|
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
354 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/583/PESK
tat-28 ta' Lulju 2005
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Lulju 2004 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK (1) dwar il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina. |
|
(2) |
Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż għal 6 xhur oħra. |
|
(3) |
Ir-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-għanijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Il-mandat ta’ Lord ASHDOWN bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) fil-Bosnja u Ħerzegovina, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK, huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2006.
Artikolu 2
L-Artikolu 6 (1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
“1. L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 270 000 €.”
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, 28 ta' Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW