|
30.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Diċembru 2005
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles
(2005/937/CE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu flimkien ma' l-Artikolu 300(2),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunità u s-Seychelles innegozjaw sabiex jiddeterminaw il-modifiki jew żidiet li jiġu introdotti fil-Protokoll anness mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles (1) fit-tmiem tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-Protokoll fis-seħħ. |
|
(2) |
Bħala riżultat ta' dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fit-23 ta' Settembru 2004. |
|
(3) |
Konformement ma' dan il-Protokoll, is-sajjieda tal-Komunità jibbenefikaw minn opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tas-Seychelles għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità huwa indispensabbli li l-Protokoll il-ġdid jiġi applikat mill-aktar fis possibbli. Għal din ir-raġuni, iż-żewġ Partijiet inizjalaw Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri li jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja mit-18 ta' Jannar 2005 tal-Protokoll inizjalat. Il-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri, għandu jiġi approvat suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll mill-Kunsill. |
|
(5) |
Jeħtieġ li jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri, fuq il-bażi tat-tqassim tradizzjonali ta' l-opportunitajiet ta' sajd taħt il-Ftehim dwar is-sajd, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri u t-test tal-Protokoll huma mehmuża mad-Deċiżjoni preżenti.
Artikolu 2
L-opportunitajiet ta' sajd iffissati mill-Protokoll huma mqassma fost l-Istati Membri skond is-sistema segwenti:
|
Spanja: Franza: Italja: |
22 bastiment 17-il bastiment 1 bastiment |
||
|
Spanja: Franza: Portugall: |
2 bastimenti 5 bastimenti, 5 bastimenti. |
Jekk it-talbiet għal liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet kollha ta' sajd iffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra talbiet għal liċenzji minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim bl-effett li tintrabat il-Komunità.
Magħmula fi Brussell, fit-8 ta' Diċembru 2005
Għall-Kunsill
Il-President
J. HUTTON
FTEHIM F'FORMA TA' SKAMBJU TA' ITTRI
dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles
A. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles:
Sinjur,
B'referenza għall-Protokoll, inizjalat fit-23 ta' Settembru 2004, li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles huwa dispost li japplika dan il-Protokoll provviżorjament mit-18 ta' Jannar 2005, sa meta dan jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 13 tiegħu, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess.
Dan ikun bil-kondizzjoni li l-ħlas ta' l-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja annwali ffissata fl-Artikolu 2 tal-Protokoll isir qabel it-30 ta' Settembru 2005.
Inkun grat jekk tagħtini konferma tal-qbil tal-Komunità Ewropea dwar tali applikazzjoni provviżorja.
Insellimlek,
Għall-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles
B. Ittra mill-Komunità Ewropea
Sinjur,
Għandi l-unur li ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek ta' dik il-ġurnata, li tgħid hekk:
“B'referenza għall-Protokoll, inizjalat fit-23 ta' Settembru 2004, li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles huwa dispost li japplika dan il-Protokoll provviżorjament mit-18 ta' Jannar 2005, sa meta dan jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 13 tiegħu, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess.
Dan ikun bil-kondizzjoni li l-ħlas ta' l-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja annwali ffissata fl-Artikolu 2 tal-Protokoll isir qabel it-30 ta' Settembru 2005.
Inkun grat jekk tagħtini konferma tal-qbil tal-Komunità Ewropea dwar tali applikazzjoni provviżorja.”
Għandi l-unur li nikkonfermalek li l-Komunità taqbel ma' tali applikazzjoni provviżorja.
Insellimlek,
F'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
PROTOKOLL
li jiffissa, għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles
Artikolu 1
Perjodu ta' applikazzjoni u opportunitajiet ta' sajd
1. Għal perjodu ta' sitt snin mit-18 ta' Jannar 2005 sas-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet ta' sajd mogħtija taħt l-Artikolu 2 tal-Ftehim huma ffissati kif ġej:
|
a) |
bastimenti tal-qbid tat-tonn bit-tartarun: 40 bastiment |
|
b) |
bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ: 12-il bastiment |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 u 5.
3. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea jistgħu jeżerċitaw attivitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa taħt dan il-Protokoll u skond il-modalitajiet deskritti fl-Anness.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja – Modalitajiet tal-ħlas
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandha tkun, għall-perjodu previst fl-Artikolu 1, ta' EUR 24 750 000.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 4, 6 u 8.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-paragrafu 1 għandha titħallas mill-Komunità bir-rata ta' EUR 4 125 000 fis-sena matul il-perjodu ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.
4. Jekk il-kwantità totali tal-qbid mill-bastimenti Komunitarji fl-ibħra tas-Seychelles teċċedi l-55 000 tunnellata metrika fis-sena, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiżdied b'EUR 75 għal kull tunnellata metrika supplementari ta' tonn maqbud. Madankollu, l-ammont totali kull sena mħallas mill-Komunità ma għandux jeċċedi EUR 8 250 000.
5. Il-ħlas għandu isir mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2005 għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data ta' l-anniversarju tal-Protokoll għas-snin segwenti.
6. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, l-allokazzjoni li ssir ta' din il-kontribuzzjoni għandha taqa' taħt il-kompetenza esklussiva ta' l-awtoritajiet tas-Seychelles.
7. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'mhux aktar minn żewġ kontijiet tat-Teżor Pubbliku miftuħin mal-Bank Ċentrali tas-Seychelles.
Artikolu 3
Koperazzjoni għal sajd responsabbli
1. Iż-żewġ Partijiet b'dan jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ibħra tas-Seychelles abbażi tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f'dawk l-ibħra.
2. Abbażi tar-rakkomandazzonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fil-Kummissjoni dwar it-Tonn ta' l-Oċean Indjan (IOTC) u fid-dawl ta' l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli u, fejn ikun il-każ, wara laqgħa konġunta ta' esperti, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim bil-għan li jadottaw, fil-każ ta' bżonn, miżuri li jkollhom l-għan li jwasslu għal ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.
