18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
136 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta' Marzu 2005
dwar il-programm kordinat ta' spezzjoni fil-qasam tan-nutrizzjoni ta' l-annimali għas-sena 2005 skond id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE
(Test b'rilevanza ghaż-ŻEE)
(2005/187/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE tal-25 ta' Ottubru 1995 li tiffissa l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet uffiċjali fil-qasam tan-nutrizzjoni ta' l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 (3) tagħha,
Billi,
(1) |
Fl-2004 l-Istati Membri identifikaw ċerti kwistjonijiet bħala meritevoli ta' programm koordinat ta' spezzjoni li jrid jitwettaq fis-sena 2005. |
(2) |
Għalkemm id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta' l-annimali (2) tistabbilixxi l-kontenuti massimi ta' aflatoksin B1 fl-oġġetti ta' l-għalf, m'hemm ebda regoli tal-Komunità għal mikotoksini oħrajn, bħal okratoksin A, żearalenon, deoksinivalenol u fumoniżini. Il-ġbir ta' informazzjoni dwar il-preżenza ta' dawk il-mikotoksini permezz ta' teħid ta' kampjuni b'mod randomizzat jista' jipprovdi data utli għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni sabiex tiġi żviluppata l-leġislazzjoni. Aktar minn hekk, ċerti materjali ta' l-għalf bħal ċereali u żrieragħ li minnhom jingħasar iż-żejt huma partikolarment esposti għal kontaminazzjoni mill-mikotoksini minħabba l-kondizzjonijiet tal-ħsad, ħażna u trasport. Billi l-konċentrazzjoni ta' mikotoksini tvarja minn sena għal oħra, huwa xieraq li tinġabar data minn snin konsekuttivi għall-mikotoksini kollha msemmija. |
(3) |
L-antibijotiċi, għajr il-koċċidijostati (coccidiostats) u l-istomonostati (histomonostats), jistgħu jiġu mmarkitjati u użati bħala addittivi ta' l-għalf sal-31 ta' Diċembru biss. Kontrolli preċedenti għall-preżenza ta' antibijotiċi u koċċidijostati f'ċerti oġġetti ta' l-għalf fejn xi wħud minn dawk is-sustanzi mhumiex awtorizzati jindikaw li dak it-tip ta' ksur ta' liġi għadu jseħħ. Il-frekwenza ta' sejbiet bħal dawn u s-sensittività ta' din il-materja jiġġustifikaw il-kontinwazzjoni tal-kontrolli. |
(4) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' materjali ta' l-għalf li joriġinaw mill-annimali fl-oġġetti ta' l-għalf, kif stabbiliti fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità, ikunu infurzati b'mod effettiv. |
(5) |
Huwa xieraq li jiġi żgurat li l-livelli ta' l-elementi traċċa ram u żingu f'oġġetti ta' l-għalf komposti għall-majjali ma jaqbżux il-kontenut massimu stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta' Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' għadd ta' addittivi fl-oġġetti ta' l-ikel li jappartienu għall-grupp ta' elementi traċċa (3). |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din ir-Rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
B'DAN TIRRAKKOMANDA:
1. |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jwettqu matul is-sena 2005 programm koordinat ta' spezzjoni mmirat sabiex jiċċekkja:
|
2. |
Huwa rrakomandat li l-Istati Membri jinkludu r-riżultati tal-programm koordinat ta' spezzjoni stipulat fil-paragrafu 1 f'Kapitolu separat fir-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' spezzjoni li jridu jiġu trasmessi sa l-ewwel ta' April 2006 skond l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 95/53/KE u l-aktar verżjoni riċenti tal-mudell tar-rapportar armonizzat. |
Magħmul fi Brussell, fit-2 ta' Marzu 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 265, tat-8.11.1995, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 234, ta' l-1.9.2001, p. 55).
(2) ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/100/KE (ĠU L 285, ta' l-1.11.2003, p. 33).
(3) ĠU L 187, tas-26.7.2003, p. 11.
