30.9.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
11 |
ID-DIRETTIVA 2005/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Settembru 2005
dwar it-tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Il-politika dwar is-sigurtà marittima tal-Komunità timmira lejn livell għoli ta' sigurtà u ta' protezzjoni ta' l-ambjent u hija bbażata fuq il-fehma li l-partijiet kollha involuti fit-trasport bil-baħar tal-merkanzija għandhom responsabbiltà li jiżguraw li l-vapuri użati fl-ibħra Komunitarji jikkonformaw mar-regoli u l-istandards applikabbli. |
(2) |
L-istandards materjali fl-Istati Membri kollha għar-rimi ta' sustanzi li jniġġżu minn vapuri huma bbażati fuq il-Konvenzjoni Marpol 73/78; madankollu dawn ir-regoli qegħdin jiġu injorati ta' kuljum min-numru kbir ħafna ta' vapuri li jbaħħru fl-ibħra Komunitarji, mingħajr ma qiegħda tittieħed azzjoni korrettiva. |
(3) |
L-implimentazzjoni tal-Marpol 73/78 turi diskrepanzi bejn l-Istati Membri, għaldaqstant jeħtieġ li tiġi armonizzata l-implimentazzjoni fuq il-livell Komunitarju; b'mod partikolari hemm differenzi kbar fil-prattiki ta' l-Istati Membri fl-impożizzjoni ta' penali għar-rimi ta' sustanzi li jniġġżu minn vapuri. |
(4) |
Miżuri ta' natura dissważiva huma parti integrali tal-politika dwar is-sigurtà marittima tal-Komunità, minħabba li jiżguraw konnessjoni bejn ir-responsabbiltà ta' kull wieħed mill-partijiet involuti fit-trasport bil-baħar ta' merkanziji li jniġġżu u l-espożizzjoni ta' dawn il-partijiet għal penali; sabiex tintlaħaq protezzjoni effettiva ta' l-ambjent, hemm għalhekk bżonn ta' penali effettivi, dissważivi u proporzjonati. |
(5) |
Għal dak il-għan huwa essenzjali li d-dispożizzjonijiet legali eżistenti jiġu approssimati permezz ta' l-istrumenti legali adatti, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni preċiża tal-ksur in kwistjoni, il-każijiet ta' eżenzjoni u regoli minimi għal penali, u fir-rigward ta' responsabbiltà u ġurisdizzjoni. |
(6) |
Din id-Direttiva hija supplimentata minn regoli dettaljati dwar offiżi kriminali u penali kif ukoll dispożizzjonijiet oħrajn li jinsabu fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/667/ĠAI tat-12 ta' Lulju 2005 sabiex jissaħħaħ il-kwadru tal-liġi kriminali għall-infurzar tal-liġi kontra t-tniġġiż minn vapuri (3). |
(7) |
La s-sistema internazzjonali għal responsabbiltà ċivili u kumpens għat-tniġġiż miż-żejt u lanqas dik li tikkonċerna t-tniġġiż minn sustanzi oħra perikolużi jew noċivi ma jipprovdu effetti dissważivi biżżejjed biex jiskoraġġixxu l-partijiet involuti fit-trasport ta' tagħbiji perikolużi bil-baħar milli jinvolvu ruħhom fi prattiċi taħt l-istandard; l-effetti dissważivi meħtieġa jistgħu jintlaħqu biss permezz ta' l-introduzzjoni ta' penali li japplikaw għal kwalunkwe persuna li tikkawża jew tikkontribwixxi għat-tniġġiż tal-baħar; sanzjonijiet għandhom ikunu applikabbli mhux biss għas-sid jew għall-kmandant tal-vapur, iżda wkoll għal sid it-tagħbija, għas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jew kwalunkwe persuna oħra involuta. |
(8) |
Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġżu minn vapuri għandu jkun ikkunsidrat bħala ksur jekk isir b'intenzjoni, b'mod imprudenti jew b'negliġenza serja. Dan il-ksur huwa kkunsidrat bħala offiża kriminali skond, u fiċ-ċirkostanzi pprovdut għalhekk fid-Deċiżjoni Kwadru 2005/667/ĠIA li tissupplimenta din id-Direttiva. |
(9) |