Artikolu 4
Reviżjoni volontarja ta' l-opportunitajiet ta' sajd
1. L-opportunitajiet ta' sajd previsti fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu miżjuda bi qbil komuni fejn, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa konġunta ta' esperti prevista fl-Artikolu 3(2), din iż-żieda ma toħloqx riskji għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-Seychelles. F'tali każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(1) għandha tiġi miżjuda proporzjonalment u pro rata temporis. Madankollu l-ammont totali annwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Komunità ma jistax jeċċedi d-doppju ta' l-ammont indikat fl-Artikolu 2(1). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu l-kwantitajiet korrispondenti għad-doppju ta' l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin mill-aktar fis possibbli sabiex jistabbilixxu l-ammont dovut għall-kwantità li teċċedi dan il-limitu.
2. Min-naħa l-oħra, fil-każ li l-Partijiet jiftiehmu dwar tnaqqis ta' l-opportunitajiet ta' sajd previsti fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi mnaqqsa proporzjonalment u pro rata temporis.
3. It-tqassim ta' l-opportunitajiet ta' sajd fost il-kategoriji differenti ta' bastimenti jista' wkoll ikun suġġett għal reviżjoni bi qbil komuni bejn il-Partijiet u fir-rispett ta' kull rakkomandazzjoni jew riżoluzzjoni eventwali ta' l-IOTC, dwar il-ġestjoni ta' l-istokks, li tista' tiġi milquta minn dan it-tqassim ġdid. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar l-aġġustament korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja jekk it-tqassim il-ġdid ta' l-opportunitajiet ta' sajd jiġġustifika dan.
Artikolu 5
Opportunitajiet ġodda ta' sajd
1. Fil-każ li l-bastimenti Komunitarji jkunu interessati f'xi attivitajiet ta' sajd li mhumiex previsti fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel l-għoti ta' awtorizzazzjoni għal tali attivitajiet u, fejn ikun il-każ, jiftiehmu dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn l-attivitajiet ta' sajd, inklużi l-emendi korrispondenti li jkunu meħtieġa li jsiru lil dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.
2. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali, partikolarment ta' dawk l-ispeċi ta' l-ilmijiet fondi, preżenti fl-ibħra tas-Seychelles. Għal dan il-għan, u fuq it-talba ta' xi Parti minnhom, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jiddeterminaw, każ b'każ, dawk l-ispeċi, il-kondizzjonijiet u l-parametri l-oħra li jkunu relevanti.
Il-Partijiet għandhom iwettqu sajd sperimentali skond il-parametri miftiehma bejn iż-żewġ Partijiet fi ftehim amministrattiv fejn dan ikun opportun. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftiehma għal perjodu massimu ta' sitt xhur.
Fil-każ li l-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali ikunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern tas-Seychelles jista' jqassam l-opportunitajiet tas-sajd ta' l-ispeċi l-ġodda lill-flotta Komunitarja sa meta jiskadi l-Protokoll preżenti. Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(1) konsegwentement tiżdied.
Artikolu 6
Sospensjoni u reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1. Fejn, minħabba ċirkostanzi li jkunu imputabbli esklussivament għal xi tort jew negliġenza tas-Seychelles, ma jkunux jistgħu isiru attivitajiet tas-sajd fl-ibħra tas-Seychelles, il-Komunità Ewropea tista', wara konsultazzjonijiet mas-Seychelles, tissospendi l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, bil-kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset l-ammont kollu dovut sal-mument tas-sospensjoni.
2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jissokta minn meta s-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal u wara konsultazzjonijiet u bi qbil bejn iż-żewġ Partijiet li jikkonfermaw li s-sitwazzjoni tkun tali li tippermetti t-tkomplija ta' l-attivitajiet normali tas-sajd.
Artikolu 7
Appoġġ għal sajd responsabbli u sostenibbli fl-ibħra tas-Seychelles
1. Parti li tikkonsisti fis-36 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll għandha tiġi destinata għall-iżvilupp u l-implementazzjoni ta' politika settorjali tas-sajd fis-Seychelles bil-għan li jiġi promoss is-sajd responsabbli u sostenibbli fl-ibħra tagħhom. L-amministrazzjoni ta' din il-kontribuzzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-indentifikazzjoni mill-Partijiet, bi qbil komuni, ta' l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u tal-programazzjoni annwali u multi-annwali sabiex jintlaħqu.
2. Bil-għan li jiġi implementat il-paragrafu 1, il-Komunità u s-Seychelles għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, u sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, dwar Programm Settorjali Multi-annwali, u dwar il-modalitajiet ta' l-applikazzjoni tiegħu, li jinkludi partikolarment:
|
a) |
il-linji ta' gwida fuq bażi annwali u multi-annwali, li fuqhom tintuża l-perċentwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-paragrafu 1; |
|
b) |
l-għanijiet li għandhom jintlaħqu fuq bażi annwali u multi-annwali bl-għan li, eventwalment, jiġi introdott is-sajd sostenibbli u responsabbli, b'kont meħud tal-prijoritajiet espressi mis-Seychelles fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd jew politika oħra li jkollha rabta ma' jew impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli; |
|
c) |
il-kriterji u l-proċeduri li jintużaw sabiex issir valutazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali. |
3. Kull modifika proposta għall-Programm Settorjali Multi-annwali għandha tiġi approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta.
4. Kull sena, għandu jiġi deċiż mis-Seychelles kif issir l-allokazzjoni tal-parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-paragrafu 1 għall-finijiet ta' l-implementazzjoni tal-Programm multi-annwali. Fir-rigward ta' l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll, dan l-ammont għandu jiġi komunikat lill-Komunità fil-mument ta' l-approvazzjoni fil-Kummissjoni Konġunta tal-Programm Settorjali Multi-annwali. Għal kull sena segwenti, dan l-ammont għandu jiġi komunikat mis-Seychelles lill-Komunità sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.
5. Fil-każ li l-valutazzjoni annwali tar-riżultati ta' l-implementazzjoni tal-Programm Settorjali Multi-annwali tiġġustifika li dan isir, il-Komunità Ewropea tista' titlob, bl-approvazzjoni tal-Kumitat Konġunt, bidla fil-kontribuzzjoni finanzjarja unika prevista fl-Artikolu 2(1), sabiex l-ammont effettiv tal-fondi allokati għall-implementazzjoni tal-Programm jiġi adattat għal dawn ir-riżultati.
