12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

737


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Novembru 2005

li temenda r-Regolament intern tagħha

(2005/960/KE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 218(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Energija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 131 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(1) tiegħu,

IDDEĊIDIET:

Artikolu 1

L-Artikoli 1 sa 28 tar-Regolament intern tal-Kummissjoni (1) huma mibdula bit-test li jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidhol fis-sehh fl-1 ta’ Jannar 2006.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tigi ppublikata fil-Gurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar il-15 ta’ Novembru 2005.

Mill-Kummissjoni

Jose Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 308, 8.12.2000, p. 26. Regolament intern emendat l-ahhar bid-Deċiżjoni Nru 2004/563/KE, Euratom (ĠU L 251, 27.7.2004, p. 9).


ANNESS

KAPITOLU I

IL-KUMMISSJONI

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Il-prinċipju tar-responsabbiltà kollettiva

Il-Kummissjoni tagixxi kollettivament b’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolament intern u b’rispett lejn il-linji gwida politiċi ddefiniti mill-President tagħha.

Artikolu 2

Il-prijoritajiet u l-programm ta’ hidma

B’rispett lejn il-linji gwida politiċi ddefiniti mill-President tagħha, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet strategiċi tagħha, li bis-saħħa tagħhom, kull sena, tadotta l-programm ta’ ħidma tagħha kif ukoll l-abbozz preliminari tal-bagit għas-sena ta’ wara.

Artikolu 3

Il-President

1.   Il-President jista’ jagħti lill-Membri tal-Kummissjoni oqsma ta’ attivitajiet partikolari li għalihom ikunu speċifikament responsabbli għat-thejjija tal-hidmiet tal-Kummissjoni u t-twettiq tad-deċiżjonijiet tagħha.

F’kull ħin, huwa jista’ jimmodifika dawn il-kompiti.

2.   Il-President jista’ jwaqqaf gruppi permanenti jew ad hoc fost il-Membri tal-Kummissjoni. Huwa jagħżel il-President ta’ dawn il-gruppi u jistabbilixxi l-għamla tagħhom. Huwa jistabbilixxi l-mandat ta’ dawn il-gruppi u japprova r-regoli operattivi tagħhom.

3.   Il-President jirrappreżenta l-Kummissjoni. Huwa jagħżel il-Membri tal-Kummissjoni għall-kariga li jassistuh f’din il-hidma.

Artikolu 4

Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jittieħdu:

a)

fil-laqgħat tal-Kummissjoni bi proċedura orali jew

b)

bi proċedura bil-miktub skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 jew

ċ)

bi proċedura ta’ awtorizzazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 jew

d)

bi proċedura ta’ delega skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14.

TAQSIMA 2

Il-laqgħat tal-Kummissjoni

Artikolu 5

Meta tissejjah laqgħa

1.   Il-Kummissjoni tissejjah għal-laqgħat mill-President.

2.   B’regola generali, il-Kummissjoni tiltaqa’ mill-inqas darba fil-gimgħa. Barraminhekk, din tiltaqa’ kull meta jkun meħtieģ.

3.   Il-Membri tal-Kummissjoni huma mehtiega jattendu għal-laqgħat kollha. Il-President jiddeċiedi jekk dawn ikunux eżentati minn dan l-obbligu f’ċertu ċirkostanzi.

Artikolu 6

L-agenda tal-laqgħat tal-Kummissjoni

1.   Il-President jadotta l-agenda ta’ kull laqgħa tal-Kummissjoni.

2.   Bla ħsara għall-poter tal-president li jistabbilixxi l-aġenda, kull proposta li timplika spejjeż sinnifikattivi għandha tiġi ppreżentata bi ftehim mal-membru tal-Kummissjoni nkarigat mill-baġit.

3.   Jekk Membru tal-Kummissjoni jipproponi ż-żieda ta’ punt fl-agenda, il-President għandu jigi mgħarraf kif inhu stipulat mill-Kummissjoni b’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 28 ta’ dawn ir-Regoli, minn hawn ‘il quddiem “ir-regoli ta’ implimentazzjoni”.

