|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
223 |
DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL 2005/212/ĠAI
ta' l-24 ta’ Frar 2005
dwar il-Konfiska ta' Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u partikolarment l-Artikoli 29, 31(1)(ċ) u 34(2)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tad-Danimarka (1),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-għan ewlieni tal-kriminalità organizzata transkonfinali huwa l-gwadann finanzjarju. Għalhekk, sabiex ikun effikaċi, kwalunkwe tentattiv sabiex tali kriminalità tiġi prevenuta u miġġielda għandu jiffoka fuq it-traċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tar-rikavati tal-kriminalità. Madankollu, dan ikun diffiċli, inter alia, minħabba differenzi bejn il-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam. |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Vjenna ta' Diċembru 1998, il-Kunsill Ewropew għamel sejħa għal tisħiħ ta' l-isforzi ta' l-UE sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata skond pjan ta' azzjoni dwar l-aħjar mod ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam dwar spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (2). |
|
(3) |
Skond il-paragrafu 50(b) tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Vjenna, fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jiggvernaw il-qbid u l-konfiska tar-rikavati tal-kriminalità għandhom jiġu mtejba u approssimati fejn meħtieġ, b'kont meħud tad-drittijiet tat-terzi in bona fide. |
|
(4) |
Il-paragrafu 51 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 jisħaq li l-money laundering jinsab fil-qalba proprja tal-kriminalità organizzata, u li għandu jinqered kull fejn iseħħ u li l-Kunsill Ewropew huwa determinat jiżgura li jittieħdu passi konkreti sabiex jiġu traċċati, iffriżati, maqbuda u konfiskati r-rikavati tal-kriminalità. Il-Kunsill Ewropew isejjaħ ukoll, fil-paragrafu 55, għall-approssimazzjoni tal-liġi u l-proċedura kriminali fir-rigward tal-money laundering (per eżempju, dwar it-traċċar, l-iffriżar u l-konfiska ta' fondi). |
|
(5) |
Skond ir-Rakkomandazzjoni 19 fil-Pjan ta' Azzjoni ta' l-2000 intitolat “Il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kriminalità organizzata: strateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-bidu tal-millennju l-ġdid”, li ġie approvat mill-Kunsill fis-27 ta' Marzu 2000 (3), għandu jsir eżami tal-possibbiltà tal-ħtieġa ta' strument li, b' kont meħud ta' l-aqwa prattika fl-Istati Membri u bir-rispett dovut għall-prinċipji legali fundamentali, jintroduċi l-possibbiltà li tiġi mitigata, skond il-liġi kriminali, ċivili jew fiskali, skond il-każ, l-onus tal-prova dwar id-derivazzjoni ta' l-assi fil-pussess ta' persuna kundannata għal reat konness mal-kriminalità organizzata. |
|
(6) |
Skond l-Artikolu 12, dwar il-konfiska u l-qbid, tal-Konvenzjoni tan-NU tat-12 ta' Diċembru 2000 kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw il-possibbiltà tar-rekwiżit li l-awtur tar-reat juri l-oriġini legali ta' rikavati preżunti tal-kriminalità jew ta' proprjetà oħra soġġetta għal konfiska, safejn tali rekwiżit huwa konsistenti mal-prinċipji tal-liġi domestika tagħhom u man-natura tal-proċedimenti ġudizzjarji. |
|
(7) |
