Anness III ta’ din id-Direttiva. |
b) |
Fl-Anness II il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidji għall-propyzamide u maleic hydrazide huma sostitwiti b’dawk kif jidher fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea], il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u skeda tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [18-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea].
Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula f’Brussel, nhar it-3 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/61/KE (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 81)
(2) ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/115/KE (ĠU L 374, 22.12.2004, p. 64).
(3) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/34/KE (ĠU L 125, 18.5.2005, p. 5).
(5) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 30
(7) ĠU L 177, 16.7.2003, p. 12
(9) ĠU L 144, 18.6.1996, p. 12
(10) ĠU L 144, 18.6.1996, p. 35
(11) Gwida għall-previżjoni tad-dħul mill-ikel ta’ residwi tal-pestiċidj (riveduta), preparata mill-GEMS/Programm ta’ l-Ikel b’kollaborazzjoni mal-Kumitat tal-Kodiċi fuq ir-Residwu tal-Pestiċidji, pubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7)
(12) Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti fuq kwistjonijiet relatati ma’ l-emenda ta’ l-annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, 14 ta’ Lulju 1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html)
ANNESS I
Livelli massimi mg/kg |
|
Residwi tal-pestiċidji |
Prodotti individwali li jgħoddu għalihom l-MRLs |
isoxaflutole(total ta’ isoxaflutole, RPA 202248 u RPA 203328, espress bħala isoxaflutole) (1) |
ĊEREALI Barli, Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, (Rye), Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn |
trifloxystrobin |
0,3 (p) Barli 0,05 (p) Segala 0,05 (p) Triticale, Qamħ |
carfentrazone-ethyl (determinat bħala carfentrazone u espress bħala carfentrazone-ethyl) |
ĊEREALI Barli, Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn |
fenamidone |
ĊEREALI Barli, Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn |
mecoprop (total ta’ mecoprop-P u mecoprop espressi bħala mecoprop) |
ĊEREALI Barli, Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn |
Maleic hydrazide |
ĊEREALI Barli, Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn |
(1) RPA 202248 huwa 2-cyano-3-cyclopropyl-1-(2-methylsulfonyl-4-trifluoromethylphenyl) propane-1,3-dione. RPA 203328 huwa 2-methanesulfonyl-4-trifluoromethylbenzoic acid
(*) tindika livell aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika
(p) tindika livell massimu tar-residwi proviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm mhux emendat, dan il-livell isir definittiv b’effett minn [4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tintroduċi din l-emenda]
ANNESS II
Livelli massimi mg/kg |
|
Residwi tal-pestiċidji |
Prodotti individwali li jgħoddu għalihom l-MRLs |
propyzamide |
ĊEREALI Barli (xgħir), Qamħ Saraċin, Qamħirrum, Millieġ, Ħafur, Ross, Segala, Sorġju, Triticale, Qamħ, Ċereali oħrajn |
(*) tindika livell aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika
(p) tindika livell massimu tar-residwi provviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm mhux emendat, dan il-livell isir definittiv b’effett minn [4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tintroduċi din l-emenda]
ANNESS III
Residwi tal-pestiċidji u livelli massimi tar-residwi (mg/kg) |
|||||||
Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li jgħoddu għalihom l-MRLs |
isoxaflutole (total ta' isoxaflutole, RPA 202248 u RPA 203328, espress bħala isoxaflutole) (ara nota I) (1) |
trifloxystrobin |
carfentrazone-ethyl (determinat bħala carfentrazone u espress bħala carfentrazone-ethyl) |
fenamidone |
mecoprop(total ta' mecoprop-P u mecoprop espress bħala mecoprop) |
||
|
|
|
|||||
|
|
0,3 (p) |
|
|
|||
Grejpfrut |
|
|
|
|
|
||
Lumi |
|
|
|
|
|
||
Xkomp |
|
|
|
|
|
||
Mandolin (li jinkludu klementini u ibridi oħrajn) |
|
|
|
|
|
||
Larinġ |
|
|
|
|
|
||
Pomelos |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||||
Lewż |
|
|
|
|
|
||
Ġewż tal-Brażil |
|
|
|
|
|
||
Ġewż tal-kexju |
|
|
|
|
|
||
Qastan |
|
|
|
|
|
||
Ġewż ta’ l-Indji |
|
|
|
|
|
||
Ġellewż |
|
|
|
|
|
||
Macadamia |
|
|
|
|
|
||
Ġewż Amerikan |
|
|
|
|
|
||
Ġewż tal-pin |
|
|
|
|
|
||