4.   L-agenda u d-dokumenti mehtiega għandhom jitwasslu lill-Membri tal-Kummissjoni kif inhu stipulat minnha b’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni.

5.   Jekk Membru tal-Kummissjoni jitlob li jirtira punt mill-agenda, dan għandu jithalla għal-laqgħa li jkun imiss, jekk il-President jaqbel.

6.   Fuq proposta tal-President, il-Kummissjoni tista’ tiddiskuti punt li ma jkunx fl-agenda jew li d-dokumenti ta’ hidma neċessarji għal dan il-punt ikunu tqassmu tard. Din tista’ tiddeċiedi li ma tiddiskutix punt li jinsab fl-agenda.

Artikolu 7

Il-Kworum

In-numru ta’ Membri li huma mehtiega li jkunu preżenti biex il-Kummissjoni tiddiskuti b’mod xieraq għandu jkun daqs il-maggoranza tal-Membri pprovduta fit-Trattat.

Artikolu 8

It-tehid tad-deċiżjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għanda tiehu d-deċiżjonijiet fuq il-proposta minn Membru wiehed jew aktar.

2.   Il-Kummissjoni tgħaddi għal vot fuq talba ta’ wieħed mill-membri tagħha. Dan il-vot jikkonċerna l-abbozz inizjali jew l-abbozz emendat mill-membru jew il-membri responsabbli għall-inizjattiva in kwistjoni jew mill-President.

3.   Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jigu adottati bil-maggoranza tal-voti tal-Membri, kif inhu pprovdut fit-Trattat.

4.   Il-President għandu jeżamina r-riżultat tad-diskussjonijiet, li għandhom jigu mtennija fil-minuti tal-laqgħa kif inhu pprovdut fl-Artikolu 11 ta’ dawn ir-Regoli.

Artikolu 9

Il-kunfidenzjalità

Il-laqgħat tal-Kummissjoni m'għandhomx ikunu pubbliċi. Id-dibattiti għandhom jibqgħu kunfidenzjali.

Artikolu 10

Il-preżenza tal-funzjonarji u ta’ persuni ohra

1.   Sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix xort’ohra, is-Segretarju Generali u l-Kap tal-kabinett tal-President għandhom jassistu għal-laqgħat. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li fihom persuni ohra huma awtorizzati li jassistu għal-laqgħat.

2.   F’każ ta’ assenza ta’ wiehed mill-Membri tal-Kummissjoni, il-Kap tal-kabinett tiegħu jista’ jassisti għal-laqgħa, u fuq stedina mill-President, jippreżenta l-opinjoni tal-Membru assenti.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tisma' kull persuna ohra.

Artikolu 11

Il-minuti

1.   Il-minuti għandhom jittiehdu f’kull laqgħa tal-Kummissjoni.

2.   L-abbozz tal-minuti huwa suggett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni f’laqgħa sussegwenti. Il-minuti approvati għandhom jigu awtentiċizzati bill-firem tal-President u tas-Segretarju Generali.

TAQSIMA 3

Il-proċeduri l-ohra għat-tehid tad-deċiżjonijiet

Artikolu 12

Id-deċiżjonijiet bi proċedura bil-miktub

1.   Il-ftehim tal-Membri tal-Kummissjoni dwar abbozz minn wiehed jew aktar minnhom jista’ jinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, sakemm ikunu rċevew minn qabel l-opinjoni favorevoli tas-Servizz Legali kif ukoll il-qbil minn qabel tad-dipartimenti li jkunu gew ikkonsultati b’mod xieraq b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 23 ta’ dawn ir-Regoli.

Din l-opinjoni favorevoli u/jew dan il-qbil jistgħu jigu mibdula bi ftehim bejn il-Kapijiet tal-kabinetti, b’konformità mal-proċedura miktuba ta’ finalizzazzjoni kif imfissra fir-regoli ta’ implimentazzjoni.

