|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
680 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fir-rigward tad-data stipulata fl-Artikolu 21(3) sa meta l-Istati Membri huma awtorizzati jestendu l-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ minn pajjiżi terzi
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 5020)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/908/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żrigħ (1), u l-aktar it-tieni subparagrafu ta' l-Artiklu 21(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/56/KE tipprevedi li, b'effett minn ċerti dati, l-Istati Membri jistgħu ma jibqgħux jiddeterminaw għalihom infushom l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ li tkun ġejja minn pajjiżi terzi mal-patata taż-żrigħ li tkun ġejja mill-Komunità u li tkun tikkonforma ma' dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Madankollu, billi għadha ma tlestietx il-ħidma għat-twaqqif ta' ekwivalenza Komunitarja għall-patata taż-żrigħ mill-pajjiżi terzi kollha kkonċernati, id-Direttiva 2002/56/KE permettiet li l-Istati Membri jestendu sal-31 ta’ Marzu 2005 l-validità tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza li kienu ġà ħadu għall-patata taż-żrigħ minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti minn ekwivalenza Komunitarja. |
|
(3) |
Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji fuq l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ li tkun inħasdet f'pajjiżi terzi ma' dik li tkun ġejja mill-Komunità, l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Istati Membri mid-Direttiva 2002/56/KE biex jitwal il-perjodu tal-validità tad-deċiżjonijiet ta' l-ekwivalenza għandha titkompla għal perjodu ta' tliet snin. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2002/56/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2002/56/KE, “il-31 ta’ Marzu 2005” tinbidel għal “il-31 ta’ Marzu 2008”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri
Magħmul fi Brussell, nhar l-14 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/61/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23).