Artikolu 8
Nuqqas ta' qbil – sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll
1. Kull nuqqas ta' qbil bejn il-Partijiet fir-rigward ta' l-interpretazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jew fir-rigward ta' l-applikazzjoni tiegħu għandu jkun is-suġġett ta' konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, jekk dan ikun meħtieġ, li tiltaqa' f'seduta straordinarja.
2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet jekk in-nuqqas ta' qbil bejn il-Partijiet jitqies bħala wieħed gravi u jekk il-konsultazzjonijiet kondotti fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta skond il-paragrafu 1 ma jkunux irriżultaw f'soluzzjoni bonarja.
3. Is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tkun suġġetta għan-notifika mill-Parti interessata ta' l-intenzjoni tagħha bil-miktub, mill-anqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ.
4. Fil-każ ta' sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li jsibu soluzzjoni bonarja għan-nuqqas ta' qbil bejniethom. Hekk kif tinstab tali soluzzjoni, l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tkompli u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skond it-tul ta' żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.
Artikolu 9
Sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta' ħlas
Suġġett għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, fil-każ li l-Komunità Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża mis-Seychelles.
Artikolu 10
Leġislazzjoni nazzjonali
L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità fis-Seychelles għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet u għar-regolamenti nazzjonali, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor taħt dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.
Artikolu 11
Klawżola ta' reviżjoni
Wara t-tielet anniversarju ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll u ta' l-Anness tiegħu, il-Partijiet għandhom jirrivedu l-applikazzjoni tal-Protokoll u l-Anness tiegħu u, fejn ikun il-każ, jikkonsultaw dwar kwalunkwe emendament tad-disposizzjonijiet tagħhom. Dawn l-emendi jistgħu jinkludu t-tunnellaġġ ta' referenza u l-ħlasijiet bil-quddiem imwettqa għal-liċenzji kif ukoll għall-proporzjon bejn l-ammont għal kull tunnellata metrika indikat fl-Artikolu 2(4) u l-ammont indikat fit-Taqsima 2(2) ta' l-Anness.
ARTIKOLU 12
Taħsir
Il-Protokoll u l-Anness I, datati s-17 ta' Jannar 2002, mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles, li daħal fis-seħħ fit-28 ta' Ottubru 1987, huma b'dan revokati u sostitwiti b'dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.
2. Dan il-Protokoll għandu japplika mit-18 ta' Jannar 2005 'il quddiem.
ANNESS
KONDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TA' L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FL-IBĦRA TAS-SEYCHELLES MILL-BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ
KAPITOLU I
FORMALITAJIET APPLIKABBLI GĦAT-TALBA U L-GĦOTI TA' LIĊENZJI
TAQSIMA 1
Għoti tal-liċenzji
|
1. |
Il-bastimenti Komunitarji eliġibbli biss jistgħu jingħataw liċenzja tas-sajd fl-ibħra tas-Seychelles skond il-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mit-18 ta' Jannar 2005 sas-17 ta' Jannar 2011, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-Seychelles |
|
2. |
Sabiex bastiment ikun eliġibbli, la l-proprjetarju, la l-kaptan u lanqas il-bastiment stess ma għandhom ikunu projbiti milli jwettqu attività tas-sajd fis-Seychelles. Għandhom ikunu f'sitwazzjoni ta' regolarità fil-konfront ta' l-awtoritajiet amministrattivi tas-Seychelles, fis-sens li għandhom ikunu wettqu l-obbligi preċedenti kollha marbuta ma' l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fis-Seychelles fil-kuntest ta' kull ftehim tas-sajd konkluż mal-Komunità. |
|
3. |
Kull bastiment Komunitarju li jitlob liċenzja tas-sajd għandu jkun rappreżentat minn aġent residenti fis-Seychelles. L-isem u l-indirizz ta' dan ir-rappreżentant għandhom ikunu indikati fuq l-applikazzjoni għal-liċenzja. |
|
4. |
L-awtoritajiet kompetenti Komunitarji għandhom jippreżentaw lis-SFA (Seychelles Fishing Authority) applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad taħt dan il-Ftehim, mill-anqas 20 ġurnata qabel id-data tal-bidu tal-perjodu ta' validità mitlub. Madankollu, il-proprjetarji tal-bastimenti li ma ppreżentawx applikazzjoni għal liċenzja qabel il-perjodu ta' validità jistgħu jagħmlu dan matul il-perjodu ta' validità, mhux aktar minn 20 jum qabel il-bidu ta' l-attivitajiet tas-sajd. F'każijiet bħal dawn, il-proprjetarji tal-bastimenti għandhom jagħmlu l-ħlasijiet dovuti għas-sena kollha. |
|
5. |
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu preżentati lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles fuq formola li mudell tagħha huwa espost fl-Appendiċi 1. |
|
6. |
Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti segwenti:
|
|
7. |
Il-ħlas għandu jsir fil-kont indikat mill-awtoritajiet tas-Seychelles. |
|
8. |
Il-ħlas għandu jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha bl-eċċezzjoni tat-taxxi tal-port u l-ispejjeż għall-għoti ta' servizzi. |
|
9. |
Il-liċenzji għall-bastimenti kollha għandhom jingħataw, fi żmien 15-il jum mir-riċezzjoni tad-dokumentazzjoni kollha prevista fil-punt 6 hawn fuq, mill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles.
