|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
659 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Novembru 2005
li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4421)
(It-test Ċek biss huwa awtentiku)
(2005/872/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju, 1989, dwar l-arranġamenti definittivi uniformi għall-ġbir tar-riżorsi proprji li jiġu mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) (1), u b’mod partikolari l-Artiklu 13 tiegħu, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju, 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-taxxa fuq il-bejgħ gross – Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ l-evalwazzjoni (2), minn issa ‘l quddiem imsejjħa “is-sitt Direttiva”, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħtu eżenzjonijiet jew jintaxxaw ċerti transazzjonijiet; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT; |
|
(2) |
Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 28(3) tas-sitt Direttiva, titolu 5, §1 ta’ l-Anness V (Tassazzjoni) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka mal-Komunitajiet Ewropej (3), tawtorizza lir-Repubblika Ċeka biex teżenta ċerti tranżazzjonijiet mniżżla fl-Anness F tas-sitt Direttiva; |
|
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka ma tistax tagħmel kalkolu preċiż tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji għat-tranżazzjonijiet imniżżla fl-Anness F, punt 17, tas-sitt Direttiva; kalkolu bħal dan x'aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi ta’ riżorsi tal-VAT tar-Repubblika Ċeka; ir-Repubblika Ċeka tista’ tagħmel kalkolu billi tuża estimi approssimattivi għal din il-kategorija ta' tranżazzjonijiet imniżżla fl-Anness F tas-sitt Direttiva; ir-Repubblika Ċeka għandha għalhekk tingħata awtorizzazzjoni biex tikkalkula l-bażi ta’ VAT billi tuża estimi approssimattivi skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89; |
|
(4) |
Il-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji approva r-rapport li jirreġistra l-opinjonijiet tal-membri tiegħu dwar din id-Deċiżjoni; |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-iskop biex tkun ikkalkulata l-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji mill-1 ta’ Mejju, 2004, ir-Repubblika Ċeka hija awtorizzata biex tuża estimi approssimattivi għall-kategoriji li ġejjin ta’ tranżazzjonijiet imsemmija fl-Anness F tas-sitt Direttiva:
|
1. |
Trasport tal-passiġġieri (Anness F, punt 17). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.
Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Dalia GRYBAUSKAITE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(2) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).