6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

221


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/21/KE

tas-7 ta' Marzu 2005

li tadatta l-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ tniġġis minn magni tad-diżil intenzjonati li jħaddmu vetturi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta’ Awwissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ tniġġis minn magni tad-diżil intenzjonati li jħaddmu vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE hi waħda mid-direttivi separati fil-qafas tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip stipulata mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' magni ta' vetturi u t-trejlers tagħhom (2).

(2)

Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE relatati mas-sistemi ta’ vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw mad-Direttiva 72/306/KEE.

(3)

L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendat mid-Direttiva 92/53/KEE (3), jipprovdi għas-similitudni bejn id-Direttivi separati u r-Regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropea (UN-ECE). Jeħtieġ għalhekk li l-ħtiġijiet tekniċi jiġu allinjati fid-dawl tas-sors tad-dawl ta’ l-opaċimetru (opacimeter) użat biex iqis l-opaċità ta’ l-egżost mar-Regolament tal-UN-ECE 24 u l-istandards internazzjonali. Jeħtieġ ukoll li l-fjuwil użat għall-qisien ta’ l-opaċità ta’ l-egżost jiġi allinjat mal-fjuwil permess, għall-qisien ta’ l-emissjonijiet, kif imniżżel fid-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE (4).

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament mal-Progress Tekniku stabbilit fid-Direttiva 70/156/KEE.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Direttiva 72/306/KEE huma emendati skond l-Anness ta’din id-Direttiva.

Artikolu 2

B’effett minn [12-il xahar u ġurnata wara l-pubblikazzjoni], l-Istati Membri:

Mhumiex sejrin jagħtu iżjed l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u

Jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal tip ġdid ta’ vettura minħabba l-emmissjoni ta’ tniġġis minn magni tad-diżil jekk ma jirnexxilhix tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 72/306/KEE, kif emendat minn din id-Direttiva.

Din id-Direttiva la m’hi sejra tinvalida l-approvazzjoni li ngħatat qabel skond id-Direttiva 72/306/KEE lanqas tipprevjeni l-estensjonijiet għal approvazzjonijiet bħal dawn skond it-termini tad-Direttiva li din ta’ l-aħħar tathom oriġinarjament.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni]. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Għandhom japplikaw din id-Direttiva minn [12-il xahar u ġurnata wara l-pubblikazzjoni].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza ta’ din id-Direttiva jew għandhom ikunu mehmuża b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam immexxi minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar is-7 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/20/KE (ĠU L 125, 16.5.1997, p. 21).

(2)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/104/KE (ĠU L 337, 13.11.2004, p. 13).

(3)  ĠU L 225, 10.8.1992, p. 1.

(4)  ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE (ĠU L 107, 18.4.2001, p. 10).


ANNESS

Il-lista ta’ l-Annessi bejn l-Artikoli u l-Anness I hija ssostiwita b’dan li ġej:

“LISTA TA’ ANNESSI

Anness I:

Definizzjonijiet, applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE, għotja ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE, simbolu tal-koeffiċjent ta’ assorbiment korrett, speċifikazzjonijiet u testi, emendi tat-tip, konformità tal-produzzjoni

Appendiċi 1:

Dokument tat-tagħrif

Appendiċi 2:

Iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip

Anness II:

Eżempju tas-simbolu tal-koeffiċjent ta’ assorbiment korrett

Anness III:

test b’veloċitajiet kostanti fuq medda ta’ piżijiet differenti

Anness IV:

Test ta’ aċċelerazzjoni ħielsa

Anness V:

Valuri limiti applikabbli fit-test b’veloċitajiet kostanti

Anness VI:

Karatteristiċi ta’ l-opaċimetru

Anness VII:

Installazzjoni u użu ta’ l-opaċimetru”

EMENDI TA’ L-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 72/306/KEE

1.

 

Fit-taqsima 5.2.2.1, l-“Anness VI” huwa ssostitwit bl-“Anness V”.

 

Fit-taqsima 5.3.2, l-“Anness VI” huwa ssostitwit bl-“Anness V”.

 

Fit-taqsima 5.4, l-“Anness VII” huwa ssostitwit bl-“Anness VI”.

 

Fit-taqsima 7.2.1.2, l-“Anness VI” huwa ssostitwit bl-“Anness V”.

EMENDI TA’ L-ANNESS III TAD-DIRETTIVA 72/306/KEE

2.

 

It-Taqsima 3.2 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“3.2.   Fjuwil

Il-fjuwil ta’ referenza speċifikat fl-Anness IV tad-Direttiva 88/77/KEE, kif emendat l-aħħar u li jaqbel mal-limiti ta’ emissjonijiet kontra liema l-vetturi jew il-magna qiegħda tiġi approvata għat-tip, sejjer jintuża.”

 

Fit-taqsima 3.4, l-“Anness VII” huwa ssostitwit bl-“Anness VI” u l-“Anness VIII” huwa ssostitwit bl-“Anness VII”.

 

Fit-taqsima 4.2, l-“Anness VI” huwa ssostitwit bl-“Anness V”.

3.

L-Anness V hu mħassar:

4.

L-Anness VI isir l-Anness V.

5.

L-Anness VII isir l-Anness VI.

It-Taqsima 3.3 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“3.3.   Sors tad-dawl

Is-sors tad-dawl sejjer ikun lampa inkandexxenti b'temperatura tal-kulur fil-medda ta' 2 800 u 3 250 K jew dajowd li jarmi dawl aħdar (LED) bl-ogħla punt spettrali tiegħu bejn 550 u 570 nm. Is-sors tad-dawl għandu jkun protett kontra n-nugrufun b’mezzi li ma jinfluwenzawx it-tul tal-linja ottika lill-hemm mill-ispeċifikazzjonijiet tal-manufattur.”

6.

L-Anness VIII isir l-Anness VII.

Fil-kategoriji 2.16, 2.17 u 2.2.3, l-“Anness VII” huwa ssostitwit bl-“Anness VI”.