Penali għar-rimi ta' sustanzi li jniġġżu minn vapuri mhumiex relatati mar-responsabbiltà ċivili tal-partijiet konċernati u għalhekk mhumiex suġġetti għal xi regola li għandha x'taqsam mal-limitazzjoni jew mal-kanalizzazzjoni tar-responsabbiltajiet ċivili, lanqas ma jillimitaw il-kumpens effiċjenti tal-vittmi ta' inċidenti ta' tniġġiż. |
(10) |
Hemm bżonn ta' aktar koperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li r-rimi ta' sustanzi li jniġġżu minn vapuri jiġi skopert fil-ħin u li l-awturi jiġu identifikati. Għal dan il-għan, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (4) għandha rwol ċentrali fil-ħidma ma' l-Istati Membri sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet tekniċi u tingħata assistenza teknika għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex il-Kummissjoni tiġi megħjuna fit-twettiq ta' kwalunkwe xogħol li jingħata lilha għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva. |
(11) |
Sabiex ikun hemm prevenzjoni u ġlieda aħjar kontra t-tniġġiż marittimu, għandhom jinħolqu sinerġiji bejn l-awtoritajiet ta' l-infurzar bħas-servizzi tal-gwardja tal-kosta nazzjonali. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tħejji studju ta' fattibiltà dwar gwardjan tal-kosta Ewropew li jkun dedikat għall-prevenzjoni tat-tniġġiż u r-reazzjoni kontrih, liema studju joħroġ biċ-ċar l-ispejjeż u l-benefiċċji. Dan l-istudju għandu, jekk xieraq, ikun segwit minn proposta għall-gwardjan tal-kosta Ewropew. |
(12) |
Fejn hemm evidenza ċara u oġġettiva ta' rimi li qed jikkawża ħsara kbira jew theddida ta' ħsara kbira, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-kwistjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bil-għan li jiġu istitwiti proċedimenti skond l-Artikolu 220 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar. |
(13) |
L-infurzar tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar faċilitajiet ta' lqugħ fil-portijiet għal tniġġiż ikkawżat minn vapuri u residwi tal-merkanzija (5), flimkien ma' din id-Direttiva, hija strument ċentrali fis-serje ta' miżuri sabiex ikun hemm prevenzjoni tat-tniġġiż ikkawżat minn vapuri. |
(14) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva iridu jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (6). |
(15) |
Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-inkorporazzjoni ta' standards internazzjonali ta' tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-istabbiliment ta' penali - kriminali jew amministrattivi - għall-ksur tagħhom sabiex ikun żgurat livell għoli ta' sigurtà u ta' protezzjoni ta' l-ambjent, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, minħabba l-iskala u l-impatt ta' l-azzjoni proposta, jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq livell Kommunitarju, il-Komunità tista' taġixxi skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(16) |
Din id-Direttiva tirrispetta bis-sħiħ il-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea; kull persuna li tkun suspettata li kkommettiet ksur għandu jkollha l-garanzija għal smigħ ġust u imparzjali u l-penali għandhom ikunu proporzjonali, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
Għan
1. L-għan ta' din id-Direttiva hu li standards internazzjonali għal tniġġiż ikkawżat minn vapuri jiġu inkorporati fil-liġi Komunitarja u li jkun żgurat li l-persuni responsabbli għar-rimi huma suġġetti għal penali adekwati kif imsemmi fl-Artikolu 8, sabiex is-sigurtà tal-baħar titjieb u sabiex tiżdied il-protezzjoni ta' l-ambjent tal-baħar mit-tniġġiż ikkawżat minn vapuri.
2. Din id-Direttiva ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri iżjed iebsa kontra t-tniġġiż ikkawżat minn vapuri bi qbil mal-liġi internazzjonali.
