13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
164 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2005/19/KE
tas-17 ta' Frar 2005
li temenda d-Direttiva 90/434/KEE dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE (3) introduċiet regoli komuni applikabbli għar-ristrutturar ta' negozji li huma newtrali mill-aspett tal-kompetizzjoni. |
(2) |
L-għan tad-Direttiva 90/434/KEE hu li t-tassazzjoni tad-dħul, il-profitti u l-qligħ kapitali minn riorganizzazzjonijiet ta' negozji għandhom jiġu differiti u d-drittijiet għall-intaxxar ta' l-Istati Membri jiġu salvagwardati. |
(3) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 90/434/KEE hu l-eliminazzjoni ta' l-ostakoli għall-funzjonament tas-suq intern, bħal ma hi t-tassazzjoni doppja. Sakemm dan ma jintlaħaqx għal kollox bid-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jintlaħaq dan l-għan. |
(4) |
L-esperjenza miksuba wara l-implimentazzjoni tad-Direttiva 90/434/KEE f'Jannar 1992 uriet modi differenti ta' kif id-Direttiva tista' tiġi mtejba u kif l-effetti vantaġġużi tar-regoli komuni kif adottati fl-1990 ikunu jistgħu jiġu estiżi. |
(5) |
Fit-8 ta' Ottubru 2001 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2157/2001 (4) dwar l-Istatut għal Kumpannija Ewropea (SE) u d-Direttiva 2001/86/KE (5) li tissupplementa l-Istatut għal kumpannija Ewropea fir-rigward ta' l-involviment ta' l-impjegati. B'mod simili, fit-22 ta' Lulju 2003 l-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru. 1435/2003 (6) dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE) u d-Direttiva 2003/72/KE (7) li tissupplementa l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea fir-rigward ta' l-involviment ta' l-impjegati. Waħda mill-aktar karatteristiċi importanti ta' dawn l-istrumenti hija li kemm l-SE kif ukoll l-SCE se jkunu jistgħu jittrasferixxu l-uffiċċji reġistrati rispettivi tagħhom bejn l-Istati Membri mingħajr ma jiġu xolti u jmorru f'likwidazzjoni. |
(6) |
It-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat huwa mezz kif tiġi eżerċitata l-libertà ta' stabbiliment kif previst fl-Artikoli 43 u 48 tat-Trattat. L-ebda assi ma jiġu trasferiti u l-kumpannija u l-azzjonisti tagħha ma jieħdu l-ebda dħul, profitt, jew qligħ kapitali minnu. Id-deċiżjoni tal-kumpannija li tirriorganizza l-attività tagħha billi tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha m'għandux jixxekkel minn regoli diskriminatorji ta' taxxa jew minn restrizzjonijiet, żvantaġġi jew distorsjonijiet ikkawżati minn leġislazzjoni nazzjonali tat-taxxa li tmur kontra l-Liġi Komunitarja. It-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat ta' SE jew SCE minn Stat Membru għal ieħor jista' mhux dejjem iwassal għall-SE jew l-SCE li ma tibqax residenti fl-ewwel Stat Membru. Ir-residenza fiskali ta' l-SE jew l-SCE tibqa' tiġi determinata b'leġislazzjoni nazzjonali u trattati ta' taxxa. |
(7) |
It-trasferiment ta' uffiċċju reġistrat ta' kumpannija, jew avveniment konness ma' dak it-trasferiment, li jġib miegħu bidla fir-residenza fiskali, jista' jirriżulta f'xi forma ta' tassazzjoni fl-Istat Membru li minnu jiġi trasferit l-uffiċċju. Jista' jkun hemm tassazzjoni wkoll f'każ fejn it-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat, jew avveniment konness ma' dak it-trasferiment, ma' jwassalx għal bidla fir-residenza fiskali. Sabiex tiġi ttrattata dik l-eventwalità safejn l-SE jew l-SCE huma kkonċernati, ġew introdotti fid-Direttiva 90/434/KEE numru ta' regoli ġodda. F'każ fejn, wara t-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat, l-assi ta' l-SE jew ta' l-SCE jibqgħu effettivament konnessi ma' stabbiliment permanenti tal-proprjetà ta' l-SE jew l-SCE u li jinsab fl-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit, dak l-istabbiliment permanenti għandu jgawdi benefiċċji simili għal dawk previsti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 90/434/KEE. Dawk l-Artikoli jikkonċernaw provvisti u riżervi eżentati mit-taxxa, u l-assunzjoni ta' telf. Barra minn dan, skond il-prinċipji tat-Trattat, it-tassazzjoni ta' l-azzjonisti fl-okkażjoni tat-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat għandu jiġi eskluż. B'kont meħud ta' l-obbligu fuq l-Istati Membri taħt it-Trattat li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi abolita t-tassazzjoni doppja, mhuwiex meħtieġ f'dan l-istadju li jiġu stabbiliti regoli komuni ġodda dwar ir-residenza fiskali ta' l-SE jew l-SCE. |
