|
29.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
323 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPAT/1/2005
tas-7 ta’ Diċembru 2005
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tat-Tim Konsultattiv tal-Pulizija ta' l-UE f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (EUPAT)
(2005/957/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/826/PESK ta' l-24 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Tim Konsultattiv tal-Pulizija ta' l-UE (EUPAT), f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (fYROM) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bl-Artikolu 7(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/826/PESK il-Kunsill jawtorizza l-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluż is-setgħat li jaħtar, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, Kap ta' l-EUPAT. |
|
(2) |
Is-Segretarjat-Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Jürgen SCHOLZ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Jürgen SCHOLZ huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tat-Tim Konsultattiv tal-Pulizija ta' l-UE f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (EUPAT) mill-15 ta' Diċembru 2005.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika sa l-14 ta' Ġunju 2006.
Magħmula fi Brussel, nhar is-7 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
J. KING