Għandha tintbagħat kopja lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kompetenti għas-Seychelles. |
|
10. |
Il-liċenzja għandha tingħata f'isem bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun trasferibbli. |
|
11. |
Madankollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u fejn jiġi ppruvat każ ta' force majeure, il-liċenzja ta' bastiment għandha tiġi sostitwita, għall-bqija tal-perjodu tal-validità tagħha, b'liċenzja ġdida f'isem bastiment ieħor li jkollu karatteristiċi simili għal dawk tal-bastiment sostitwit, mingħajr ma jkollu jsir ħlas ġdid. Iżda jekk it-tunnellaġġ gross reġistrat (GRT) tal-bastiment sostituttiv ikun ogħla minn dak tal-bastiment li jkollu jiġi sostwit, id-differenza fil-ħlas għandha titħallas pro rata temporis. |
|
12. |
Il-proprjetarju tal-bastiment li jiġi sostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-liċenzja annullata lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles permezz ta' l-intermedju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kompetenti għas-Seychelles. |
|
13. |
Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liċenzja l-ġdida għandha tkun dik meta l-liċenzja annullata tingħata lura lill-awtoritajiet tas-Seychelles mill-proprjetarju. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kompetenti għas-Seychelles għandha tiġi infurmata bit-trasferiment tal-liċenzja. |
|
14. |
Il-liċenzja għandha tinżamm abbord il-bastiment f'kull mument, mingħajr preġudizzju għall-punt 2 tal-Kapitolu VII ta' dan l-Anness. |
TAQSIMA 2
Kondizzjonijiet tal-liċenzja – ħlasijiet, u ħlasijiet bil-quddiem
|
1. |
Il-liċenzji għandhom ikollhom validità ta' sena u għandhom ikunu rinnovabbli. |
|
2. |
Il-ħlas għandu jkun ta' EUR 25 għal kull tunnellata metrika maqbuda fl-ibħra tas-Seychelles. |
|
3. |
Il-liċenzji għandhom jingħataw malli jsiru l-ħlasijiet fissi segwenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
|
|
4. |
L-SFA għandha tħejji prospett tal-ħlasijiet dovuti rigward is-sena kalendarja li tkun għaddiet, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet mill-bastimenti Komunitarji u ta' kull informazzjoni oħra fil-pussess ta' l-SFA. |
|
5. |
Il-prospett għandu jintbagħat lill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Marzu tas-sena kurrenti. Il-Kummissjoni għandha tibagħtu qabel il-15 ta' April simultanjament lill-proprjetarji tal-bastimenti u lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri konċernati. |
|
6. |
Fejn il-proprjetarji tal-bastimenti ma jaqblux mal-prospett imressaq mill-SFA, jistgħu jikkonsultaw lill-istituti xjentifiċi kompetenti sabiex jivverifikaw l-istatistiċi tal-qabdiet bħall-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia) u l-IPIMAR (Instituto de Investigação das Pescas e do Mar), u wara dan jiddiskutu flimkien ma' l-awtoritajiet tas-Seychelles sabiex jistabbilixxu l-prospett finali qabel il-31 ta' Mejju tas-sena kurrenti. Jekk il-proprjetarji tal-bastimenti jonqsu milli jagħmlu osservazzjonijiet sa dik id-data, il-prospett imressaq mill-SFA għandu jitqies bħala definittiv. |
|
7. |
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-prospett finali relattiv għall-flotta tagħhom stess. |
|
8. |
Il-propjetarji tal-bastimenti għandhom jagħmlu kwalunkwe ħlas addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' l-istess sena fil-kont bankarju indikat mill-awtoritajiet tas-Seychelles skond l-Artikolu 2(6) tal-Protokoll. |
|
9. |
Jekk il-prospett definittiv ikun inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem previst fil-punt 3, il-bilanċ ma għandux jiġi rimborsat lill-proprjetarju. |
KAPITOLU II
ŻONI TAS-SAJD
Sabiex ma ssirx ħsara lis-sajd ta' skala żgħira fl-ibħra tas-Seychelles, il-bastimenti Komunitarji mhumiex awtorizzati jistadu ġewwa ż-żoni definiti fil-liġi tas-Seychelles u lanqas ġewwa raġġ ta' tliet mili nawtiċi madwar l-installazzjonijiet tat-tagħmir ta' konċentrazzjoni tal-ħut (Fish Aggregation Devices) installati mill-awtoritajiet tas-Seychelles u li l-pożizzjonijiet ġeografiċi tagħhom ikunu ġew mgħarrfa lir-rappreżentanti jew lill-aġenti tal-proprjetarji tal-bastimenti.
KAPITOLU III
SISTEMA TA' DIKJARAZZJONI TAL-QBID
|
1. |
Il-perjodu ta' vjaġġ tas-sajd ta' bastiment Komunitarju għall-finjiet ta' dan l-Anness għandu jkun definit kif ġej:
|
|
2. |
Il-bastimenti kollha awtorizzati sabiex jistadu fl-ibħra tas-Seychelles taħt il-Ftehim għandhom ikunu obbligati li jikkomunikaw il-qabda tagħhom lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles, konformement mal-modalitajiet segwenti:
|
|
3. |
Fil-każ li ma jiġux rispettati d-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Gvern tas-Seychelles jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li wettaq in-nuqqas sakemm jitlestew il-formalitajiet u li japplika lill-proprjetarju tal-bastiment il-penalità prevista mil-liġi fis-seħħ tas-Seychelles. L-Istat Membru li tiegħu tittajjar il-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu informati b'dan. |
KAPTIOLU IV
IMBARK TA' BAĦRIN
|
1. |
Kull bastiment tal-qbid tat-tonn bit-tartarun matul il-vjaġġ tiegħu tas-sajd fl-ibħra tas-Seychelles għandu jimbarka għall-inqas żewġ baħrin magħżula mill-aġent tal-bastiment, bi ftehim mal-proprjetarju tal-bastiment, mill-ismijiet fuq lista preżentata mill-awtorità kompetenti tas-Seychelles. |
|
2. |
Il-proprjetarji tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jimbarkaw baħrin lokali addizzjonali. |
|
3. |
Il-proprjetarju tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles bl-ismijiet u bid-dettalji tal-baħrin mis-Seychelles imbarkati fuq il-bastiment konċernat b'indikazzjoni tal-funzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ. |
|
4. |
Id-Dikjarazzjoni ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol għandha tapplika bħala dritt għall-baħrin imbarkati fuq il-bastimenti ta' l-UE. Dan japplika partikolarment għal-libertà ta' assoċjazzjoni u għar-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta' negozjar kollettiv tal-ħaddiema u għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta' l-impjiegi u tax-xogħol. |
|
5. |