(8) |
Id-Direttiva 90/434/KEE ma tittrattax it-telf ta' stabbiliment permanenti fi Stat Membru ieħor rikonoxxut fl-Istat Membru tar-residenza ta' SE jew SCE. B'mod partikolari, fejn l-uffiċċju reġistrat ta' SE jew SCE jiġi trasferit fi Stat Membru ieħor, dak it-trasferiment ma jżommx lill-Istat Membru tar-residenza ta' qabel milli jerġa' jintegra t-telf ta' l-istabbiliment permanenti fiż-żmien debitu. |
(9) |
Id-Direttiva 90/434/KEE ma tkoprix tip ta' diviżjoni fejn il-kumpannija li tittrasferixxi fergħat ta' attività ma tiġix xolta. L-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva għandu għalhekk jiġi estiż biex ikopri tali każi. |
(10) |
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/434/KEE jiddefinixxi l-kumpanniji li jaqgħu taħt il-firxa ta' applikazzjoni tagħha u l-Anness tagħha jelenka l-forom ta' kumpannija li għalihom tapplika d-Direttiva. Madankollu, ċerti forom ta' kumpannija mhumiex elenkati f'dak l-Anness minkejja li huma residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru u huma soġġetti għal taxxa korporattiva hemmhekk. Fid-dawl ta' l-esperjenza, din tidher li hija lakuna inġustifikabbli u l-firxa ta' applikazzjoni tad-Direttiva għandha għalhekk tiġi estiża biex tkopri l-entitajiet li jistgħu jiżvolġu attivitajiet trans-konfini fil-Komunità u li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha rilevanti. |
(11) |
Billi l-SE hija kumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata u billi l-SCE hija soċjetà koperattiva, it-tnejn simili fin-natura għal forom oħra ta' kumpannija diġà koperti bid-Direttiva 90/434/KEE, l-SE u l-SCE għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness għad-Direttiva 90/434/KEE. |
(12) |
Il-kumpanniji ġodda l-oħra inklużi fil-lista ta' l-Anness għal din id-Direttiva huma kontribwenti korporattivi fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom iżda xi wħud minnhom huma meqjusa bħala fiskalment trasparenti minn Stati Membri oħra. Sabiex il-benefiċċji tad-Direttiva 90/434/KEE jkunu effettivi, l-Istati Membri li jittrattaw kontribwenti korporattivi mhux residenti bħala fiskalment trasparenti għandhom japplikaw il-benefiċċji tad-Direttiva lilhom. Madankollu, minħabba d-differenza fit-trattament fiskali mill-Istati Membri ta' dawn il-kontribwenti korporattivi partikolari, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva meta jintaxxaw lil azzjonist dirett jew indirett ta' dawk il-kontribwenti. |
(13) |
Meta azzjonisti ta' kumpanniji li jidħlu fi transazzjonijiet regolati mid-Direttiva 90/434/KEE jiġu ttrattati bħala fiskalment trasparenti, persuni li jkollhom interess fl-azzjonist m'għandhomx jiġu intaxxati fl-okkażjoni ta' transazzjonijiet ta' ristrutturazzjoni. |
(14) |
Jeżistu xi dubji dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 90/434/KEE għall-konverżjoni ta' fergħat f'sussidjarji. F'dawn l-operazzjonijiet, l-assi konnessi ma' stabbiliment permanenti u li jikkostitwixxu “fergħa ta' attività”, kif definita fl-Artikolu 2 (i) tad-Direttiva 90/434/KEE, jiġu trasferiti f'kumpannija ġdida li tkun sussidjarju tal-kumpannija li qed tittrasferixxi u għandu jkun magħmul ċar li din it-transazzjoni, billi hijaa trasferiment ta' assi minn kumpannija ta' Stat Membru ta' stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru differenti għal kumpannija ta' l-Istat Membru ta' l-aħħar, hija koperta minn din id-Direttiva. |
(15) |
Id-definizzjoni attwali ta' “skambju ta' ishma” fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 90/434/KEE ma tistipulax jekk it-terminu jinkludix akkwisti ulterjuri lil hinn mill-konċessjoni ta' maġġoranza sempliċi ta' drittijiet ta' vot. Mhix xi ħaġa rari li statuti u regoli ta' votazzjoni ta' kumpannija jkunu mfassla b'tali mod li jkunu meħtieġa akkwisti ulterjuri qabel ma l-akkwirent ikun jista' jikseb kontroll totali fuq il-kumpannija destinatarja. Id-definizzjoni ta' “skambju ta' ishma” għandha għalhekk tiġi emendata biex tistipula li dak it-terminu jkopri kull tali akkwist ulterjuri. |