Pistaċċi |
|
|
|
|
|
||
Ġewż |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
0,5 (p) |
|
|
|||
Tuffieħ |
|
|
|
|
|
||
Lanġas |
|
|
|
|
|
||
Sfarġel |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|||
Berquq |
|
1 (p) |
|
|
|
||
Ċirasa |
|
1 (p) |
|
|
|
||
Ħawħ (li jinkludi nuċiprisk u ibridi simili) |
|
1 (p) |
|
|
|
||
Għajnbaqar |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
5 (p) |
|
0,5 (p) |
|
||
Għeneb tal-mejda |
|
|
|
|
|
||
Għeneb ta’ l-inbid |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
||||
Tut |
|
|
|
|
|
||
Dewberries |
|
|
|
|
|
||
Għeneb kbir aħmar (loganberries) |
|
|
|
|
|
||
Ċawsli |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|||
Mirtill |
|
|
|
|
|
||
Cranberries |
|
|
|
|
|
||
Passolini (ħomor, suwed u bojod) |
|
1 (p) |
|
|
|
||
Ribes |
|
1 (p) |
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|||
Avokado |
|
|
|
|
|
||
Banana |
|
0,05 (p) |
|
|
|
||
Tamal |
|
|
|
|
|
||
Tin |
|
|
|
|
|
||
Kiwi |
|
|
|
|
|
||
Kumquats |
|
|
|
|
|
||
Litchis |
|
|
|
|
|
||
Mango |
|
|
|
|
|
||
Żebbuġ |
|
|
|
|
|
||
Il-frott tal-fjura tal-Passjoni |
|
|
|
|
|
||
Ananas |
|
|
|
|
|
||
Rummien |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|||
|
|
|
|||||
|
|
|
|
||||
Pitravi |
|
|
|
|
|
||
Karrotti |
|
|
|
|
|
||
Krafes |
|
|
|
|
|
||
Ravanelli |
|
|
|
|
|
||
Qaqoċċ ta’ Ġerusalemm |
|
|
|
|
|
||
Zunnarija |
|
|
|
|
|
||
Għeruq tat-tursin |
|
|
|
|
|
||
Ravanelli |
|
|
|
|
|
||
Sassefrika |
|
|
|
|
|
||
Patata ħelwa |
|
|
|
|
|
||
Lift ta' svezja |
|
|
|
|
|
||
Nevew |
|
|
|
|
|
||
Yam |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||||
Tewm |
|
|
|
|
|
||
Basal |
|
|
|
|
|
||
Shallots |
|
|
|
|
|
||
Basal tar-Rebbiegħa |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
Tadam |
|
0,5 (p) |
|
0,5 (p) |
|
||
Bżar |
|
|
|
|
|
||
Brunġiel |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
||||
|
|
0,2 (p) |
|
|
|||
Ħjar |
|
|
|
|
|
||
Ħjar żgħir għall-immarinar |
|
|
|
|
|
||
Zukkini |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
Bettieħ |
|
0,3 (p) |
|
0,1 (p) |
|
||
Squashes |
|
|
|
|
|
||
Dulliegħ |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
||||
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|
||
Brokkoli |
|
|
|
|
|
||
Pastard |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
Brussels sprouts |
|
|
|
|
|
||
Kaboċċa tar-ras |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
Kaboċċa Ċiniża |
|
|
|
|
|
||
Kale |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
2 (p) |
|
||
Krexxun |
|
|
|
|
|
||
Valerjanella |
|
|
|
|
|
||
Ħass |
|
|
|
|
|
||
Scarole |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|||
Spinaċi u simili |
|
|
|
|
|
||
Weraq tal-pitravi |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|
|||
Maxxita |
|
|
|
|
|
||
Kurrat salvaġġ |
|
|
|
|
|
||
Parsli |
|
|
|
|
|
||
Weraq tal-karfus |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||||
Fażola (bil-miżwed) |
|
|
|
|
|
||
Fażola (mingħajr miżwed) |
|
|
|
|
|
||
Piżelli (bil-miżwed) |
|
|
|
|
|
||
Piżelli (mingħajr miżwed) |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||||
Spraġ |
|
|
|
|
|
||
Kardun |
|
|
|
|
|
||
Karfus |
|
|
|
|
|
||
Bużbież |
|
|
|
|
|
||
Qaqoċċ globu |
|
|
|
|
|
||
Kurrata |
|
|
|
|
|
||
Rubarbru |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|||||||
Fażola |
|
|
|
|
|
||
Għads |
|
|
|
|
|
||
Piżelli |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|||||||
Żerriegħa tal-kittien |
|
|
|
|
|
||
Karawett |
|
|
|
|
|
||
Żerriegħa tal-pepprin |
|
|
|
|
|
||
Ġunġlien |
|
|
|
|
|
||
Żerriegħa tal-ġirasol |
|
|
|
|
|
||
Żerriegħa tal-lift |
|
|
|
|
|
||
Fażola tas-soja |
|
|
|
|
|
||
Żerriegħa tal-mustarda |
|
|
|
|
|
||
Żerriegħa tal-qoton |
|
|
|
|
|
||
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|||||||
Patata Bikrija |
|
|
|
|
|
||
Ware potatoes |
|
|
|
|
|
||
|
|||||||
|
30 (p) |
(1) RPA 202248 huwa 2-cyano-3-cyclopropyl-1-(2-methylsulfonyl-4-trifluoromethylphenyl) propane-1,3-dione RPA 203328 huwa 2-methanesulfonyl-4-trifluoromethylbenzoic acid
(*) tindika livell aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika
(p) tindika livell massimu tar-residwi proviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm mhux emendat, dan il-livell isir definittiv b’effett minn [4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tintroduċi din l-emenda].