ANNESS I
Konċentrazzjoni ta' ċerti mikotoksini (aflatoksin B1, okratoksin A, żearalenon, deoksinivalenol u fumoniżini) f'oġġetti ta' l-għalf
Riżultati individwali tal-kampjuni ttestjati kollha; mudell għar-rapporti kif imsemmi fil-paragrafu 1(a)
Oġġetti ta' l-għalf |
Teħid ta' kampjuni (rando-mizzat jew immirat) |
Tip u konċentrazzjoni ta' mikotoksini (μg/kg relattiv għal oġġett ta' l-għalf b'kontenut ta' ndewwa ta' 12%) |
|||||
Tip |
Pajjiż ta' l-oriġini |
Aflatoksin B1 |
Okratoksin A |
Żearalenon |
Deoksini-valenol |
Fumoniżini (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-awtorità kompetenti għandha tindika wkoll:
— |
l-azzjoni li tittieħdet meta l-livelli massimi għall-aflatoksin B1 jinqabżu; |
— |
il-metodi ta' analiżi użati; |
— |
il-limiti ta' osservazzjoni. |
(1) Il-konċentrazzjoni ta' fumoniżini tikkostitwixxi t-total ta' fumoniżini B1, B2 u B3.
ANNESS II
Preżenza ta' ċerti sustanzi mediċinali mhux awtorizzati bħala addittivi ta' l-għalf
Ċerti antibijotiċi, koċċidijostati u sustanzi mediċinali oħrajn jistgħu jkunu preżenti b'mod legali bħala addittivi f'pre-taħlitiet u oġġetti ta' l-għalf komposti għal ċerti speċi u kategoriji ta' annimali, meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (1).
Il-preżenza ta' sustanzi mediċinali mhux awtorizzati f'oġġetti ta' l-għalf tikkostitwixxi ksur ta' ligi.
Is-sustanzi mediċinali li jridu jiġu kkontrollati għandhom jintgħażlu minn dawn li ġejjin:
1. |
Sustanzi mediċinali awtorizzati bħala addittivi ta' l-għalf għal ċerti speċi jew kategoriji ta' annimali biss:
|
2. |
Sustanzi mediċinali li m'għadhomx awtorizzati bħala addittivi ta' l-għalf:
|
3. |
Sustanzi mediċinali li qatt ma kienu awtorizzati bħala addittivi ta' l-għalf:
|
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Raġuni li wasslet għall-preżenza ta' sustanza mhix awtorizzata fl-oġġett ta' l-għalf, kif konkluża wara investigazzjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti.
ANNESS III
Restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni u l-użu ta' materjali ta' l-għalf li ġejjin mill-annimali
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3 sa 13 u 15 tad-Direttiva 95/53/KE, l-Istati Membri għandhom matul l-2005 jimpenjaw irwieħhom bi programm koordinat ta' spezzjoni biex jiddeterminaw jekk ġewx osservati r-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni u l-użu ta' materjali ta' l-għalf li ġejjin mill-annimali.
B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata li l-projbizzjoni ta' l-għalf ta' proteina proċessata ta' l-annimali lil ċerti annimali, kif stabbilit fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-estradizzjoni ta' certi encefalopatiji spongiformi trasmissibbli (1), hija applikata b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw programm ta' kontroll speċifiku bbażat fuq kontrolli immirati. B'konformità ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 95/53/KE, dak il-programm ta' kontroll għandu jkun bbażat fuq strateġija bbażata fuq ir-riskju fejn l-istadji kollha ta' produzzjoni u t-tipi kollha ta' stabbilimenti fejn l-għalf huwa prodott, immaniġġjat u amministrat huma inklużi. L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lid-definizzjoni ta' kriterji li jistgħu jkunu relatati ma' riskju. Il-piż mogħti lil kull kriterju għandu jkun proporzjonali għar-riskju. Il-frekwenza ta' spezzjonar u n-numru ta' kampjuni analizzati fl-istabbiliment għandhom ikunu korrelatati mas-somma ta' piżijiet allokati lil dawk l-istabbilimenti.
L-istabbilimenti u l-kriterji indikattivi li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati meta jitfassal programm ta' kontroll.