2.   Għal dan il-għan, it-test ta’ l-abbozz għandu jitwassal bil-kitba lill-Membri tal-Kummissjoni kollha, taht il-kundizzjonijiet stipulati minn din, b’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni, f‘limitu ta’ żmien li fih il-Membri għandhom jgħarrfu r-riżervi tagħhom jew l-emendi li jistgħu jkunu jridu jagħmlu fir-rigward ta’ l-abbozz.

3.   Fil-proċedura bil-kitba, kull Membru tal-Kummissjoni jista’ jitlob li l-abbozz iwassal għal dibattitu. Għal dan il-għan, huwa għandu jindirizza talba lill-President.

4.   Test ta’ abbozz jiġi meqjus bħala adottat mill-Kummissjoni jekk l-ebda Membru ma jkun ressaq jew ikkonferma talba għas-sospensjoni fil-limitu ta’ zmien stabbilit għall-proċedura bil-miktub.

Artikolu 13

Id-deċiżjonijiet bi proċedura ta’ delega

1.   Sakemm ikun rispettat għal kollox il-prinċipju tar-responsabbiltà kollettiva, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza wiehed jew iktar mill-Membri tagħha li jiehdu mizuri ta’ immaniggjar u ta’ amministrazzjoni f’isimha, fil-limiti u skond il-kundizzjonijiet li tistipula.

2.   Il-Kummissjoni tista’ wkoll tinkariga lil wiehed jew iktar mill-Membri tagħha, bil-qbil tal-President, biex jadottaw it-test definittiv għal atti jew għal proposti li għandhom jigu pprezentati lill-istituzzjonijiet l-ohrajn, fejn is-sostanza tkun digà definita fid-diskussjonijiet tagħha.

3.   Is-setgħat mogħtija b’dan il-mod jistgħu jigu sottodelegati lid-Diretturi Generali u lill-Kapijiet tad-Dipartimenti, sakemm dan ma jkunx ipprojbit b’mod espressiv fid-deċiżjoni tad-delega.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi għandhom japplikaw mingħajr pregudizzju għar-regoli dwar id-delega fil-qasam finanzjarju u għas-setgħat mogħtija lill-awtorità li tahtar u lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ l-impjieg.

Artikolu 14

Id-deċiżjonijiet bi proċedura ta’ delega

Sakemm ikun irrispettat għal kollox il-prinċipju tar-responsabbiltà kollettiva tagħha, il-Kummissjoni tista’ tiddelega f’isimha l-adozzjoni tal-mizuri ta’ l-immaniggjar u ta’ l-amministrazzjoni lid-Diretturi Generali u lill-Kapijiet tad-Dipartimenti, fil-limiti u skond il-kundizzjonijiet li tistipula.

Artikolu 15

Is-sottodelaga għad-deċiżjonijiet individwali ta’ l-għotjiet u għotja ta’ kuntratti

Id-Direttur Generali jew il-Kap tas-servizz li jkun kiseb kompetenzi sottodelegati jew delegati, f’konformità ma’ l-Artikoli 13 u 14 għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ ffinanzjar, jista’ jiddeċiedi li jissottodelega t-tehid ta' ċerti deċiżjonijiet individwali ta' għotjiet jew ta' għotja ta' kuntratti lid-Direttur kompetenti jew, bi ftehim mal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli, lill-Kap ta' l-Unità kompetenti, fil-limiti u l-kundizzjonijiet stipulati bir-regoli ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 16

L-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet mehuda

Id-deċiżjonijiet adottati bi proċedura bil-miktub, bi proċedura ta’ delega jew bi proċedura ta’ delega għandhom jigu rregistrati f’nota ta’ kuljum li għandha tigi rregistrata fil-minuti tal-laqgħa tal-Kummissjoni li jkun imiss.

TAQSIMA 4

Dispożizzjonijiet komuni għall-proċeduri tat-tehid tad-deċiżjonijiet

Artikolu 17

L-awtentifikazzjoni ta’ l-atti adottati mill-Kummissjoni

1.   L-atti adottati fil-laqgħa għandhom jigu mehmuza, fil-lingwa jew fil-lingwi awtentiċi, b’mod li ma jkunux jistgħu jigu sseparati, ma’ nota sommarja ppreparata fi tmiem il-laqgħa tal-Kummissjoni li fiha jkunu gew adottati. Dawn l-atti għandhom jigu awtentifikati bil-firem tal-President u tas-Segretarju Generali fl-ahhar pagna tan-nota sommarja.