L-Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
1. |
“Marpol 73/78” għandha tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1973 għall-prevenzjoni tat-tniġġiż minn vapuri u l-Protokoll tagħha ta' l-1978, fil-verżjoni aġġornata tagħha. |
2. |
“Sustanzi li jniġġżu” għandha tfisser is-sustanzi koperti mill-Annessi I (żejt) u II (sustanzi likwidi noċivi bil-grossa) tal-Marpol 73/78. |
3. |
“Rimi” għandha tfisser kwalunkwe rimi kkawżat bi kwalunkwe mod minn vapur, kif imsemmi fl-artikolu 2 tal-Marpol 73/78. |
4. |
“Vapur” għandha tfisser imbarkazzjoni marittima, irrispettivament mill-bandiera tagħha, ta' kwalunkwe xorta, li topera fl-ambjent tal-baħar u għandha tinkludi dgħajjes hydrofoil, vettura b'kuxxin ta' l-arja, sommersibbili u bċejjeċ tal-baħar li jżommu fil-wiċċ. |
L-Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika, bi qbil mal-liġi internazzjonali, għal rimi ta' sustanzi li jniġġżu:
(a) |
fl-ilmijiet interni, inklużi portijiet, ta' Stat Membru, sakemm ir-reġim Marpol huwa applikabbli; |
(b) |
fil-baħar territorjali ta' Stat Membru; |
(ċ) |
fl-istretti użati għan-navigazzjoni internazzjonali li huma suġġetti għar-reġim ta' passaġġ bi transitu, kif stipulat fil-Parti III, sezzjoni 2, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, sakemm Stat Membru jeżerċita ġurisdizzjoni fuq tali stretti; |
(d) |
fiż-żona esklussiva ekonomika jew żona ekwivalenti ta' Stat Membru, stabbilita skond il-liġi internazzjonali; u |
(e) |
bejn sema u ilma. |
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal rimi ta' sustanzi li jniġġżu minn kwalunkwe vapur, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe vapur tal-gwerra, awżiljari navali jew vapur ta' propjetà ta' jew imħaddem minn Stat u għal dak il-ħin użat biss fuq servizz mhux kummerċjali tal-gvern.
L-Artikolu 4
Ksur
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rimi ta' sustanzi li jniġġżu minn vapuri fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 3(1) ikun ikkunsidrat bħala ksur jekk isiru b'intenzjoni, b'mod imprudenti jew b'negliġenza serja. Dan il-ksur huwa meqjus bħala offiża kriminali skond, u fiċ-ċirkustanzi pprovdut għalhekk fid-Deċiżjoni Kwadru 2005/667/ĠAI li tissupplimenta din id-Direttiva.
L-Artikolu 5
Eċċezzjonijiet
1. Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġżu fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 3(1) m'għandux jitqies bħala ksur jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolamenti 9, 10, 11(a) jew 11(ċ) jew fl-Anness II, regolamenti 5, 6(a) jew 6(ċ) tal-Marpol 73/78.
2. Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġżu fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1) (ċ), (d) u (e) ma għandux jitqies bħala ksur min-naħa tas-sid, tal-kmandant jew ta' l-ekwipaġġ meta jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tal-kmandant jekk ir-rimi jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolament 11(b) jew fl-Anness II, Regolament 6(b) tal-Marpol 73/78.
L-Artikolu 6
Miżuri ta' infurzar fir-rigward ta' vapuri f'port ta' Stat Membru
1. Jekk irregolaritajiet jew informazzjoni jagħtu lok għal suspett li vapur li qiegħed volontarjament f'port jew f'terminal 'il barra mix-xatt ta' Stat Membru kien involut jew hu involut fir-rimi ta' sustanzi li jniġġżu fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1), dak l-Istat Membru għandu jiżgura li titwettaq spezzjoni xierqa, li tieħu kont tal-linji gwida rilevanti adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO), skond il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.
2. Fejn l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiżvela fatti li jistgħu jindikaw ksur skond id-definizzjoni ta' l-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru u ta' l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati.