(16) |
Fil-każ ta' mergers u diviżjonijiet, il-kumpannija li qed tirċievi tista' tikseb qligħ mid-differenza fil-valur bejn l-assi u d-debiti li tkun irċeviet u l-ishma li setgħet kienet qed iżżomm fil-kumpannija li qed tittrasferixxi li jiġu mħassra wara dawn l-operazzjonijiet. L-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/434/KEE jipprevedi għall-eżenzjoni ta' dan il-qligħ kapitali billi dawn il-profitti jistgħu daqstant faċilment jiġu akkwistati fil-forma ta' profitti distribwiti mill-kumpannija li qed tittrasferixxi li jkunu ġew eżentati taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli fil-każ ta' kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (8). L-għanijiet kemm tad-Direttiva 90/434/KEE kif ukoll tad-Direttiva 90/435/KEE jikkoinċidu fir-rigward ta' din il-kwistjoni partikolari iżda l-kondizzjonijiet meħtieġa mhumiex l-istess. Id-Direttiva 90/434/KEE għandha għalhekk tiġi emendata biex tassimila r-rekwiżiti tagħha għal dawk tad-Direttiva 90/435/KEE u biex tieħu kont tal-limitu iktar baxx ta' parteċipazzjoni ta' azzjonist inkluż f'dik id-Direttiva. |
(17) |
Minħabba l-estensjoni tad-Direttiva 90/434/KEE biex tinkludi diviżjonijiet parzjali u t-trasferiment ta' uffiċċju reġistrat ta' SE jew ta' SCE, il-firxa ta' applikazzjoni tad-dispożizzjoni li tirrigwarda l-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa għandha tiġi emendata f'dan is-sens. |
(18) |
Id-Direttiva 90/434/KEE għandha għalhekk tiġi emendata f'dan is-sens. |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 90/434/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
It-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti u għat-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat, ta' SE jew SCE, bejn Stati Membri.” |
(2) |
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Kull Stat Membru għandu japplika din id-Direttiva għal dan li ġej:
(*) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1)." (**) ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1. Regolament kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 15/2004 (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 68).”" |
(3) |
L-Artikolu 2 għandu jkun emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 3 il-paragrafu (ċ) it-8 inċiż fir-rigward ta' l-Italja għandu jinbidel kif ġej:
|
(5) |
L-intestatura tat-Titolu II għandha tinbidel b'dan li ġej: “TITOLU II Regoli applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, u skambji ta' ishma.” |
(6) |
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 4 1. Merger, diviżjoni jew diviżjoni parzjali m'għandhomx jirriżultaw fi kwalunkwe tassazzjoni ta' qligħ kapitali kkalkulat b'referenza għad-differenza bejn il-valuri reali ta' l-assi u d-debiti trasferiti u l-valuri tagħhom għal finijiet ta' taxxa. Għall-fini ta' dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
2. Meta japplika l-paragrafu 1 u meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija li qed tittrasferixxi, mhux residenti, bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta' dak l-Istat tal-karatteristiċi legali ta' dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita u għalhekk jintaxxa lill-azzjonisti fuq is-sehem tagħhom tal-profitti tal-kumpannija li qed tittrasferixxi kif u meta jirriżultaw dawk il-profitti, dak l-Istat m'għandux jintaxxa kwalunkwe dħul, profitti jew qligħ kapitali kkalkulati b'referenza għad-differenza bejn il-valuri reali ta' l-assi u d-debiti trasferiti u l-valuri tagħhom għal finijiet ta' taxxa. 3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss jekk il-kumpannija li qed tirċievi tikkalkula kwalunkwe deprezzament ġdid u kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward ta' l-assi u d-debiti trasferiti skond ir-regoli li kienu japplikaw għall-kumpannija jew kumpanniji li qed jittrasferixxu kieku l-merger, id-diviżjoni jew id-diviżjoni parzjali ma kinitx seħħet. 4. Meta, taħt il-liġijiet ta' Stat Membru tal-kumpannija li qed tittrasferixxi, il-kumpannija li qed tirċievi hija intitolata li jkollha kwalunkwe deprezzament ġdid jew kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward ta' l-assi u d-debiti trasferiti kkalkulati fuq bażi differenti minn dik stabbilita fil-paragrafu 3, il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-assi u d-debiti fir-rigward ta' liema dik l-għażla tiġi eżerċitata.” |