Il-kuntratti ta' l-impjieg tal-baħrin mis-Seychelles, li tagħhom għandha tingħata kopja lill-firmatarji, għandhom jiġu stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) tal-proprjetarji u l-baħrin u/jew it-trade unions tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, inklużi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, tal-mard u għall-aċċidenti kif ukoll il-benefiċċji tal-pensjoni applikabbli għalihom |
|
6. |
Is-salarju tal-baħrin mis-Seychelles għandu jitħallas mill-proprjetarji tal-bastimenti. Dan għandu jiġi ffissat qabel jingħataw il-liċenzji, bi qbil komuni bejn il-proprjetarji jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet tas-Seychelles. Madankollu, il-kondizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħrin mis-Seychelles ma jistgħux ikunu anqas minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tas-Seychelles li jwettqu dmirijiet simili u ma jistgħux fi kwalunkwe każ ikunu anqas mill-istandards ta' l-ILO. |
|
7. |
Sabiex tiġi infurzata u applikata l-liġi ta' l-impjiegi, l-aġent tal-proprjetarju tal-bastiment għandu jitqies bħala r-rappreżentant lokali tal-propjetarju tal-bastiment. Il-kuntratt konkluż bejn l-aġent u l-baħrin għandu jinkludi wkoll il-kondizzjonijiet għar-ripatrijazzjoni u l-benefiċċju tal-pensjoni applikabbli għalihom. |
|
8. |
Kull baħri impjegat mill-bastimenti Komunitarji għandu jippreżenta ruħu għand il-kaptan tal-bastiment allokat lejlet id-data proposta tat-tluq tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u s-siegħa previsti għall-imbark, il-proprjetarju tal-bastiment awtomatikament ma jibqax obbligat li jimbarka lil dan il-baħri. |
|
9. |
F'każ li ma jiġux imbarkati baħrin lokali għal raġunijiet differenti minn dawk previsti fil-punt 8, il-proprjetarji tal-bastimenti għandhom ikunu obbligati li jħallsu rata fissa ekwivalenti għal figura bażata fuq in-numru ta' jiem li l-bastiment wettaq attivitajiet fl-ibħra tas-Seychelles, multiplikat bl-ammont ta' $20 kull jum. L-ammont tar-rata fissa għandu jitħallas lill-awtoritajiet tas-Seychelles sa mhux aktar tard mid-data stabbilita fil-Kapitolu I, Taqsima 2, punt 8. |
|
10. |
Dan l-ammont għandu jiġi użat għat-taħriġ tal-baħrin/sajjieda mis-Seychelles u għandu jitħallas fil-kont indikat mill-awtoritajiet tas-Seychelles. |
KAPITOLU V
MIŻURI TEKNIĊI
Il-bastimenti għandhom jikkonformaw mal-miżuri u mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni dwar it-Tonn ta' l-Oċean Indjan (IOTC) kif ukoll mal-miżuri nazzjonali applikabbli għat-tagħmir tas-sajd, ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu u ma' kull miżura teknika oħra applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
KAPITOLU VI
OSSERVATURI
|
1. |
Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ibħra tas-Seychelles taħt il-Ftehim għandhom jimbarkaw osservaturi maħtura mill-awtoritajiet tas-Seychelles taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti aktar 'l isfel.
|
|
2. |
Iż-żmien li jdum abbord l-osservatur għandu jiġi ffissat mill-awtorità kompetenti tas-Seychelles iżda, bħala regola ġenerali, ma għandux jeċċedi ż-żmien meħtieġ sabiex iwettaq dmirijietu. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-proprjetarji tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom b'dan meta tinnotifikahom bl-isem ta' l-osservatur maħtur sabiex jiġi mbarkat fuq il-bastiment konċernat. |
|
3. |
Il-kondizzjonijiet ta' l-imbark ta' l-osservatur għandhom jiġu definiti bi qbil komuni bejn il-proprjetarju tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tas-Seychelles. |
|
4. |
L-imbark ta' l-osservatur għandu jseħħ skond il-modalitajiet deċiżi mill-proprjetarju tal-bastiment u wara n-notifika tal-lista ta' bastimenti magħżula. |
|
5. |
Il-proprjetarji tal-bastimenti konċernati għandhom jikkomunikaw fi żmien ġimgħatejn u b'avviż minn qabel ta' għaxart ijiem id-dati u l-portijiet tas-Seychelles previsti għall-imbark ta' l-osservaturi. |
|
6. |
Fil-każ li l-osservatur jiġi imbarkat f'pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta' l-osservatur għandhom jitħallsu mill-proprjetarju tal-bastiment. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur tas-Seychelles joħroġ mill-ibħra tas-Seychelles, għandha tittieħed kull miżura sabiex jiġi żgurat ir-ritorn ta' l-osservatur f'pajjiżu kemm jista' jkun malajr, bl-ispejjeż imħallsa mill-proprjetarju. |
|
7. |
Fil-każ ta' l-assenza ta' l-osservatur fil-post u l-mument miftiehma u għat-tnax-il siegħa segwenti, il-proprjetarju ma jibqax obbligat li jimbarka lil dan l-osservatur. |
|
8. |
L-osservatur għandu jiġi trattat abbord il-bastiment bħala uffiċjal. Huwa għandu jwettaq dawn id-dmirijiet:
|
|
9. |
Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri pertinenti kollha fil-kompetenza tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u morali ta' l-osservatur fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu. |
|
10. |
Bl-istess mod, l-osservatur għandu, safejn ikun possibbli, jkollu għad-disposizzjoni tiegħu l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament ma' l-attivitajiet ta' sajd tal-bastiment, inklużi partikolarment il-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal ta' navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex jiffaċilitawlu l-qadi ta' dmirijietu. |
|
11. |
Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:
|
|
12. |
Fit-tmiem tal-perjodu ta' osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jħejji rapport ta' l-attivitajiet li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles b'kopja lill-Kummissjoni Ewropea, li għandha tkun iffirmata mill-osservatur. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment ma' l-iżbark ta' l-osservatur. |
|
13. |
Il-proprjetarju tal-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż ta' l-alloġġ u l-ikel ta' l-osservaturi taħt l-istess kondizzjonijiet applikabbli għall-uffiċjali tal-bastiment. |
|
14. |
Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles. |
KAPITOLU VII
ĦATT
Il-bastimenti tas-sajd tat-tonn bit-tartarun li jħottu l-qabdiet tagħhom fil-port ta' Victoria għandhom jagħmlu dak li jistgħu sabiex iqiegħdu l-qabdiet sekondarji tagħhom għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet tas-Seychelles bil-prezz tas-suq lokali. Barra minn hekk, il-bastimenti Komunitarji tas-sajd tat-tonn bit-tartarun għandhom jieħdu sehem fil-fornitura tat-tonn, bil-prezz tas-suq internazzjonali, lill-industrija tas-Seychelles tal-preservazzjoni tat-tonn.
