31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

365


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2005

tas-16 ta’ Novembru 2005

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Puluzija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

(2005/836/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK ta' l-14 ta’ Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK jipprovdi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, Kap ta' Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija.

(2)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Jonathan McIvor,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Jonathan McIvor huwa b'dan maħtur il-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) mill-jum minn meta tibda l-missjoni. Sa dik id-data, huwa għandu jaġixxi bħala l-kap ta' l-iskwadra ta' l-ippjanar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2006.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

J. KING


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.