(7) |
L-Artikolu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 6 Sakemm, jekk l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, paragrafu a, twettqu bejn kumpanniji mill-Istat Membru tal-kumpannija li qed tittrasferixxi, l-Istat Membru kien japplika dispożizzjonijiet li jippermettu lill-kumpannija li qed tirċievi biex tassumi għaliha t-telf tal-kumpannija li qed tittrasferixxi li kien għadu ma ġiex eżawrit għal finijiet ta' taxxa, huwa għandu jestendi dawk id-dispożizzjonijiet biex ikopru l-assunzjoni ta' tali telf mill-istabbilimenti permanenti tal-kumpannija li qed tirċievi li jinsabu fit-territorju tiegħu.” |
(8) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej: “2. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 meta l-kumpannija li qed tirċievi għandha sehem ta' inqas minn 20 % fil-kapital tal-kumpannija li qed tittrasferixxi. Mill-1 ta' Jannar 2007 il-perċentwali minima tas-sehem għandha tkun 15 %. Mill-1 ta' Jannar 2009 il-perċentwali minima tas-sehem għandha tkun 10 %.” |
(9) |
L-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 8 1. Waqt merger, diviżjoni jew skambju ta' ishma, it-tqassim ta' titoli ta' sigurtà li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew li qed tirċievi lil azzjonist tal-kumpannija akkwistata jew li qed tittrasferixxi, bi skambju ma' titoli ta' sigurtà li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija ta' l-aħħar m'għandux, minnu nnifsu, jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta' dak l-azzjonist. 2. Waqt diviżjoni parzjali, it-tqassim lil azzjonist tal-kumpannija li qed tittrasferixxi ta' titoli ta' sigurtà li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija li qed tirċievi m'għandux, minnu nnifsu, jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni tad-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta' dak l-azzjonist. 3. Meta Stat Membru jikkunsidra azzjonist bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta' dak l-Istat tal-karatteristiċi legali ta' dak l-azzjonist li jirriżultaw mil-liġi li taħtha huwa kostitwit u għalhekk jintaxxa lil dawk il-persuni li għandhom interess fl-azzjonisti fuq is-sehem tagħhom tal-profitti ta' l-azzjonist kif u meta dawk il-profitti jirriżultaw, l-Istat m'għandux jintaxxa lil dawk il-persuni fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali mit-tqassim lill-azzjonist ta' titoli ta' sigurtà li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew li qed tirċievi. 4. Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw biss jekk l-azzjonist ma jattribwix lit-titoli ta' sigurtà riċevuti valur għal finijiet ta' taxxa ogħla mill-valur li t-titoli ta' sigurtà skambjati kellhom immedjatament qabel il-merger, diviżjoni jew skambju ta' ishma. 5. Il-paragrafu 2 u 3 għandhom japplikaw biss jekk l-azzjonist ma jattribwix lis-somma tat-titoli ta' sigurtà riċevuti u lil dawk miżmuma fil-kumpannija li qed tittrasferixxi, valur għal finijiet ta' taxxa ogħla mill-valur li t-titoli ta' sigurtà miżmuma fil-kumpannija li qed tittrasferixxi kellhom immedjatament qabel id-diviżjoni parzjali. 6. L-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jintaxxaw il-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment sussegwenti ta' titoli ta' sigurtà riċevuti, bl-istess mod bħall-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment ta' titoli ta' sigurtà li kienu jeżistu qabel l-akkwist. 7. F'dan l-Artikolu l-espressjoni ‘valur għal finijiet ta' taxxa’ tfisser il-valur abbażi ta' liema kwalunkwe qligħ jew telf ikun ikkalkulat għall-finijiet ta' taxxa fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta' azzjonist tal-kumpannija. 8. Meta, taħt il-liġi ta' l-Istat Membru fejn huwa residenti, azzjonist jista' jagħżel trattament fiskali differenti minn dak stabbilit fil-paragrafi 4 u 5, il-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għat-titoli ta' sigurtà fir-rigward ta' liema tali għażla tkun ġiet eżerċitata. 9. Il-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx jipprevjenu lil Stat Membru milli jieħu kont, meta jintaxxa lil azzjonisti, ta' kwalunkwe ħlas f'kontanti li jista' jsir waqt il-merger, id-diviżjoni, id-diviżjoni parzjali jew l-iskambju ta' ishma.” |