KAPITOLU VIII
TAGĦMIR TAL-PORT U UŻU TAL-PROVVISTI U TAS-SERVIZZI
Il-bastimenti Komunitarji għandhom jagħmlu dak li jistgħu sabiex jiksbu fis-Seychelles il-provvisti u s-servizzi kollha meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom. L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jistabbilixxu, bi ftehim mal-proprjetarji tal-bastimenti, il-kondizzjonijiet ta' l-użu tat-tagħmir tal-port u, jekk ikun meħtieġ, tal-provvisti u tas-servizzi.
KAPITOLU IX
KONTROLL
|
1. |
Il-lista tal-bastimenti
Il-Komunità Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li għalihom ingħatat liċenzja tas-sajd konformement mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet tas-Seychelles inkarigati mill-kontroll tas-sajd, mill-ewwel darba li titħejja u eventwalment kull darba li tiġi aġġornata. |
|
2. |
Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti:
Il-bastimenti Komunitarji għandhom jiġu mmonitorjati, inter alia, b'sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti, mingħajr diskriminazzjoni, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-appendiċi 4. |
|
3. |
Dħul fl-ibħra u ħruġ mill-ibħra tas-Seychelles:
|
|
4. |
Proċeduri tal-kontroll
|
|
5. |
Operazzjonijiet ta' trasbord
|
KAPITOLU X
INFURZAR
|
1. |
Sanzjonijiet
In-nuqqas ta' l-osservanza ta' kwalunkwe waħda mid-disposizzjonijiet stabbiliti hawn fuq, tal-miżuri tal-ġestjoni u tal-konservazzjoni tar-riżorsi kif ukoll tal-liġi tas-Seychelles jista' jiġi penalizzat bis-sospensjoni, bir-revoka jew bir-rifjut tat-tiġdid tal-liċenzja tas-sajd tal-bastiment. L-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu informati minnufih kompletament dwar kwalunkwe sospensjoni jew revoka u dwar il-fatti kollha pertinenti għall-każ. Matul il-perjodu tas-sospensjoni ta' liċenzja jew matul il-perjodu ta' validità li jifdal ta' liċenzja li tkun ġiet revokata, il-Kummissjoni Ewropea tista' titlob liċenzja oħra li altrimenti kienet tkun applikabbli, għal bastiment ta' proprjetarju ieħor, skond il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu I, Taqsima 1, punt 11. |
2.
L-arrest ta' bastimenti tas-sajdL-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jinformaw lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni kompetenti għas-Seychelles u lill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera, fi żmien 48 siegħa, bl-arrest ta' kwalunkwe bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u li jkun qiegħed jopera taħt il-Ftehim dwar is-sajd, fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles, u għandhom jittrażmettu rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan l-arrest. Id-Delegazzjoni u l-Istat li tiegħu l-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera għandhom jinżammu informati dwar kwalunkwe proċedura istitwita u dwar il-penalitajiet imposti.
Appendiċi 1
APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TA' BASTIMENT BARRANI TAS-SAJD
L-isem ta' l-applikant: …
L-indirizz ta' l-applikant: …
L-isem u l-indirizz tan-noleġġatur tal-bastiment jekk divers mill-persuna msemmija hawn fuq:
…
L-isem u l-indirizz ta' rappreżentant uffiċjali ieħor fis-Seychelles:
…
L-isem u l-indirizz tal-kaptan tal-bastiment:
…
L-isem tal-bastiment: …
It-tip ta' bastiment: …
It-tul u t-tunnellaġġ nett reġistrat tal-bastiment: …
It-tip u l-qawwa tal-magna u t-tunnellaġġ gross reġistrat: …
Il-port u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni: …
In-numru tar-reġistrazzjoni: …
L-identifikazzjoni esterna tal-bastiment: …
Il-call sign tar-radju/l-ittri ta' senjalazzjoni: …
Frekwenza: …
Dettalji tat-tagħmir: …
In-numru u n-nazzjonalità ta' l-ekwipaġġ: …
Iż-żona tas-sajd u l-ispeċi ta' ħut previsti: …
…
…
Deskrizzjoni ta' l-operazzjonijiet tas-sajd, intrapriżi konġunti u arranġamenti kuntrattwali oħrajn: …
…
…
Niċċertifika li d-dettalji mogħtija hawn fuq huma korretti.