2.   L-atti adottati mill-proċedura bil-miktub u mill-proċedura ta’ delega f’konformità ma’ l-Artikoli 12 u 13, l-ewwel u t-tieni paragrafi, ta’ dawn ir-Regoli huma mehmuza fil-lingwa jew fil-lingwi awtentiċi b’mod li ma jkunux jistgħu jigu sseparati, man-nota ta’ kuljum imsemmija fl-Artikolu 16 ta’ dawn ir-Regoli. Dawn l-atti għandhom jigu awtentifikati bil-firem tas-Segretarju Generali fl-ahhar pagna tan-nota ta’ kuljum.

3.   L-atti adottati mill-proċedura ta’ delega jew b’sottodelega huma mehmuza fil-lingwa jew fil-lingwi awtentiċi b’mod li ma jkunux jistgħu jigu sseparati, man-nota ta’ kuljum imsemmija fl-Artikolu 16. Dawn l-atti għandhom jigu awtentikati b’dikjarazzjoni ta’ awtoċertifikazzjoni ffirmata mill-uffiċjal sottodelegat jew delegat f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikoli 13 u l-Artikoli 14 u 15.

4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament intern, “atti” tfisser kull att imsemmi fl-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE u fl-Artikolu 161 tat-Trattat tal-Euratom.

5.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament intern, “lingwi awtentiċi” tfisser il-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunitajiet, mingħajr pregudizzju lejn l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 930/2004 (1), fejn jidhlu atti generali, u għal atti ohrajn, il-lingwa ta’ min ikun qed jigi indirizzat.

TAQSIMA 5

Il-preparazzjoni u l-ezekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

Artikolu 18

Il-gruppi tal-Membri tal-Kummissjoni

Il-gruppi tal-Membri tal-Kummissjoni jagħtu kontribut għall-koordinazzjoni u għall-preparazzjoni tal-hidmiet tal-Kummissjoni, fil-qasam tal-prijoritajiet strategiċi stabbiliti mill-Kummissjoni u skond il-mandat u l-linji gwida politiċi stabbiliti mill-President.

Artikolu 19

Il-kabinetti u r-relazzjonijiet mad-dipartimenti

1.   Il-Membri tal-Kummissjoni għandu jkollhom kabinett inkarigat li jassisti fit-twettiq tal-hidmiet tagħhom u fil-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Ir-regoli dwar l-għamla tal-kabinetti jitwaqqfu mill-President.

2.   Il-Membri tal-Kummissjoni japprovaw ir-regoli ta’ hidma mad-dipartimenti li qegħdin taht ir-responsabbiltà tagħhom. Dawn ir-regoli jispeċifikaw partikolarment il-mod ta’ kif il-Membri tal-Kummissjoni jagħtu l-istruzzjonijiet tagħhom lid-dipartimenti kkonċernati, li mingħandom jirċievu b'mod regolari kull informazzjoni mehtiega dwar il-qasam ta’ attività tagħhom biex jezerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 20

Is-Segretarju Generali

1.   Is-Segretarju Generali jassisti lill-President fil-preparazzjoni tal-hidmiet u fit-tmexxija tal-laqgħat tal-Kummissjoni. Huwa jassisti wkoll lill-presidenti tal-gruppi tal-Membri maħluqa b’konformità ma’ l-Artikolu 3, paragrafu 2, ta’ dawn ir-Regoli fil-preparazzjoni u fit-tmexxija tal-laqgħat tagħhom.

2.   Huwa jizgura l-implimentazzjoni tal-proċeduri tat-tehid tad-deċiżjonijiet u jara li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dawn ir-Regoli jigu ezegwiti.

3.   Hu għandu jgħin biex jizgura li jkun hemm il-kooperazzjoni meħtieģa bejn id-dipartimenti waqt il-hidmiet preparatorji, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 ta’ dawn ir-Regoli, u jara li u li d-dokumenti sottomessi lill-Kummissjoni jkunu ta’ kwalità tajba fis-sustanza u li r-regoli dwar il-forma jkunu osservati.