L-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-8 ta' Novembru 1990 dwar il-Laundering, Tfittxija, Qbid u Konfiska tar-Rikavati tal-Kriminalità. Xi Stati Membri preżentaw dikjarazzjonijiet fir-rigward ta' l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar il-konfiska sabiex ikunu obbligati jikkonfiskaw rikavati biss minn numru ta' reati speċifikati. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA (4) tas-26 ta' Ġunju 2001 tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-money laundering, l-identifikazzjoni, it-traċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska ta' mezzi strumentali u rikavati tal-kriminalità. Taħt dik id-Deċiżjoni Kwadru, l-Istati Membri huma obbligati wkoll li la jagħmlu u lanqas jappoġġaw riżervi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-konfiska, sakemm ir-reat ikun wieħed punibbli bi priġunerija jew b'ordni ta' detenzjoni għal żmien massimu ta' iżjed minn sena. |
|
(9) |
L-istrumenti eżistenti f'dan il-qasam ma kisbux suffiċentement koperazzjoni transkonfinali effikaċi fir-rigward tal-konfiska minħabba li għad hemm numru ta' Stati Membru li ma jistgħux jikkonfiskaw ir-rikavati tar-reati kollha punibbli bi priġunerija għal iżjed minn sena. |
|
(10) |
L-għan ta' din id-Deċiżjoni Kwadru huwa li jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkollhom regoli effikaċi li jiggvernaw il-konfiska ta' rikavati tal-kriminalità, inter alia fir-rigward ta' l-onus tal-prova dwar id-derivazzjoni ta' l-assi fil-pussess tal-persuna kkundannata għal reat konness mal-kriminalità organizzata. Din id-Deċiżjoni Kwadru hija marbuta ma' abbozz Daniż ta' Deċiżjoni Kwadru dwar ir-rikonoxximent reċiproku fi ħdan l-Unjoni Ewropea ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-konfiska ta' rikavati tal-kriminalità u l-kondiviżjoni ta' assi, li qed jiġi preżentat fl-istess waqt. |
|
(11) |
Din id-Deċiżjoni Kwadru ma timpedix Stat Membru milli japplika l-prinċipji fundamentali tiegħu konnessi mad-dritt ta' proċess ġust, b'mod partikolari l-preżunzjoni ta' l-innoċenza, id-drittijiet ta' proprjetà, il-libertà ta' assoċazzjoni, il-libertà ta' l-istampa u l-libertà ta' l-espressjoni f'medja oħra, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI KWADRU:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru:
|
— |
“rikavati” tfisser kwalunkwe vantaġġ ekonomiku minn reati kriminali. Dawn jistgħu jikkonsistu minn kwalunkwe forma ta' proprjetà kif definita fl-inċiż li ġej, |
|
— |
“proprjetà” tinkludi proprjetà ta' kwalunkwe deskrizzjoni, kemm jekk korporali jew mhux korporali, kemm mobbli jew immobbli, u d-dokumenti jew l-istrumenti legali li juru t-titolu għal tali proprjetà jew l-interess fiha, |
|
— |
“mezzi strumentali” tfisser kwalunkwe proprjetà wżata jew intiża li tiġi wżata, bi kwalunkwe mod, kompletament jew parzjalment, sabiex jiġi mwettaq reat kriminali jew jiġu mwettqa reati kriminali, |
|
— |
“konfiska” tfisser penali jew miżura, ordnata minn qorti b'segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali jew reati kriminali, li jirriżultaw fil-privazzjoni finali ta' proprjetà, |
|
— |
“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità li għandha tali status skond il-liġi nazzjonali applikabbli, għajr għal Stati jew korpi pubbliċi oħra fl-eżerċizzju ta' l-awtorità ta' l-Istat u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi. |
Artikolu 2
Konfiska
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex ikun jista' jikkonfiska, kompletament jew parzjalment, mezzi strumentali u rikavati ta' reati kriminali punibbli bi priġunerija għal żmien ta' iżjed minn sena, jew bil-privazzjoni ta' proprjetà ta' valur korrispondenti għal tali rikavati.
2. Fir-rigward ta' reati fiskali, l-Istati Membri jistgħu jużaw proċeduri oħra barra l-proċeduri kriminali sabiex jipprivaw lill-awtur tar-reat mir-rikavati tar-reat.
