29.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
76 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/822/PESK
tal-21 ta' Novembru 2005
li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2004/847/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea f’Kinshasa (DRC) fir-rigward ta' l-Unità tal-Pulizija Integrata (EUPOL “Kinshasa”)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 14, l-Artikolu 25, it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Azzjoni Konġunta 2004/847/PESK (1) li tistabbilixxi l-EUPOL KINSHASA tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2005. |
(2) |
Fis-6 ta' Ottubru 2005, il-President tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC), is-Sur Joseph Kabila, bagħat ittra lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), li tistieden lill-UE biex testendi l-EUPOL KINSHASA. |
(3) |
Fis-7 ta' Novembru 2005 l-Kunsill qabel li jestendi l-EUPOL KINSHASA għal 12-il xahar ieħor wara l-iskadenza tal-mandat attwali. Din l-Azzjoni Konġunta tkopri l-ewwel fażi ta' din l-estensjoni sat-30 ta' April 2006. |
(4) |
Stati Terzi għandhom jipparteċipaw fl-operazzjoni skond il-linji gwida stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Nizza. |
(5) |
Is-sitwazzjoni attwali ta’ sigurtà fid-DRC tista’ tiħżien, b’riperkussjonijiet potenzjalment serji fuq il-proċess ta’ tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u s-sigurtà internazzjonali u reġjonali. Impenn kontinwu ta’ l-isforz politiku u r-riżorsi ta’ l-UE jgħinu biex tiġi ssudata l-istabbiltà fir-reġjun. |
(6) |
Fid-9 ta' Diċembru 2004, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ħatar lis-Supritendent Adílio Custódio bħala Kap tal-Missjoni għall-EUPOL KINSHASA, li l-mandat tiegħu għandu jiġi estiż għat-tul tal-Missjoni, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2004/847/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
1) |
L-Artikolu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 2 Fażi ta' ppjanar Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jiżviluppa l-istrumenti tekniċi kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' l-EUPOL‘KINSHASA’. Il-Kap tal-Missjoni għandu jelabora Pjan ta' Operazzjoni (OPLAN) li għandu jqis valutazzjoni ta' riskju komprensiva. Il-Kunsill għandu japprova l-OPLAN.” ; |
2) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 3 Dikjarazzjoni tal-missjoni L-Unjoni Ewropea għandha twettaq missjoni tal-pulizija f’Kinshasa (DRC) sabiex tagħmel monitoraġġ, tiggwida u tipprovdi konsulenza għall-istabbiliment u t-tmexxija inizjali ta’ l-IPU sabiex jiġi żgurat li l-IPU taġixxi billi ssegwi t-taħriġ li tkun irċeviet fiċ-Ċentru ta’ l-Akkademja u skond l-aħjar prattiċi internazzjonali f’dan il-qasam. Dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu ffukati fuq il-linja ta’ kmand ta’ l-IPU biex titjieb il-kapaċità ta’ amministrazzjoni ta’ l-IPU u għall-monitoraġġ, l-iggwidar u l-konsulenza lill-Unitajiet operazzjonali fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha. L-EUPOL KINSHASA għandha tkompli tagħmel monitoraġġ, tiggwida u tipprovdi konsulenza dwar l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' l-IPU, inkluża konsulenza aktar estensiva lil-linja ta' kmand ta' l-IPU rigward l-eżekuzzjoni tal-missjonijiet, u iktar konsulenza dwar kwistjonijiet oħra kumplimentari għat-tmexxija effettiva tal-pulizija fid-DRC, u għandha ssaħħaħ il-kollegament ma' l-EUSEC RD CONGO fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà.” |
3) |
L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 4 Struttura tal-Missjoni Il-Missjoni ser tkun magħmula minn Kwartieri Ġenerali (HQ) u monituri tal-pulizija. Il-HQ ser ikunu magħmula mill-uffiċċju tal-Kap tal-Missjoni u fergħa ta' sostenn amministrattiv. Il-monituri, il-mentors u l-konsulenti kollha, kif ukoll min iħarreġ, ser jinsabu flimkien fil-bażi operattiva ta' l-IPU.” |
4) |
L-Artikolu 10(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “1. L-ammont ta' referenza finanzjarju maħsub biex ikopri l-infiq relatat mal-missjoni għandu jkun ammont massimu ta' EUR 4 370 000 għall-perijodu mid-9 ta' Diċembru 2004 sat-30 ta' April 2006.” . |
5) |
L-Artikolu 10(2) (b) għandu jinbidel bl-Artikolu li ġej:
. |
6) |
Fl-Artikolu 14, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Din għandha tiskadi fil-30 ta’ April 2006.” . |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta' Novembru 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU L 367, 14.12.2004, p. 30.