6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

101


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/6/KE

tas-26 ta' Jannar 2005

li temenda d-Direttiva 71/250/KEE fir-rigward tar-rappurtar u l-interpretazzjoni ta’ riżultati analitiċi meħtieġa skond id-Direttiva 2002/32/KE

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni ta’ metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 71/250/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1971 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ għalf ta’ l-annimali (2) tinkludi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-espressjoni ta’ riżultati.

(2)

Biex ikun żgurat mod armonizzat ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali (3) fl-Istati Membri kollha, huwa ta’ importanza kbira li riżultati analitiċi huma rrappurtati u interpetati bl-istess mod.

(3)

Id-Direttiva 71/250/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri provduti f’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Direttiva 71/250/KE hija emendata kif ġej:

(1)

F’ Artikolu 1 il-paragrafu li ġej huwa miżjud wara t-tieni paragrafu:

“Fir-rigward ta’ sustanzi mhux mixtieqa fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), inkluż diossini u PCBs li jixbhu d-diossini, japplika punt C(3) ta’ Parti 1 ta’ l-Anness għal din id-Direttiva.”

(*)  ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10."

(2)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jgħaddu lill-Kummissjoni it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’ tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar is-26 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 2. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

(2)  ĠU L 155, tat-12.7.1971, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/27/KE (ĠU L 118, tas-6.5.1999, p. 36).

(3)  ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/100/KE (ĠU L 285, 1.11.2003, p. 33).


ANNESS

Fil-punt C, applikazzjoni ta’ metodi ta’ analiżi u espressjoni ta’ riżultati, ta’ Parti 1, dispożizzjonijiet ġenerali dwar metodi ta’ analiżi għall-għalf ta’ l-annimali, ta’ l-Anness għad-Direttiva 71/250/KE il-punt 3 li ġej huwa miżjud:

“3.

Fir-rigward tas-sustanzi mhux mixtieqa fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2002/32/KE, inkluż id-diossini u PCBs li jixbhu d-diossini, prodott intenzjonat għall-għalf ta’ l-annimali għandu jiġi kkunsidrat bħala mhux konformi mal-kontenut massimu stabbilit, jekk ir-riżultat analitiku huwa kkunsidrat li jeċċedi l-kontenut massimu filwaqt illi jitqiesu l-inċertezzi tal-kejl estiż u l-korrezzjoni għall-irkupru. Il-konċentrazzjoni analizzata kkoreġuta għall-irkupru u l-inċertezza tal-kejl estiż imnaqqsa huma wżati biex jeżaminaw konformità. Din ta’ l-aħħar applikabbli biss f’każijiet fejn il-metodu ta’ analiżi tippermetti l-istima ta’ l-inċertezza tal-kejl u l-korrezzjoni għall-irkupru (eż. Mhux possibbli fil-każ ta’ analiżi mikroskopika)

Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rrapurtat kif ġej (sakemm il-metodu wżat ta’ analiżi jippermetti l-istima ta’ l-inċertezza tal-kejl u r-rata ta’ l-irkupru):

(a)

ikkoreġut jew mhux ikkoreġut għall-irkupru, il-metodu ta’ rapurtaġġ u l-livell ta’ rkupru li qed jiġi ndikat.

(b)

bħala ‘x +/- U’, fejn x huwa r-riżultat analitiku u U huwa l-inċertezza tal-kejl estiż, bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura 2 li jagħti livell ta’ kunfidenza ta’ approssivament 95 %.”