Artikolu 3
Setgħat estiżi ta' konfiska
1. Kull Stat Membru għandu bħala minimu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex ikun jista', skond iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2, jikkonfiska, kompletament jew parzjalment, proprjetà li tappartjeni lil persuna kundannata għal reat
|
(a) |
li sar fi ħdan il-qafas ta' organizzazzjoni kriminali kif definita fl-Azzjoni Konġunta 98/733/JHI tal-21 ta' Diċembru 1998 dwar il-punibbiltà, bħala reat kriminali, tal-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (5), meta r-reat ikun kopert:
|
|
(b) |
li hu kopert mid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (12), sakemm ir-reati skond id-Deċiżjonijiet Kwadru msemmija hawn fuq
u r-reat huwa ta' tali natura li jista' jiġġenera qligħ finanzjarju. |
2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jippermetti l-konfiska skond dan l-Artikolu mill-inqas:
|
(a) |
fejn qorti nazzjonali, abbażi ta' fatti speċifiċi, hija konvinta bis-sħiħ li l-proprjetà in kwistjoni ġiet minn attivitajiet kriminali tal-persuna kundannata matul perjodu qabel il-kundanna għar-reat imsemmi fil-paragrafu 1 li huwa meqjus raġonevoli mill-qorti fiċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari, jew, |
|
(b) |
fejn qorti nazzjonali, abbażi ta' fatti speċifiċi, hija konvinta bis-sħiħ li l-proprjetà in kwistjoni ġiet minn attivitajiet kriminali simili tal-persuna kkundannata matul perjodu qabel il-kundanna għar-reat imsemmi fil-paragrafu 1 li huwa meqjus raġonevoli mill-qorti fiċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari, jew, |
|
(ċ) |
fejn jiġi stabbilit li l-valur tal-proprjetà huwa sproporzjonat għad-dħul legali tal-persuna kundannata u qorti nazzjonali, abbażi ta' fatti speċifiċi, hija konvinta bis-sħiħ li l-proprjetà in kwistjoni ġiet mill-attività kriminali ta' dik il-persuna kundannata. |
3. Kull Stat Membru jista' wkoll jikkunsidra jadotta l-miżuri neċessarji sabiex ikun jista' jikkonfiska, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, kompletament jew parzjalment, proprjetà akkwistata mill-qraba l-aktar qrib il-persuna konċernata u proprjetà trasferita lil xi persuna ġuridika li fir-rigward tagħha l-persuna konċernata – li taġixxi waħedha jew flimkien mal-qraba l-aktar viċini – għandha influwenza ta' kontroll. L-istess għandu japplika jekk il-persuna konċernata tirċievi parti sinifikanti tad-dħul tal-persuna ġuridika.
4. L-Istati Membri jistgħu jużaw proċeduri oħra barra l-proċeduri kriminali sabiex jipprivaw lill-awtur mill-proprjetà in kwistjoni.
Artikolu 4
Rimedji legali
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-partijiet interessati milquta mill-miżuri taħt l-Artikoli 2 u 3 jkollhom rimedji legali effikaċi sabiex jippreżervaw id-drittijiet tagħhom.
Artikolu 5
Protezzjoni
Din id-Deċiżjoni Kwadru ma għandhiex ikollha l-effett li tbiddel l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji fundamentali, inkluża partikolarment il-preżunzjoni ta' l-innoċenza kif affermata fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Implimentazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni Kwadru sa 15 ta’ Marzu 2007.
2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni, sa 15 ta’ Marzu 2007, it-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom b'din id-Deċiżjoni Kwadru. Il-Kunsill għandu jivvaluta, skond rapport magħmul abbażi ta' din l-informazzjoni u ta' rapport bil-miktub mill-Kummissjoni, sa 15 ta’ Ġunju 2007, safejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni Kwadru.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni Kwadru għanda tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi publikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropej.
Magħmula fi Brussel, nhar il-24 ta’ Frar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(5) ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.
(6) ĠU L 140, 14.6.2000, p. 1.
(9) ĠU L 328, 5.12.2002, p. 1.
(10) ĠU L 13, 20.1.2004, p. 44.
(11) ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8.
(12) ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.