(10) |
L-Artikolu 10 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 10 1. Meta l-assi trasferiti f'merger, diviżjoni, diviżjoni parzjali jew trasferiment ta' assi jinkludu stabbiliment permanenti tal-kumpannija li qed tittrasferixxi li jinsab fi Stat Membru ieħor minn dak tal-kumpannija li qed tittrasferixxi, l-Istat Membru tal-kumpannija li qed tittrasferixxi għandu jirrinunzja kwalunkwe dritt li jintaxxa lil dak l-istabbiliment permanenti. L-Istat Membru tal-kumpannija li qed tittrasferixxi jista' jdaħħal lura fil-profitti taxxabbli ta' dik il-kumpannija tali telf ta' l-istabbiliment permanenti li qabel seta' ġie kompensat mal-profitti taxxabbli tal-kumpannija f'dak l-Istat u li ma ġiex irkuprat. L-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment permanenti u l-Istat Membru tal-kumpannija li qed tirċievi għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal tali trasferiment daqs li kieku l-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment permanenti kien l-Istat Membru tal-kumpannija li qed tittrasferixxi. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll fil-każ fejn l-istabbiliment permanenti jinsab fl-istess Stat Membru bħal dak fejn hija residenti l-kumpannija li qed tirċievi. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, meta l-Istat Membru tal-kumpannija li qed tittrasferixxi tapplika sistema li tintaxxa l-profitti fuq livell dinji, dak l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jintaxxa kwalunkwe profitt jew qligħ kapitali ta' l-istabbiliment permanenti li jirriżulta mill-merger, id-diviżjoni, id-diviżjoni parzjali jew it-trasferiment ta' assi, bil-kondizzjoni li jagħti eżenzjoni għat-taxxa li, ħlief għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kienet tiġi imposta fuq dawk il-profitti jew qligħ kapitali fl-Istat Membru fejn jinsab dak l-istabbiliment permanenti, bl-istess mod u fl-istess ammont li kien jagħmel kieku dik it-taxxa kienet fil-fatt ġiet imposta u mħallsa.” |
(11) |
Għandu jiddaħħal it-Titolu li ġej: “TITOLU IVa Każ Speċjali ta' Entitajiet Trasparenti Artikolu 10a 1. Meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija mhux residenti li qed tittrasferixxi jew akkwistata bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta' dak l-Istat tal-karatteristiċi legali ta' dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita, huwa għandu jkollu d-dritt li ma japplikax id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva meta jintaxxa azzjonist dirett jew indirett ta' dik il-kumpannija fir-rigward tad-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta' dik il-kumpannija 2. Stat Membru li jeżerċita d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti eżenzjoni għat-taxxa li, ħlief għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kienet tiġi imposta fuq il-kumpannija fiskalment trasparenti fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali tagħha, bl-istess mod u bl-istess ammont li dak l-Istat kien jagħmel kieku dik it-taxxa ġiet fil-fatt imposta u mħallsa. 3. Meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija li qed tirċievi jew akkwirenti, mhux residenti, bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta' dak l-Istat tal-karatteristiċi legali ta' dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita, huwa għandu jkollu d-dritt li ma japplikax l-Artikolu 8 il-paragrafi 1, 2 u 3. 4. Meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija li qed tirċievi, mhux residenti, bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta' dak l-Istat tal-karatteristiċi legali ta' dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita, dak l-Istat Membru jista' japplika għal kwalunkwe azzjonist dirett jew indirett l-istess trattament għal finijiet ta' taxxa li kien japplika kieku l-kumpannija li qed tirċievi kienet residenti f'dak l-Istat Membru.” |
