12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

714


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2005

li temenda d-Deċiżjonijiet 2004/696/KE u 2004/863/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-programmi ta' l-Istati Membri għall-qerda u l-monitoraġġ tat-TSE għall-2005

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 5564)

(2005/934/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 24 (5) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/696KE ta' l-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-lista ta' programmi għall-monitoraġġ ta' l-EST li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2005 (2), telenka l-programmi ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għall-monitoraġġ ta' l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) li jikkawlifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fl-2005. Dik id-Deċiżjoni tistipula wkoll ir-rata proposta u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni għal kull programm.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/863/KE tat-30 ta' Novembru 2004 li tapprova l-programmi ta' monitoraġġ tat-TSE ta' l-Istati Membri u ta' ċerti Stati Membri għall-2005 u li tistabbilixxi l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja (3), tapprova l-programmi elenkati fid-Deċiżjoni 2004/696/KE u tistipula l-ammonti massimi għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.

(3)

Id-Deċiżjoni 2004/863/KE tipprevedi wkoll rapporti dwar il-progress tal-programmi ta’ monitoraġġ tat-TSE u l-ispejjez mħallsa, biex jingħataw mill-Istati Membri lill-Kummissjoni kull xahar. Analiżi ta' dawn ir-rapporti wriet li xi wħud mill-Istati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa għall-2005, filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

(4)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal xi wħud minn dawn il-programmi għandha għalhekk tiġi aġġustata. Mhuwiex xieraq illi jerga' jiġi allokat finanzjament mill-programmi ta' l-Istati Membri li mhumiex qed jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk tal-pajjiżi li qed jaqbżuha. L-allokazzjoni mill-ġdid trid tissejjes fuq l-aktar informazzjoni riċenti dwar in-nefqa reali ta' l-Istati Membri kkonċernati.

(5)

Id-Deċiżjonijiet 2004/696/KE u 2004/863/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi għad-Deċiżjoni 2004/696/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2004/863/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 7(2), “EUR 8 846 000” tinbidel b' “EUR 8 536 000”;

2.

Fl-Artikolu 10(2), “EUR 8 677 000” tinbidel b' “EUR 8 397 000”;

3.

Fl-Artikolu 11(2), “EUR 353 000” tinbidel b' “EUR 503 000”;

4.

Fl-Artikolu 16(2), “EUR 4 510 000” tinbidel b' “EUR 4 840 000”;

5.

Fl-Artikolu 18(2), “EUR 1 480 000” tinbidelb' “EUR 1 540 000”;

6.

Fl-Artikolu 21(2), “EUR 313 000” tinbidel b' “EUR 363 000”;

7.

Fl-Artikolu 24(2), “EUR 250 000” tinbidel b' “EUR 100 000”;

8.

Fl-Artikolu 25(2), “EUR 2 500 000” tinbidel b' “EUR 3 350 000”;

9.

Fl-Artikolu 26(2), “EUR 200 000” tinbidel b' “EUR 80 000”;

10.

Fl-Artikolu 28(2), “EUR 25 000” tinbidel b' “EUR 20 000”;

11.

Fl-Artikolu 29(2), “EUR 150 000” tinbidel b' “EUR 20 000”;

12.

Fl-Artikolu 31(2), “EUR 500 000” tinbidel b' “EUR 310 000”;

13.

Fl-Artikolu 35(2), “EUR 150 000” tinbidel b' “EUR 30 000”;

14.

Fl-Artikolu 36(2), “EUR 450 000” tinbidel b' “EUR 460 000”;

15.

Fl-Artikolu 37(2), “EUR 10 000” tinbidel b' “EUR 25 000”;

16.

Fl-Artikolu 38(2), “EUR 975 000” tinbidel b' “EUR 845 000”;

17.

Fl-Artikolu 39(2), “EUR 25 000” tinbidel b' “EUR 10 000”;

18.

Fl-Artikolu 41(2), “EUR 25 000” tinbidel b' “EUR 10 000”;

19.

Fl-Artikolu 45(2), “EUR 20 000” tinbidel b' “EUR 120 000”;

20.

Fl-Artikolu 49(2), “EUR 1 555 000” tinbidel b' “EUR 865 000”";

21.

Fl-Artikolu 50(2), “EUR 9 525 000” tinbidel b' “EUR 9 035 000”;

22.

Fl-Artikolu 51(2), “EUR 1 300 000” tinbidel b' “EUR 2 400 000”;

23.

Fl-Artikolu 54(2), “EUR 5 565 000” tinbidel b' “EUR 5 075 000”;

24.

Fl-Artikolu 58(2), “EUR 5 000” tinbidel b' “EUR 55 000”;

25.

Fl-Artikolu 59(2), “EUR 575 000” tinbidel b' “EUR 755 000”;

26.