|
Data: … |
Firma: … |
Appendiċi 2
DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAT-TONN BIT-TARTARUN
Appendiċi 3
DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZIJIET FIL-WIĊĊ
Appendiċi 4
Disposizzjonijiet li jistabbilixxu l-metodu tat-trażmissjoni tad-data relattiva għall-monitoraġġ bis-satellita tal-pożizzjoni tal-bastimenti komunitarji li jistadu taħt il-ftehim bejn il-komunità ekonomika ewropea u r-repubblika tas-seychelles dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tas-seychelles
Billi r-Repubblika tas-Seychelles introduċiet sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) applikabbli għall-bastimenti kollha barranin li jistadu fl-ibħra tas-Seychelles, fuq bażi mhux diskriminatorja, u estendiet is-sorveljanza tal-VMS għall-flotta nazzjonali tagħha stess ta' l-istess kategorija, u
meta jitqies li l-bastimenti tas-sajd tal-KE huma diġà suġġetti, minn Jannar 2000, għal monitoraġġ bis-satellita taħt il-liġi Komunitarja,
huwa rakkomandat li l-Istati li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti u l-awtoritajiet tar-Repubblika tas-Seychelles iwettqu, skond dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin, monitoraġġ bis-satellita tal-bastimenti Komunitarji li jistadu taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd fl-ibħra tas-Seychelles:
|
1. |
Għall-finijiet tal-monitoraġġ bis-satellita, l-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jikkomunikaw liċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd (FMCs) ta' l-Istati li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti l-koordinati (latitudni u lonġitudni) ta' l-ibħra tas-Seychelles. L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni f'format elettroniku, espressa fi gradi deċimali fis-sistema WGS‐84. |
|
2. |
L-awtoritajiet tas-Seychelles u l-FMCs nazzjonali għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-indirizzi elettroniċi rispettivi tagħhom fil-format X.25 jew, fejn ikun il-każ, bi protokoll protett ieħor ta' komunikazzjoni, u l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jintużaw fl-FMCs rispettivi tagħhom skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 4 u 6. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, safejn dan ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, u tal-fax u l-indirizzi elettroniċi (Internet) li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjonijiet ġenerali bejn l-FMCs. |
|
3. |
Il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tiġi determinata b'marġni ta' żball ta' inqas minn 500 m u b'intervall ta' kunfidenza ta' 99 %. |
|
4. |
Meta bastiment li jkun qiegħed jistad taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd fl-ibħra tas-Seychelles u li jkun suġġett għal monitoraġġ minn satellita skond il-liġi Komunitarja jidħol fl-ibħra tas-Seychelles, ir-rapporti sussegwenti tal-pożizzjoni għandhom jiġu komunikati mill-FMC ta' l-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles awtomatikament, f'ħin reali, għall-inqas kull siegħa (frekwenza). Dawn il-messaġġi għandhom ikunu identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni. |
|
5. |
Il-messaġġi msemmija fil-punt 4 għandhom jiġu trasmessi b'mezz elettroniku fil-format X.25, jew permezz ta' protokolli protetti oħrajn tal-komunikazzjoni, suġġett għall-ftehim li jkun sar qabel bejn l-FMCs rilevanti. Il-messaġġi kollha għandhom jiġu komunikati awtomatikament, f'ħin reali, skond id-definizzjonijiet mogħtija fil-Parti Annessa 1. Huwa pprojbit li bastiment jitfi t-tagħmir tal-monitoraġġ bis-satellita meta jkun qiegħed jistad fl-ibħra tas-Seychelles. |
|
6. |
Fil-każ ta' problema teknika jew fejn l-apparat tal-monitoraġġ bis-satelitta installat fuq il-bastiment tas-sajd ikollu l-ħsara, il-kaptan ta' dak il-bastiment għandu jikkomunika, malli jkun possibbli, bil-fax jew bil-posta elettronika lill-FMC ta' l-Istat konċernat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment l-informazzjoni prevista fil-punt 4. Mill-anqas Rapport wieħed tal-pożizzjoni globali kull erba' sigħat għandu jkun suffiċjenti f'ċirkostanzi bħal dawn sakemm il-bastiment jibqa' fl-ibħra tas-Seychelles. Dan ir-Rapport tal-pożizzjoni globali għandu jinkludi l-pożizzjonijiet ta' kull siegħa kif reġistrati mill-kaptan ta' dak il-bastiment matul dawk l-erba' sigħat. L-FMC ta' l-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment jew il-bastiment stess għandu jgħaddi dawn il-messaġġi liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles minnufih. F'każ ta' ħtieġa jew ta' dubbju, l-Awtorità tas-Sajd tas-Seychelles (SFA) tista' titlob trażmissjoni tar-rapport tal-pożizzjoni kull siegħa minn bastiment determinat. It-tagħmir li jkun bil-ħsara għandu jissewwa jew jitbiddel malli l-bastiment jispiċċa l-vjaġġ tas-sajd tiegħu jew fi żmien ta' mhux iktar minn xahar. Lil hinn minn dan il-perjodu, ma jkunx jista' jinbeda vjaġġ ġdid tas-sajd sakemm it-tagħmir ma jkunx issewwa jew inbidel. |
|
7. |
L-elementi tat-tagħmir u s-software tas-Sistemi tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti għandhom ikunu protetti kontra l-manipulazzjonijiet minn terzi, jiġifieri ma għandhomx jippermettu l-introduzzjoni jew il-produzzjoni ta' pożizzjonijiet foloz u ma għandhomx jippermettu li jiġu abbużati manwalment. Is-sistema għandha tkun għal kollox awtomatika u operattiva f'kull ħin irrispettivament mill-kondizzjonijiet ambjentali. Għandu jkun projbit li tagħmir tal-monitoraġġ bis-satellita jinqered, issirlu ħsara, jitwaqqaf milli jaħdem jew b'xi mod ieħor jiġi abbużat. B'mod partikolari il-kaptan għandu jiżgura li:
Kwalunkwe ksur ta' l-obbligi msemmija hawn fuq jista' jesponi lill-kaptan għal sanzjonijiet taħt il-liġijiet u r-regolamenti tas-Seychelles, sakemm il-bastiment ikun qiegħed jistad fl-ibħra tas-Seychelles. |
|
8. |
L-FMCs ta' l-Istati li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti għandhom jissorveljaw il-monitoraġġ tal-bastimenti tagħhom meta dawn ta' l-aħħar ikunu fl-ibħra tas-Seychelles, b'intervalli ta' siegħa. Jekk il-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx fil-kondizzjonijiet previsti, iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles għandu jiġi notifikat minnufih u għandha tapplika l-proċedura prevista fil-punt 6. |