(12) |
Għandu jiddaħħal it-Titolu li ġej. “TITOLU IVb Regoli applikabbli għat-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat ta' SE jew SCE Artikolu 10b 1. Meta,
dak it-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat jew it-tmiem ta' residenza m'għandux jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni ta' qligħ kapitali, ikkalkulat skond l-Artikolu 4(1), fl-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit, miksub minn dawk l-assi u d-debiti ta' l-SE jew l-SCE li, b'konsegwenza, jibqgħu effettivament konnessi ma' stabbiliment permanenti ta' l-SE jew ta' l-SCE fl-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit u li għandhom rwol fil-ġenerazzjoni tal-profitti jew tat-telf meħuda fil-kont għal finijiet ta' taxxa. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss jekk l-SE jew l-SCE tikkalkula kwalunkwe deprezzament u kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward ta' l-assi u d-debiti li jibqgħu effettivament konnessi ma' dak l-istabbiliment permanenti, daqs li kieku t-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat ma kienx seħħ jew l-SE jew l-SCE ma kinitx temmet ir-residenza fiskali tagħha. 3. Meta, taħt il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru, l-SE jew l-SCE hija intitolata li jkollha kwalunkwe deprezzament ġdid jew kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward ta' l-assi u d-debiti li jibqgħu f'dak l-Istat Membru kkalkulati fuq bażi differenti minn dik stabbilita fil-paragrafu 2, il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-assi u d-debiti fir-rigward ta' liema dik l-għażla tiġi eżerċitata. Artikolu 10ċ 1. Meta,
l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta provvisti jew riżervi kostitwiti kif suppost mill-SE jew l-SCE qabel it-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat huma parzjalment jew interament eżenti mit-taxxa u mhumiex akkwistati minn stabbilimenti permanenti barra l-pajjiż, tali provvisti jew riżervi jistgħu jittieħdu, bl-istess eżenzjoni ta' taxxa, minn stabbiliment permanenti ta' l-SE jew l-SCE li jinsab fit-territorju ta' l-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit. 2. Sakemm kumpannija li tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha fit-territorju ta' Stat Membru titħalla tmexxi 'l quddiem jew tieħu lura telf li ma ġiex eżawrit għal finijiet ta' taxxa, dak l-Istat Membru għandu jippermetti lill-istabbiliment permanenti, li jinsab fit-territorju tiegħu, ta' l-SE jew l-SCE li qed tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha, li jassumi għalih dak it-telf ta' l-SE jew l-SCE li ma ġiex eżawrit għal finijiet ta' taxxa, bil-kondizzjoni li t-tmexxija 'l quddiem jew it-teħid lura tat-telf kien ikun disponibbli f'ċirkostanzi komparabbli għal kumpannija li baqgħet iżżomm l-uffiċċju reġistrat tagħha jew baqgħet resident fiskali f'dak l-Istat Membru. Artikolu 10d 1. It-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat ta' SE jew ta' SCE m'għandux, minnu nnifsu, jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni fuq id-dħul, il-profitt jew il-qligħ kapitali ta' l-azzjonisti. 2. L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jintaxxaw il-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment sussegwenti tat-titoli ta' sigurtà li jirrappreżentaw il-kapital ta' l-SE jew ta' l-SCE li tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha.” |
(13) |
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. Stat Membru jista' jirrifjuta li japplika jew jirtira l-benefiċċju ta' kull waħda jew kwalunkwe parti mid-dispożizzjonijiet tat-Titoli II, III, IV, u IVb meta jkun jidher li l-merger, id-diviżjoni, id-diviżjoni parzjali, it-trasferiment ta' assi, l-iskambju ta' ishma jew it-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat ta' SE jew SCE:
|
(14) |
L-Anness għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw kemm mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar it-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat ta' SE jew ta' SCE, u ma' l-ittra (a) fl-Anness għal din id-Direttiva sa l-1 ta' Jannar 2006. L-Istati Membri għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment.
2. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1, sa l-1 ta' Jannar 2007. L-Istati Membri għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. L-metodi għall-għamla ta' tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, nhar is-17 ta' Frar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-C. JUNCKER
(1) Opinjoni mogħtija fl-10.3.2004 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 110, 30.4.2004, p. 30.
(3) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(4) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament Nru. 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1.)
(5) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.
(6) ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1. Regolament kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 15/2004 (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 68.
(7) ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25.
(8) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/123/KE (ĠU L 7, 13.1.2004, p. 41).
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA' KUMPANNIJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(a)
(a) |
kumpanniji inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal Kumpannija Ewropea (SE) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta' Ottubru 2001 li tissupplementa l-Istatut għal kumpannija Ewropea fir-rigward ta' l-involviment ta' l-impjegati, u soċjetajiet koperattivi inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta' Lulju 2003 li tissupplementa l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea fir-rigward ta' l-involviment ta' l-impjegati; |
(b) |
kumpanniji taħt il-liġi Belġjana magħrufa bħala ‘société anonyme’/‘naamloze vennootschap’,‘société en commandite par actions’/‘commanditaire vennootschap op aandelen’, ‘société privée à responsabilité limitée’/‘besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid’‘société coopérative à responsabilité limitée’/‘coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid’, ‘société coopérative à responsabilité illimitée’/‘coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid’, ‘société en nom collectif’ / ‘vennootschap onder firma’, ‘société en commandite simple’ / ‘gewone commanditaire vennootschap’, impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-forom legali msemmija hawn fuq, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Belġjana soġġetti għat-Taxxa Korporattiva Belġjana; |
(ċ) |
kumpanniji taħt il-liġi Ċeka magħrufa bħala: ‘akciová společnost’, ‘společnost s ručením omezeným’; |
(d) |
kumpanniji taħt il-liġi Daniża magħrufa bħala ‘aktieselskab’ u ‘anpartsselskab’. Kumpanniji oħra soġġetti għat-taxxa taħt l-Att dwar Taxxa Korporattiva, safejn id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkulat u intaxxat skond ir-regoli tal-leġislazzjoni tat-taxxa ġenerali applikabbli għal ‘aktieselskaber’; |
(e) |
kumpanniji taħt il-liġi Ġermaniża magħrufa bħala ‘Aktiengesellschaft’, ‘Kommanditgesellschaft auf Aktien’, ‘Gesellschaft mit beschränkter Haftung’, ‘Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit’, ‘Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft’, ‘Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts’, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Ġermaniża soġġetti għat-taxxa korporattiva Ġermaniża; |
(f) |
kumpanniji taħt il-liġi Estonjana magħrufa bħala: ‘täisühing’, ‘usaldusühing’, ‘osaühing’,‘aktsiaselts’, ‘tulundusühistu’; |
(g) |
kumpanniji taħt il-liġi Griega magħrufa bħala ‘αvώvυμη εταιρεία’, ‘εταιρεία περισρισμέvης ευθύvης (Ε.Π.Ε.)’; |
(h) |
kumpanniji taħt il-liġi Spanjola magħrufa bħala ‘sociedad anónima’, ‘sociedad comanditaria por acciones’, ‘sociedad de responsabilidad limitada’, u dawk il-korpi ta' liġi pubblika li joperaw taħt il-liġi privata; |
(i) |