L-Artikolu 7
Miżuri ta' infurzar minn Stati mal-kosta fir-rigward ta' vapuri fi transitu
1. Jekk ir-rimi suspettat ta' sustanzi li jniġġżu jseħħ fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), (ċ), (d) jew (e) u l-vapur li hu suspettat bir-rimi ma jidħolx f'port ta' l-Istat Membru li għandu l-informazzjoni li tikkonċerna r-rimi suspettat, għandu japplika s-segwenti:
(a) |
Jekk il-port ta' waqfien suċċessiv tal-vapur huwa fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoperaw mill-qrib fl-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) u fit-teħid tad-deċiżjoni dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' tali rimi; |
(b) |
Jekk il-port ta' waqfien suċċessiv tal-vapur huwa port ta' Stat li hu barra mill-Komunità, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-port ta' waqfien suċċessiv tal-vapur hu infurmat dwar ir-rimi suspettuż u għandu jitlob lill-Istat tal-port ta' waqfien suċċessiv biex jieħu l-miżuri xierqa fir-rigward ta' tali rimi. |
2. Fejn hemm evidenza ċara u oġġettiva li vapur li qed ibaħħar fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1) (b) jew (d) ikkometta, fiż-żona msemmija fl-Artikolu 3(1) d), ksur li rriżulta f'rimi li kkawża ħsara kbira jew theddida ta' ħsara kbira lill-kosta jew lil interessi relatati ta' l-Istat Membru kkonċernat, jew lil kwalunkwe riżorsi taż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1) (b) jew (d), dak l-Istat għandu, mingħajr ħsara għall-Parti XII, Sezzjoni 7 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, u bil-kundizzjoni li l-evidenza hekk tiġġustifika, jissottometti l-kwistjoni lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu bil-għan li jiġu istitwiti proċedimenti, inkluż id-detenzjoni tal-vapur, skond il-liġi nazzjonali tiegħu.
3. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet ta' l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu nfurmati.
L-Artikolu 8
Penali
1. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur imsemmi fl-Artikolu 4 ikun suġġett għal penali effettivi, proporzjonati u disważivi, li jistgħu jinkludu penali kriminali jew amministrattivi.
2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-penali msemmija fil-paragrafu 1 japplikaw għal kwalunkwe persuna li tinstab responsabbli ta' ksur kif imsemmi fl-Artikolu 4.
L-Artikolu 9
L-osservanza tal-liġi internazzjonali
L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva mingħajr l-ebda diskriminazzjoni fil-forma jew fil-fatt kontra vapuri barranin u bi qbil mal-liġi internazzjonali applikabbli, inkluż is-Sezzjoni 7 tal-Parti XII tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, u għandhom jgħarrfu fil-pront l-Istat tal-bandiera tal-vapur u kwalunkwe Stat ieħor ikkonċernat bil-miżuri meħuda skond din id-Direttiva.
L-Artikolu 10
Miżuri ta' akkompanjament
1. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw, fejn ikun xieraq, f'kollaborazzjoni stretta ma' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurta Marittima u, fejn hu xieraq, filwaqt li jieħdu kont tal-programm ta' azzjoni kontra t-tniġġiż tal-baħar li jseħħ b'mod aċċidentali jew deliberat kif stabbilit mid-Deċiżjoni Nru. 2850/2000/KE (7) u, jekk xieraq, ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/59/KE sabiex:
(a) |
jiġu żviluppati s-sistemi ta' informazzjoni li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva; |
(b) |
jiġu stabbiliti prattiċi u linji gwida komuni fuq il-bażi ta' dawk li jeżistu fuq il-livell internazzjonali b'mod partikolari għal:
|
2. B'konformità mal-kompiti tagħha kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1406/2002, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandha:
(a) |
taħdem ma' l-Istati Membri fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi u tagħti assistenza teknika għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, f'affarijiet bħal intraċċar ta' rimi permezz ta' monitoraġġ u sorveljanza satellitari; |
(b) |
tassisti l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż, jekk xieraq, permezz ta' visti lill-Istati Membri, skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002. |
L-Artikolu 11
Studju ta' Fattibiltà
Il-Kummissjoni għandha tissottometti studju ta' fattibiltà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar gwardjan tal-kosta Ewropew li jkun dedikat għall-prevenzjoni tat-tniġġiż u r-reazzjoni kontrih, liema studju joħroġ biċ-ċar l-ispejjeż u l-benefiċċji.
L-Artikolu 12
Rapportar
Kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jitrasmettu rapporti lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti. Abbażi ta' dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport Komunitarju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F'dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tistma, inter alia, l-interess li din id-Direttiva tiġi riveduta jew li l-kamp ta' applikazzjoni tagħha jiġi estiż. Għandu wkoll jiddeskrivi l-evoluzzjoni tal-ġurisprudenza relevanti fl-Istati Membri u għandu jikkunsidra l-possibiltà li jinħoloq database pubbliku li fih il-ġurisprudenza relevanti.
