12.1.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

L 9/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Diċembru 2004

kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni 96/129/KE dwar id-Dokument Ewropew ta’ l-Armi tan-Nar

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/11/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 211, it-tieni inċiż,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1991, dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi (1) jipprevedi l-introduzzjoni ta’ dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar;

(2)

Bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 93/216/KEE tal-25 ta’ Frar 1993 dwar id-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar (2) u bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/129/KE tat-12 ta’ Jannar 1996 li tissupplimenta r-Rakkomandazzjoni 93/216/KEE dwar id-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar (3), il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex jintroduċu dan id-dokument skond mudell anness mar-Rakkomandazzjonijiet;

(3)

Dan il-mudell għad-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar irid jiġi adattat sabiex titqies l-adeżjoni ta’ l-Istati l-Membri l-ġodda,

TIRRAKKOMANDA:

L-Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja, għandhom jintroduċu d-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar skond il-mudell li hemm fl-Anness.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri l-oħra, li diġà joħorġu d-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar fi qbil mal-mudell anness mar-Rakkomandazzjoni 96/129/KE għandhom gradwalment jintroduċu d-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar fi qbil mal-mudell li hemm fl-Anness hekk kif l-istokk tad-dokumenti Ewropej ta' l-armi tan-nar antiki jkun spiċċa u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2006.

Magħmula fi Brussel, it-28 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 256 tat-13. 9.1991, p. 51.

(2)  ĠU L 256 tat-13. 9.1991, p. 51.

(3)  ĠU L 8 tat-13. 9.1991, p. 47.


ANNESS

Adattament tad-Dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar (mudell ta’ l-1996) li jinkludi l-modifiki lingwistiċi meħtieġa mit-tkabbir ta’ l-1 ta’ Mejju 2004.

Image

Test ta 'immaġni