kumpanniji taħt il-liġi Franċiża magħrufa bħala ‘société anonyme’, ‘société en commandite par actions’, ‘société à responsabilité limitée’, ‘sociétés par actions simplifiées’, ‘sociétés d'assurances mutuelles’, ‘caisses d'épargne et de prévoyance’,‘sociétés civiles’li huma awtomatikament soġġetti għat-taxxa korporattiva,‘coopératives’,‘unions de coopératives’, stabbilimenti u impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Franċiża soġġetti għat-Taxxa Korporattiva Franċiża; |
(j) |
kumpanniji inkorporati jew eżistenti taħt il-liġijiet Irlandiżi, korpi reġistrati taħt l-‘Industrial and Provident Societies Act’, ‘building societies’ inkorporati taħt il-‘Building Societies Acts’ u ‘trustee savings banks’ fi ħdan it-tifsira tat-‘Trustee Savings Banks Act’, 1989; |
(k) |
kumpanniji taħt il-liġi Taljana magħrufa bħala ‘società per azioni’, ‘società in accomandita per azioni’, ‘società a responsibilità limitata’, ‘società cooperative’, ‘società di mutua assicurazione’, u entitajiet privati u pubbliċi li l-attività tagħhom hija interament jew prinċipalment kummerċjali; |
(l) |
il-liġi Ċiprijotta: ‘εταιρείες’ kif definit fil-liġijiet dwar it-Taxxa fuq id-Dħul; |
(m) |
kumpanniji taħt il-liġi Latvjana magħrufa bħala: ‘akciju sabiedrība’, ‘sabiedrība ar ierobežotu atbildību’; |
(n) |
kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tal-Litwanja; |
(o) |
kumpanniji taħt il-liġi tal-Lussemburgu magħrufa bħala ‘société anonyme’, ‘société en commandite par actions’, ‘société à responsabilité limitée’, ‘société coopérative’, ‘société coopérative organisée comme une société anonyme’, ‘association d'assurances mutuelles’, ‘association d'épargne-pension’,‘entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l'Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public’, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi tal-Lussemburgu soġġetti għat-Taxxa Korporattiva tal-Lussemburgu; |
(p) |
kumpanniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala: ‘közkereseti társaság’, ‘betéti társaság’,‘közös vállalat’, ‘korlátolt felelősségű társaság’, ‘részvénytársaság’, ‘egyesülés’,‘közhasznú társaság’,‘szövetkezet’; |
(q) |
kumpanniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala: ‘Kumpanniji ta' Responsabilità Limitata’, ‘Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f'azzjonijiet’; |
(r) |
kumpanniji taħt il-liġi Olandiża magħrufa bħala ‘naamloze vennnootschap’, ‘besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid’, ‘Open commanditaire vennootschap’, ‘Coöperatie’, ‘onderlinge waarborgmaatschappij’, ‘Fonds voor gemene rekening’, ‘vereniging op coöperatieve grondslag’ u ‘vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt’, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Olandiża soġġetti għat-Taxxa Korporattiva Olandiża; |
(s) |
kumpanniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufa bħala ‘Aktiengesellschaft’, ‘Gesellschaft mit beschränkter Haftung’, ‘Erwerbs-und Wirtschaftsgenossenschaften’; |
(t) |
kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala: ‘spółka akcyjna’, ‘spółka z ograniczoną odpowiedzialnością’; |
(u) |
kumpanniji kummerċjali jew kumpanniji ta' liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali kif ukoll persuni ġuridiċi oħra li qed jiżvolġu attivitajiet kummerċjali jew industrijali, li huma inkorporati taħt il-liġi Portugiża; |
(v) |
kumpanniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala: ‘delniška družba’, ‘komanditna družba’,‘družba z omejeno odgovornostjo’ |
(w) |
kumpanniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala: ‘Akciová spoločnosť’, ‘Spoločnosť s ručením obmedzeným’, ‘Komanditná spoločnosť’. |
(x) |
kumpanniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufa bħala ‘osakeyhtiö’/‘aktiebolag’, ‘osuuskunta’/‘andelslag’, ‘säästöpankki’/‘sparbank’ u ‘vakuutusyhtiö’/‘försäkringsbolag’; |
(y) |
kumpanniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala ‘aktiebolag’, ‘försäkringsaktiebolag’, ‘ekonomiska föreningar’, ‘sparbanker’, ‘ömsesidiga försäkringsbolag’; |
(z) |
kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tar-Renju Unit;” |