4.   Sakemm ma jkunx kaz speċifiku, huwa jiehu l-mizuri mehtiega biex jara li jkun hemm in-notifika u l-pubblikazzjoni fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-atti tal-Kummissjoni, kif ukoll it-tixrid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni u tad-dipartimenti tagħha f’istituzzjonijiet ohrajn tal-Komunitajiet Ewropej.

5.   Huwa jiżgura r-relazzjonijiet uffiċjali ma’ l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, suggetti għall-kompetenzi li l-Kummissjoni tiddeċiedi li teżerċita hi stess jew li tagħti lill-Membri jew lid-dipartimenti tagħha. Huwa jsegwi l-ħidmiet ta’ l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u jinforma lill-Kummissjoni dwar dawn.

KAPITOLU II

ID-DIPARTIMENTI TAL-KUMMISSJONI

Artikolu 21

L-istruttura tad-dipartimenti

Biex tipprepara u timplimenta l-azzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha għadd ta’ dipartimenti, strutturati f’Direttorati Generali u d-dipartimenti relatati.

B’mod ģenerali, id-Direttorati Generali u d-dipartimenti relatati huma mqassma f’direttorati, u d-direttorati f’units,

Artikolu 22

Il-holqien ta’ funżjonijiet u ta’ strutturi speċifiċi

Biex tilħaq ċertu bżonnijiet partikolari, il-Kummissjoni tista’ toħloq funżjonijiet u strutturi speċifiċi bil-kariga ta’ missjonijiet preċiżi. Hi tiddetermina wkoll ir-responsabbiltajiet u r-regoli ta' l-operat tagħhom.

Artikolu 23

Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn is-dipartimenti

1.   Biex tkun assigurata l-effikaċja tal-Kummissjoni, id-dipartimenti jahdmu f’kooperazzjoni mill-qrib u b’mod koordinat sa mill-bidu tal-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet.

2.   Id-dipartiment responsabbli mill-preparazzjoni ta’ inizjattiva jara li, sa mill-bidu tal-hidmiet preparatorji, ikun hemm koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartiementi kollha li għandhom interess legittimu għal din l-inizjattiva in virtù tal-kompetenza u tar-responsabbiltajiet jew tan-natura tal-kwistjonijiet.

3.   Qabel ma dokument jigi sottomess lill-Kummissjoni, id-dipartiment responsabbli jipproċedi fil-hin li hemm bzonn għall-konsultazzjonijiet tad-dipartimenti li għandhom interess legittimu għall-abbozz, b’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni.

4.   Il-konsultazzjoni tas-servizz legali huwa obbligatorju għall-abbozzi u l-proposti ta’ l-atti guridiċi kollha kif ukoll għad-dokumenti kollha li jista’ jkollhom implikazzjoni guridika.

Biex tinbeda proċedura tat-tehid tad-deċiżjonijiet pprovduta fl-Artikoli 12, 13 u 14 ta’ dawn ir-Regoli, il-konsultazzjoni tas-Servizz Legali hi dejjem mehtiega hlief għad-deċiżjonijiet dwar l-atti standard fejn il-ftehim ikun digà sar minn qabel (atti repetittivi). Din mhix mehtiega għad-deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 15.

5.   Il-konsultazzjoni tas-Segretarjat Generali hija obbligatorja għall-inizjattivi kollha:

a)

li għandhom importanza politika jew

b)

li jidhru fil-programm ta’ hidma annwali tal-Kummissjoni kif ukoll fl-istrument ta’ programmazzjoni fis-sehh jew

ċ)

li jikkonċernaw l-aspetti istituzzjonali jew

d)

li huma sottomessi għall-analizi ta’ impatt jew għal konsultazzjoni pubblika.