Fl-Artikolu 61(2), “EUR 695 000” tinbidel b' “EUR 915 000”;

27.

Fl-Artikolu 64(2), “EUR 5 000” tinbidel b' “EUR 25 000”;

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva Nru 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).

(2)  ĠU L 316, 15.10.2004, p. 91. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/413/KE (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 24).

(3)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 82. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/413/KE.


ANNESS

L-Anness I, II u III għad-Deċiżjoni 2004/696/KE jinbidlu b'dan li ġej:

ANNESS I

Lista ta’ programmi għall-monitoraġġ tat-TSEs

Rata u ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

(f'EUR)

Marda

Stat Membru

Testijiet tar-rata (1) mwettqa

Ammont massimu

TSEs

L-Awstrija

100  %

2 076 000

Il-Belġju

100  %

3 586 000

Ċipru

100  %

503 000

Ir-Repubblika Ċeka

100  %

1 736 000

Id-Danimarka

100  %

2 426 000

L-Estonja

100  %

294 000

Il-Finlandja

100  %

1 170 000

Franza

100  %

29 755 000

Il-Ġermanja

100  %

15 170 000

Il-Greċja

100  %

1 487 000

L-Ungerija

100  %

1 184 000

L-Irlanda

100  %

6 172 000

L-Italja

100  %

8 397 000

Il-Litwanja

100  %

836 000

Il-Lussemburgu

100  %

155 000

Malta

100  %

36 000

L-Olanda

100  %

4 840 000

Il-Portugall

100  %

1 540 000

Is-Slovenja

100  %

444 000

Spanja

100  %

8 536 000

L-Iżvezja

100  %

363 000

Ir-Renju Unit

100  %

5 690 000

Total

96 396 000

ANNESS II

Lista ta’ programmi għall-qerda tal-BSE

Ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja

(f'EUR)

Marda

Stat Membru

Rata

Ammont massimu

BSE

L-Awstrija

50 % qatla

25 000

Il-Belġju

50 % qatla

100 000

Ċipru

50 % qatla

25 000

Ir-Repubblika Ċeka

50 % qatla

3 350 000

Id-Danimarka

50 % qatla

80 000

L-Estonja

50 % qatla

20 000

Il-Finlandja

50 % qatla

10 000

Franza

50 % qatla

310 000

Il-Ġermanja

50 % qatla

875 000

Il-Greċja

50 % qatla

20 000

L-Irlanda

50 % qatla

4 000 000

L-Italja

50 % qatla

205 000

Il-Lussemburgu

50 % qatla

30 000

L-Olanda

50 % qatla

460 000

Il-Portugall

50 % qatla

845 000

Ir-Repubblika Slovakka

50 % qatla

25 000

Is-Slovenja

50 % qatla

10 000

Spanja

50 % qatla

1 320 000

Ir-Renju Unit

50 % qatla

4 235 000

Total

15 945 000

ANNESS III

Lista ta’ programmi għall-qerda ta’ l-iscrapie

Ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja

(f'EUR)

Marda

Stat Membru

Rata

Ammont massimu

Scrapie

L-Awstrija

50 % qatla; 100 % genotyping

10 000

Il-Belġju

50 % qatla; 100 % genotyping

105 000

Ċipru

50 % qatla; 100 % genotyping

5 075 000

Ir-Repubblika Ċeka

50 % qatla; 100 % genotyping

120 000

Id-Danimarka

50 % qatla; 100 % genotyping

5 000

L-Estonja

50 % qatla; 100 % genotyping

10 000

Il-Finlandja

50 % qatla; 100 % genotyping

25 000

Franza

50 % qatla; 100 % genotyping

2 400 000

Il-Ġermanja

50 % qatla; 100 % genotyping

2 275 000

Il-Greċja

50 % qatla; 100 % genotyping

865 000

L-Ungerija

50 % qatla; 100 % genotyping

55 000

L-Irlanda

50 % qatla; 100 % genotyping

800 000

L-Italja

50 % qatla; 100 % genotyping

2 485 000

Il-Latvja

50 % qatla; 100 % genotyping

5 000

Il-Litwanja

50 % qatla; 100 % genotyping

5 000

Il-Lussemburgu

50 % qatla; 100 % genotyping

35 000

L-Olanda

50 % qatla; 100 % genotyping

755 000

Il-Portugall

50 % qatla; 100 % genotyping

915 000

Ir-Repubblika Slovakka

50 % qatla; 100 % genotyping

340 000

Is-Slovenja

50 % qatla; 100 % genotyping

65 000

Spanja

50 % qatla; 100 % genotyping

9 035 000

L-Iżvezja

50 % qatla; 100 % genotyping

10 000

Ir-Renju Unit

50 % qatla; 100 % genotyping

7 380 000

Total

32 775 000


(1)  Testijiet rapidi u testijiet primarji molekolari.