ANNESS IV
Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li jgħoddu għalihom l-MRLs |
propyzamide |
maleic hydrazide |
||
|
||||
|
|
|
||
Grejpfrut |
|
|
||
Lumi |
|
|
||
Xkomp |
|
|
||
Mandolin (li jinkludu klementini u ibridi oħrajn) |
|
|
||
Larinġ |
|
|
||
Pomelos |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
Lewż |
|
|
||
Ġewż tal-Brażil |
|
|
||
Ġewż tal-kexju |
|
|
||
Qastan |
|
|
||
Ġewż ta’ l-Indji |
|
|
||
Ġellewż |
|
|
||
Macadamia |
|
|
||
Pecans |
|
|
||
Ġewż tal-pin |
|
|
||
Pistaċċi |
|
|
||
Ġewż |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
Tuffieħ |
|
|
||
Lanġas |
|
|
||
Sfarġel |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
Apricots |
|
|
||
Ċirasa |
|
|
||
Ħawħ (li jinkludi nuċiprisk u ibridi simili) |
|
|
||
Għajnbaqar |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
Għeneb tal-mejda |
|
|
||
Għeneb ta’ l-inbid |
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
Tut |
|
|
||
Dewberries |
|
|
||
Għeneb kbir aħmar (loganberries) |
|
|
||
Ċawsli |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
Bilberries |
|
|
||
Cranberries |
|
|
||
Passolini (ħomor, suwed u bojod) |
|
|
||
Ribes |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
Avokados |
|
|
||
Banana |
|
|
||
Tamal |
|
|
||
Tin |
|
|
||
Kiwi |
|
|
||
Kumquats |
|
|
||
Litchis |
|
|
||
Mango |
|
|
||
Żebbuġ |
|
|
||
Il-frott tal-fjura tal-Passjoni |
|
|
||
Ananas |
|
|
||
Rummien |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
|
||||
Pitravi |
|
|
||
Karrotti |
|
|
||
Krafes |
|
|
||
Ravanelli |
|
|
||
Qaqoċċ ta’ Ġerusalemm |
|
|
||
Zunnarija |
|
|
||
Għeruq tat-tursin |
|
|
||
Ravanelli |
|
|
||
Sassefrika |
|
|
||
Patata ħelwa |
|
|
||
Lift ta' svezja |
|
|
||
Nevew |
|
|
||
Yam |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|||
Tewm |
|
15 (p) |
||
Basal |
|
15 (p) |
||
Shallots |
|
15 (p) |
||
Basal tar-Rebbiegħa |
|
|
||
Oħrajn |
|
|||
|
||||
|
|
|
||
Tadam |
|
|
||
Bżar |
|
|
||
Brunġiel |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
Ħjar |
|
|
||
Ħjar żgħir għall-immarinar |
|
|
||
Zukkini |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
Bettieħ |
|
|
||
Squashes |
|
|
||
Dulliegħ |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
|
||||
|
|
|
||
Brokkoli |
|
|
||
Pastard |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
Brussels sprouts |
|
|
||
Kaboċċa tar-ras |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
Kaboċċa Ċiniża |
|
|
||
Kale |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|||
|
1 (p) |
|
||
Krexxun |
|
|
||
Valerjanella |
|
|
||
Ħass |
|
|
||
Scarole |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|||
Spinaċi u simili |
|
|
||
Weraq tal-pitravi |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
|
|||
|
|
|||
|
1 (p) |
|
||
Maxxita |
|
|
||
Kurrat salvaġġ |
|
|
||
Parsli |
|
|
||
Weraq tal-karfus |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
||||
Fażola (bil-miżwed) |
|
|
||
Fażola (mingħajr miżwed) |
|
|
||
Piżelli (bil-miżwed) |
|
|
||
Piżelli (mingħajr miżwed) |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
||||
Spraġ |
|
|
||
Kardun |
|
|
||
Karfus |
|
|
||
Bużbież |
|
|
||
Qaqoċċ globu |
|
|
||
Kurrata |
|
|
||
Rubarbru |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
||||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
||||
Fażola |
|
|
||
Għads |
|
|
||
Piżelli |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
||||
Żerriegħa tal-kittien |
|
|
||
Karawett |
|
|
||
Żerriegħ tal-pepprin |
|
|
||
Ġunġlien |
|
|
||
Żerriegħ tal-ġirasol |
|
|
||
Żerriegħa tal-lift |
|
|
||
Fażola tas-soja |
|
|
||
Żerriegħa tal-mustarda |
|
|
||
Żerriegħa tal-qoton |
|
|
||
Oħrajn |
|
|
||
|
50 (ara nota (1)) |
|||
Patata Bikrija |
|
|
||
Ware potatoes |
|
|
||
|
||||
|
(*) tindika livell aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika
(p) tindika livell massimu tar-residwi provviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm mhux emendat, dan il-livell isir definittiv b’effett minn [4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tintroduċi din l-emenda]
(1) MRL tal-patata soġġetta għal reviżjoni ta’ rekwiżiti pendenti tad-data 18-il xahar mid-data ta’ l-applikazzjoni