6.   Bl-eċċezzjoni tad-deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 15, il-konsultazzjoni tad-Direttorati Generali inkarigati mill-bagit, mill-impjegati u mill-amministrazzjoni hija obbligatorja għad-dokumenti kollha li jista’ jkollhom implikazzjoni fil-bagit, fil-finanzi, għall-impjegati u fl-amministrazzjoni rispettivament. L-istess bzonn japplika għad-dipartiment inkarigat mill-glieda kontra l-frodi.

7.   Id-dipartiment responsabbli għandu jara kif jistabbilixxi proposta li tigbor il-ftehim tad-dipartimenti kkonsultati. F’kaz ta’ nuqqas ta’ ftehim, dan għandu jakkumpanja l-proposta bl-opinjonijiet differenti ta’ dawn id-dipartimenti, mingħajr pregudizzju lejn id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 ta’ dawn ir-Regoli.

KAPITOLU III

ID-DELEGI

Artikolu 24

Il-Kontinwità fis-Servizz

Il-Membri tal-Kummissjoni u d-Dipartimenti għandhom jizguraw li jiehdu kull mizura xierqa biex jizguraw Il-kontinwità fis-servizz, skond id-dispożizzjonijiet adottati għal dan il-għan mill-Kummissjoni jew il-President.

Artikolu 25

Id-delegi tal-President

F’kaz li l-President ma jkunx jista’ jezerċita l-karigi tiegħu, dawn għandhom jigu ezerċitati mill-viċi-President jew minn Membru fl-ordni stabbilita mill-President.

Artikolu 26

Id-delegi tas-Segretarju Generali

F’kaz li s-Segretarju Generali ma jkunx jista’ jezerċita l-karigi tiegħu, dawn għandhom jigu ezerċitati mill-ogħla Deputat Segretarju Generali, u f’kaz li jkunu anzjani ndaqs, mill-akbar wiehed jew minn uffiċjal magħzul mill-Kummissjoni.

Fin-nuqqas ta’ Deputat Segretarju Generali prezenti jew ta’ uffiċjal magħzul mill-Kummissjoni, id-delega għanda tigi ezerċitata mill-uffiċjal subordinat prezenti l-iktar anzjan, u f’kaz li jkunu anzjani ndaqs, mill-akbar wiehed fl-ogħla kategorija u grad.

Artikolu 27

Id-delegati tas-superjuri gerarkiċi

1.   Meta Direttur Generali huwa indispost, dan għandu jigi delegat mid-Deputat Direttur Generali prezenti l-iktar anzjan, u f’kaz li jkunu anzjani ndaqs, mill-akbar wiehed jew minn uffiċjal magħzul mill-Kummissjoni.

Fin-nuqqas ta’ Direttur Generali prezenti jew ta’ uffiċjal magħzul mill-Kummissjoni, id-delega għandha tigi ezerċitata mis-subordinat prezenti l-iktar anzjan, u f’kaz li jkunu anzjani ndaqs, mill-akbar wiehed fl-ogħla kategorija u grad.

2.   Meta Kap tal-Unit huwa indispost, dan għandu jigi delegat mid-Deputat Kap tal-Unit jew minn uffiċjal magħzul mid-Direttur Generali.

Fin-nuqqas ta’ Deputat Kap tal-Unit prezenti jew ta’ uffiċjal magħzul mid-Direttur Generali, id-delega għanda tigi ezerċitata mis-subordinat l-iktar anzjan, u f’kaz li jkunu anzjani ndaqs, mill-akbar wiehed fl-ogħla kategorija u grad.

3.   Kull superjur gerarkiku iehor għandu jigi delegat minn uffiċjal magħzul mid-Direttur Generali, bi ftehim mal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli. F’kaz li ma jkunux gew magħzula s-sostituti, id-delega għandha tigi ezerċitata mis-subordinat l-iktar anzjan, u f’kaz li jkunu anzjani ndaqs, mill-akbar wiehed fl-ogħla kategorija u grad.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Regoli ta’ implimentazzjoni u miżuri supplementari

Sakemm hemm bżonn, il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ dawn ir-Regoli.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri supplimentari dwar l-operat tal-Kummissjoni u tad-dipartimenti tagħha.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura se jidhlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006.


(1)  GU L 169, 1.5.2004, p. 1.