Stabbiliment |
Kriterji |
Peżament |
Mtieħen ta' l-għalf |
Mtieħen ta' l-għalf tat-tip double-stream li jipproduċu għalf kompost ta' annimali li jixtarru u għalf kompost ta' annimali li ma jixtarrux li fih proteini proċessati derogati ta' l-annimali Mtieħen ta' l-għalf bi storja preċedenti, jew suspett, ta' non-konformità Mtieħen ta' l-għalf b'ammont kbir ta' oġġetti ta' l-għalf importati b'kontenut għoli ta' proteini bħal materjal mitħun mill-ħut, minn fażola tat-tip soja, mill-gluten tal-qamħ u konċentrati tal-proteini Mtieħen ta' l-għalf bi produzzjoni għolja ta' għalf kompost Riskju ta' kontro-kontaminazzjoni li tirriżulta minn proċeduri operazzjonali interni (tfassil ta' sajlos, kontroll tas- separazzjoni effettiva tal-linji, kontroll ta' l-ingredjenti, laboratorju intern, proċeduri ta' teħid ta' kampjuni) |
|
Pożizzjonijiet ta' Spezzjoni tal-Fruntieri u punti oħra ta' dħul għal ġol-Komunità |
Ammont kbir/żgħir ta' importazzjoni ta' oġġetti ta' l-ikel Oġġetti ta' l-ikel b'kontenut għoli ta' proteini |
|
Irziezet |
Home mixers li jużaw proteini proċessati derogati ta' l-annimali Irziezet li jżommu annimali li jixtarru u speċi oħrajn (riskju li l-għalf jaqsam minn naħa għal oħra) Irziezet li jixtru l-oġġetti ta' l-għalf bl-ingrossa |
|
Negozjanti |
Imħażen u ħażna intermedja ta' oġġetti ta' l-għalf b'kontenut għoli ta' proteini Ammont kbir ta' oġġetti ta' l-għalf bl-ingrossa kkummerċjalizzati Negozjanti ta' oġġetti ta' l-għalf komposti prodotti barra |
|
Mobile mixers |
Mixers li jipproducu kemm għall-annimali li jixtarru u kemm għal dawk li ma jixtarrux Mixers ta' l-għalf bi storja preċedenti, jew suspett, ta' non-konformità. Mixers li jinkorporaw oġġetti ta' l-għalf b'kontenut għoli ta' proteini Mixers bi produzzjoni għolja ta' oġġetti ta' l-għalf Għadd kbir ta' rziezet moqdija inklużi rziezet li jrabbu annimali li jixtarru |
|
Mezz ta' trasport |
Vetturi użati għat-trasportazzjoni ta' proteini proċessati ta' l-annimali u oġġetti ta' l-għalf Vetturi bi storja preċedenti, jew suspett, ta' non-konformità |
|
Bħala alternattiva għal dawn l-istabbilimenti u kriterji indikattivi, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu l-evalwazzjoni tar-riskji tagħhom lill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Marzu 2005.
It-teħid tal-kampjuni għandu jkun immirat lejn kunsinni jew avvenimenti fejn il-kontro-kontaminazzjoni bi proteini proċessati projbiti hija l-aktar probabbli (l-ewwel kunsinna wara t-trasportazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-għalf li fihom proteina projbita ta' l-annimali f'din il-kunsinna, problemi tekniċi jew tibdiliet fil-linji ta' produzzjoni, tibdiliet f'bunkers jew sajlos tal-ħażna għal materjal fi kwantitajiet kbar).
Fl-2005, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw fuq l-analiżi tal-polpa tal-pitrava zokkrija u materjali ta' l-għalf importati.