|
9. |
L-FMCs kompetenti u ċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw l-implementazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet. Jekk iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles jistabbilixxi li l-Istat li tiegħu jtajru l-bandiera l-bastimenti ma jkunx qiegħed jittrażmetti d-data skond il-punt 4 hawn fuq, il-Parti l-oħra għandha tiġi notifikata minnufih. Malli tirċievi n-notifika, din ta' l-aħħar għandha tirrispondi fi żmien erbgħa u għoxrin (24) siegħa billi tinforma liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Seychelles bir-raġunijiet għan-nuqqas ta' trażmissjoni u tindika limitu ta' żmien raġonevoli għall-konformità ma' dawn id-disposizzjonijiet. Fil-każ li dan il-limitu ta' żmien ma jiġix rispettat, iż-żewġ Partijiet għandhom isolvu tali problemi bil-miktub jew kif previst fil-punt 13. |
|
10. |
Id-data tal-monitoraġġ komunikata skond dawn id-disposizzjonijiet għandha tintuża esklussivament għall-kontroll, għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ u għall-infurzar mill-awtoritajiet tas-Seychelles fir-rigward ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Komunitarja taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd fl-ibħra tas-Seychelles. Din id-data ma tista' tiġi komunikata lil partijiet oħra fl-ebda ċirkostanza, ħlief bil-kunsens miktub ta' l-Istat konċernat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment, każ b'każ, jew permezz ta' ordni tal-Qorti fis-Seychelles. |
|
11. |
Il-Partijiet jiftiehmu li, fuq talba ta' waħda minnhom, ikun hemm skambju ta' informazzjoni dwar it-tagħmir użat għall-monitoraġġ bis-satellita, sabiex jiġi żgurat li t-tagħmir imsemmi ikun għal kollox kompatibbli mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-Parti l-oħra għall-finijiet ta' dawn id-disposizzjonijiet. |
|
12. |
Il-Partijiet jiftiehmu li jirrivedu dawn id-disposizzjonijiet meta jkun meħtieġ, inklużi l-każijiet kollha ta' ħsara jew ta' anomaliji relatati ma' bastimenti individwali. Il-każijiet kollha bħal dawn għandhom jiġu notifikati mill-SFA lill-Istati Membri tal-KE li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti mill-anqas 15-il jum qabel il-laqgħa tar-reviżjoni. |
|
13. |
Kull nuqqas ta' qbil dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitati Konġunt previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd fl-ibħra tas-Seychelles. |
|
14. |
Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fit-18 ta' Jannar 2005. |
Parti Annessa 1
komunikazzjoni ta' messaġġi tal-VMS lis-seychelles
Rapport tal-pożizzjoni
|
Datum |
Kodiċi |
Obbligatorju/Fakultattiv |
Kummenti |
|
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Indirizz |
AD |
O |
Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti destinatarja. |
|
Minn |
FR |
O |
Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qiegħda tittrasmetti |
|
Tip ta' messaġġ |
TM |
O |
Dettall tal-messaġġ; it-tip ta' messaġġ, “POS” |
|
Call sign tar-radju |
RC |
O |
Dettall tal-bastiment; il-call sign internazzjonali tar-radju tal-bastiment |
|
Numru Intern ta' Referenza |
IR |
F |
Dettall tal-bastiment; numru uniku tal-bastiment: kodiċi ISO Alfa-3, tal-pajjiż li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment, b'numru warajh |
|
Numru Estern ta' Reġistrazzjoni |
XR |
F |
Dettall tal-bastiment; in-numru fuq il-ġenb tal-bastiment |
|
Latitudni |
LA |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni tal-bastiment fi gradi u minuti N/SDDMM (T/NGGMM) (WGS ‐84) |
|
Lonġitudni |
LO |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni tal-bastiment fi gradi u minuti E/WDDMM (L/PGGMM) (Wgs-84) |
|
Veloċità |
SP |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f'wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi (tenths of knots) |
|
Rotta |
CO |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fi skala ta' 360o |
|
Data |
DA |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni skond l-UTC (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
TI |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni skond l-UTC (SSMM) |
|
Tmiem ir-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |
Sett ta' Karattri: ISO 8 859,1
It-trasferiment tad-data għandu jkun strutturat kif ġej:
|
— |
żewġ linji oblikwi (//) u kodiċi jimmarkaw il-bidu tat-trażmissjoni, |
|
— |
linja oblikwi unika (/) timmarka s-separazzjoni bejn il-kodiċi u d-data. |
Id-data fakultattiva għandha tkun inkluża bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.
Appendiċi 5
FORMAT TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET
1. Format tar-rapport tad-dħul (tliet sigħat qabel id-dħul)
|
(Kontenut) |
(Trażmissjoni) |
|
Destinatarju |
SFA |
|
Kodiċi ta' l-azzjoni |
IN |
|
L-isem tal-bastiment |
|
|
Call sign Internazzjonali tar-radju |
|
|
Pożizzjoni tad-dħul |
|
|
Id-data u s-siegħa (UTC) tad-dħul |
|
|
Il-kwantità (Mt) Tal-ħut abbord |
|
|
Tonn Yellowfin |
(Mt) |
|
Tonn Bigeye |
(Mt) |
|
Skipjack |
(Mt) |
|
Oħrajn (speċifika) |
(Mt) |
2. Format tar-rapport tal-ħruġ (tliet sigħat qabel il-ħruġ)
|
(Kontenut) |
(Trażmissjoni) |
|
Destinatarju |
SFA |
|
Kodiċi ta' l-azzjoni |
OUT |
|
L-isem tal-bastiment |
|
|
CALL SIGN Internazzjonali tar-radju |
|
|
Pożizzjoni tal-ħruġ |
|
|
Id-data u s-siegħa (UTC) tal-ħruġ |
|
|
Il-kwantità (Mt) Tal-ħut abbord |
|
|
Tonn YELLOWFIN |
(Mt) |
|
Tonn BIGEYE |
(Mt) |
|
SKIPJACK |
(Mt) |
|
Oħrajn (speċifika) |
(Mt) |
3. Format tar-rapport ta' kull ġimgħa tal-qabda (kull tlitt ijiem matul l-attivitajiet tal-bastiment fl-ibħra tas-seychelles)
|
(Kontenut) |
(Trażmissjoni) |
|
Destinatarju |
SFA |
|
Kodiċi ta' l-azzjoni |
WCRT |
|
L-isem tal-bastiment |
|
|
CALL SIGN Internazzjonali tar-radju |
|
|
Il-kwantità (mt) tal-ħut abbord |
|
|
Tonn YELLOWFIN |
(Mt) |
|
Tonn BIGEYE |
(Mt) |
|
SKIPJACK |
(Mt) |
|
Oħrajn (Speċifika) |
(Mt) |
|
Numru ta' kalati mill-aħħar rapport |
|
Ir-rapporti kollha għandhom jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti fuq in-numru tal-fax jew lill-indirizz tal-posta elettronika li ġejjin: Fax: + 248 225957 E-mail fmcsc@sfa.sc
Seychelles Fishing Authority, P.O. Box 449, Fishing Port, Mahé, Seychelles