|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
657 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Diċembru 2005
li teħles id-Danimarka u s-Slovenja minn ċerti obbligi għall-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti skond id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4727)
(It-testi bid-Daniż u bis-Sloven biss huma awtentiċi)
(2005/871/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar il-marketing ta' materjali riproduttivi tal-foresti (1), u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talbiet mressqa md-Danimarka u s-Slovenja,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 1999/105/KE il-Kummissjoni tista’, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jeħilsu Stat Membru mill-obbligi għall-marketing tal-materjali riproduttivi tal-foresti stabbiliti f’dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Danimarka u s-Slovenja applikaw biex jinħelsu mill-obbligi tagħhom fir-rigward ta’ ċerti speċi tas-siġar. |
|
(3) |
Minħabba li l-materjal riproduttiv ta’ dawk l-ispeċi mhuwiex riprodott normalment jew kkumerċjalizzat hemm u t-tkabbir tas-siġar tal-foresti ta’ dawk l-ispeċi huwa ta’ importanza ekonomika minima għalihom, id-Danimarka u s-Slovenja għandhom jinħelsu mill-obbligi skond id-Direttiva 1999/105/KE fir-rigward ta’ l-ispeċi u tal-materjali riproduttivi tal-foresti in kwistjoni. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Danimarka u s-Slovenja huma ħielsa mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 1999/105/KE, minbarra l-Artikolu 17(1) għall-ispeċi elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Speċi |
Id-Danimarka |
Is-Slovenja |
|
Abies cephalonica |
× |
|
|
Abies pinsapo |
× |
× |
|
Castanea sativa |
× |
|
|
Cedrus atlantica |
× |
× |
|
Cedrus libani |
× |
× |
|
Fraxinus angustifolia |
× |
|
|
Larix sibirica |
× |
× |
|
Picea sitchensis |
|
× |
|
Pinus brutia |
× |
× |
|
Pinus canariensis |
× |
× |
|
Pinus cembra |
× |
|
|
Pinus contorta |
|
× |
|
Pinus halepensis |
× |
|
|
Pinus leucodermis |
× |
× |
|
Pinus pinaster |
× |
|
|
Pinus pinaster |
× |
|
|
Pinus radiata |
× |
× |
|
Quercus cerris |
× |
|
|
Quercis ilex |
× |
|
|
Quercus pubescens |
× |
|
|
Quercus suber |
× |
|