L-Artikolu 13
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġiż minn Vapuri (COSS), stabbilit mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (8).
2. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.
L-Artikolu 14
Għoti ta' Informazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE, bi kwalunkwe miżura proposta jew dwar attivitajiet rilevanti oħra li jikkonċernaw ir-risposta għat-tniġġiż tal-baħar.
L-Artikolu 15
Proċedura ta' emendar
Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 u bi qbil mal-proċedura msemmja fl-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva, il-COSS jista' jeskludi emendi għal Marpol 73/78 mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
L-Artikolu 16
Implimentazzjoni
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa 1 Marzu tas-sena 2007 u jinformaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew tali riferenza għandha takkumpanjahom meta jkunu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
L-Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 18
Destinatarji
Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar is-7 ta' Settembru 2005
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) ĠU C 220, tas-16.9.2003, p. 72.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2004 (ĠU C 92 E, tas-16.4.2004, p. 77), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-7 ta' Ottubru 2004 (ĠU C 25 E, ta' l-1.2.2005, p. 29), Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Frar 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2005.
(3) Ara paġna 164 ta' dan il-ĠU.
(4) ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 724/2004 (ĠU L 129, tad-29.4.2004, p. 1).
(5) ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 81. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/84/KE (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 53).
(6) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
(7) Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għal koperazzjoni fil-qasam tat-tniġġiż ta' l-ibħra, sewwa jekk aċċidentali, u sewwa jekk deliberatament (ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 1). Deċiżjoni emendata mid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE (ĠU L 138, tat-30.4.2004, p. 12).
(8) ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2004 (ĠU L 68, tas-6.3.2004, p. 10).
L-ANNESS
Taqsira, għal skopijiet ta' referenza, tar-regolamenti ta' rimi Marpol 73/78 li jikkonċernaw ir-rimi ta' żejt u ta' sustanzi likwidi noċivi, kif imsemmija fl-Artikolu 2.2
Parti I: Żejt (Marpol 73/78, l-Anness I)
Għall-finijiet ta' l-Anness I tal-Marpol 73/78, “żejt” tfisser żejt fi kwalunkwe forma inkluż iż-żejt mhux raffinat, iż-żejt fjuwil, żejt maħmuġ li nġema' fil-magni, żejt għar-rimi u prodotti raffinati (ħlief petrokimiċi li huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness II tal-Marpol 73/78) u “taħlita żejtnija” tfisser taħlita bi kwalunkwe kontenut ta' żejt.
Siltiet mid-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness I tal-Marpol 73/78:
|
Regolament 9: Kontroll tar-rimi ta' żejt
|
|
Regolament 10: Metodi għall-prevenzjoni ta' tniġġiż taż-żejt minn vapuri waqt li joperaw f'żoni speċjali
|
|
Regolament 11: Eċċezzjonijiet |
|
Ir-Regolamenti 9 u 10 ta' dan l-Anness ma għandhomx japplikaw għal:
|
Parti II: Sustanzi likwidi noċivi (Marpol 73/78 l-Anness II)
Siltiet mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Anness II tal-Marpol 73/78:
|
Regolament 3: Klassifikar u elenkar ta' sustanzi likwidi noċivi
[Aktar linji gwida dwar il-klassifikar ta' sustanzi, inkluż lista ta' sustanzi klassifikati, huma mogħtija fir-regolament 3(2)(4) u fir-regolament 4 u fl-appendiċi ta' l-Anness II tal-Marpol 73/78] |
|
Regolament 5: Rimi ta' sustanzi likwidi noċivi Kategoriji A, B u Ċ 'l barra minn żoni speċjali u sustanzi taħt il-kategorija D fiż-żoni kollha Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet […] tar-regolament 6 ta' dan l-Anness,
Rimi ta' sustanzi taħt il-kategoriji A, B u Ċ f'żoni speċjali [kif definit fl-Anness II, Regolament 1 tal-Marpol 73/78, inkluż il-Baħar Baltiku] Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' […] u r-regolament 6 ta' dan l-Anness,
|
|
Regolament 6: Eċċezzjonijiet |
|
Regolament 5 ta' dan l-Anness ma għandux japplika għal:
|