In-numru minimu ta' spezzjonijiet kull sena fi Stat Membru għandu jkun ta' 10 kull 100 000 tunnellata ta' l-għalf kompost prodott. In-numru minimu ta' kampjuni uffiċjali kull sena fi Stat Membru għandu jkun ta' 20 kull 100 000 tunnellata ta' l-għalf kompost prodott. Sa ma ssir l-approvazzjoni ta' metodi alternattivi, l-identifikazzjoni u l-istima mikroskopici kif deskritti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/126/KE dwar il-metodu analitiku għad-determinazzjoni tal-kostitwenti li ġejjin mill-annimali għall-kontroll uffiċjali ta' l-oġġetti ta' l-għalf (2) għandhom jintużaw għall-analiżi tal-kampjuni. Kull preżenza ta' kostitwenti projbiti li ġejjin mill-annimali fl-oġġetti ta' l-għalf għandha titqies bħala ksur tal-projbizzjoni dwar l-għalf.
Ir-riżultati tal-programmi ta' spezzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni billi jintużaw il-formati li ġejjin.
Sommarju tal-kontrolli dwar restrizzjonijiet fuq l-għalf għal għalf li jkun ġej mill-annimali (għalf ta' proteini proċessati projbiti ta' l-annimali)
A. Spezzjonijiet dokumentati
Stadju |
Numru ta' spezzjonijiet li jikkonsistu f'kontrolli tal-preżenza ta' proteini proċessati ta' l-annimali |
Numru ta' ksur tal-liġi bbażat fuq kontrolli dokumentarji eċċ.aktar milli testijiet fil-laboratorju |
Importazzjoni ta' materjali ta' l-għalf |
|
|
Ħażna ta' materjali ta' l-għalf |
|
|
Mtieħen ta' l-għalf |
|
|
Home mixers/mobile mixers |
|
|
Intermedjarji ta' oġġetti ta' l-għalf |
|
|
Mezzi ta' trasport |
|
|
Irziezet li jrabbu annimali li ma jixtarrux |
|
|
Irziezet li jrabbu annimali li jixtarru |
|
|
Oħrajn:……………………. |
|
|
B. Teħid ta' kampjuni u ttestjar ta' materjali ta' l-għalf u oġġetti ta' l-għalf komposti għal proteini proċessati ta' l-annimali
Stabbiliment |
Numru ta' kampjuni uffiċjali ttestjati għal proteini proċessati ta' l-annimali |
Numru ta' kampjuni mhux konformi |
|||||||
Preżenza ta' proteini proċessati ta' l-annimali minn annimali ta' l-art |
Preżenza ta' proteini proċessati ta' l-annimali minn ħut |
||||||||
Materjali ta' l-għalf |
Oġġetti ta' l-għalf komposti |
Materjali ta' l-għalf |
Oġġetti ta' l-għalf komposti |
Materjali ta' l-għalf |
Oġġetti ta' l-għalf komposti |
||||
għal annimali li jixtarru |
għal annimali li ma jixtarrux |
għal annimali li jixtarru |
għal annimali li ma jixtarrux |
għal annimali li jixtarru |
għal annimali li ma jixtarrux |
||||
Ma' l-importazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mtieħen ta' l-għalf |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intermedjarji/ħażna |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mezzi ta' trasport |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Home mixers/mobile mixers |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Fl-irziezet |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn:………… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C. Sommarju ta' proteini proċessati projbiti ta' l-annimali misjuba f'kampjuni ta' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għal annimali li jixtarru
|
Xahar tat-teħid tal-kampjun |
Grad tat-tip u oriġini tal-kontaminazzjoni |
Sanzjonijiet (jew miżuri oħra) applikati |
1 |
|
|
|
2 |
|
|
|
3 |
|
|
|
4 |
|
|
|
5 |
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
(1) ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2004 (ĠU L 344, ta' l-20.11.2004, p. 12).
ANNESS IV
Riżultati individwali tal-kampjuni kollha (kemm konformi kif ukoll mhux konformi) dwar il-kontenut ta' ram jew żingu f'oġġetti ta' l-għalf komposti għall-majjali
Tip ta' l-oġġett ta' l-għalf kompost (kategorija ta' l-annimal) |
Element traċċa (ram jew żingu) |
Livell misjub (mg/kg ta' l- oġġett ta' l-għalf komplut) |
Raġuni għala nqabeż il-kontenut massimu (1) |
Azzjoni li ttieħdet |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Kif konkluż wara investigazzjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti.