29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

90


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Novembru 2005

dwar l-ekwivalenza tal-kontrolli, rigward il-prattika għaż-żamma ta' varjetajiet, imwettqa f'pajjiżi terzi u li temenda d-Deċiżjoni 2003/17/KE

(2005/834/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti ta' l-għalf (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1)(b) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 37(1) (b) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 97/788/KE (7), il-Kunsill iddetermina li l-kontrolli uffiċjali tal-prattika għaż-żamma ta' varjetajiet li ssir f'pajjiżi terzi kienu jipprovdu l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri.

(2)

Jidher li dawn il-kontrolli għadhom jipprovdu l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri. Dawk il-kontrolli għandhom għalhekk jibqgħu jitqiesu bħala ekwivalenti.

(3)

Id-Deċiżjoni 97/788/KE skada fit-30 ta' Ġunju 2005. Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-kummerċ ma' dawn il-pajjiżi terzi, jinħtieġ li din id-Direttiva ssir effettiva mill-1 ta' Lulju 2005.

(4)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex timpedixxix ir-revoka tal-konklużjonijiet Komunitarji dwar l-ekwivalenza jew ir-rifjut ta' l-estensjoni tal-perjodu ta' validità tagħhom meta l-kondizzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati ma jkunux, jew ma jibqgħux, sodisfatti.

(5)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 199/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (8).

(6)

Id-Direttiva 2004/117/KE (9) estendiet l-ambitu tar-reġim Komunitarju ta' l-ekwivalenza taż-żrieragħ għall-kategoriji kollha ta' żrieragħ inkluża ż-żerriegħa ta' ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika. Għalhekk, huwa opportun li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2003/17/KE (10), sabiex id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Deċiżjoni jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet modifikati tad-Direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontrolli uffiċjali, tal-prattika għaż-żamma tal-varjetajiet, imwettqa fil-pajjiżi terzi u mill-awtoritajiet, elenkati fl-Anness, għall-ispeċi koperti mid-Direttivi msemmija għal kull wieħed minn dawk il-pajjiżi għandhom jipprovdu l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri.

Artikolu 2

Għandhom jiġu adottati emendi għall-Anness, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jikkonċernaw l-ewwel kolonna tat-Tabella, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2).

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Foresterija stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 66/399/KEE (11), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 4

Fid-Deċiżjoni 2003/17/KE, l-Artikoli 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“Artikolu 1

L-ispezzjonijiet fuq il-post li jirrigwardaw l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa ta' l-ispeċji speċifikati fl-Anness I imwettqa fil-pajjiżi terzi elenkati f'dak l-Anness għandhom jiġu kunsidrati bħala ekwivalenti għall-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa skond id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE u 2002/57/KE sakemm:

(a)

jitwettqu uffiċjalment mill-awtoritajiet elenkati fl-Anness I, jew taħt is-sorveljanza uffiċjali ta' dawk l-awtoritajiet;

(b)

jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt A ta' l-Anness II.

Artikolu 2

Iż-żerriegħa ta' l-ispeċji speċifikati fl-Anness I, prodotti fil-pajjiżi terzi elenkati f'dak l-Anness u ċertifikata uffiċjalment mill-awtoritajiet elenkati f'dak l-Anness għandha tiġi kunsidrata bħala ekwivalenti għaż-żerriegħa li tikkonforma mad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE u 2002/57/KE, jekk din tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt B ta' l-Anness II.”

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2005.

Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2005.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, tat-8 ta' Novembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BROWN


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/117/KE.

(2)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/117/KE.

(3)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/117/KE.

(5)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).

(6)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/117/KE.

(7)  ĠU L 322, 25.11.1997, p. 39. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/120/KE (ĠU L 36, 7.2.2004, p. 57).

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18.

(10)  ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1).

(11)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2289/66.


ANNESS

Pajjiż (*)

Awtorità responsabbli għall-kontrolli

Direttivi

AR

Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentación, Buenos Aires

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/54/KE

2002/57/KE

AU

Australian Seeds Authority, Victoria

66/401/KEE

2002/55/KE

2002/57/KE

BG

Ministry of Agriculture and Forestry, Sofia

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/54/KE

2002/55/KE

2002/57/KE

CA

Canadian Food Inspection Agency, Ottawa

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/54/KE

2002/57/KE

CH

Eidgenössische Forschungsanstalt für Agrarökologie und Landbau (FAL) Zürich Station Fédérale de Recherches en Production Végétale de Changins (RAC), Nyon

2002/55/KE

CL

Servicio Agrícola y Ganadero, Santiago

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/54/KE

2002/57/KE

CS

National Laboratory for Seed Testing, Novi Sad

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/54/KE

2002/57/KE

HR

Ministry for Seed and Seedlings, Osijek

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/54/KE

2002/57/KE

IL

Ministry of Agriculture Bet-Dagan

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/54/KE

2002/55/KE

2002/57/KE

JP

Ministry of Agriculture, Forestry and Fisheries, 1-2-1 Kumigaseki, Chiyodaku, Tokyo

2002/55/KE

KR

Ministry of Agriculture, Forestry and Fisheries, Vegetables Division, Seoul

2002/55/KE

MA

Ministère de l'agriculture et de la mise en valeur agricole, Rabat

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/54/KE

2002/57/KE

NZ

Ministry of Agriculture and Fisheries, Wellington

66/401/KEE

RO

Ministry of Agriculture and Food, Bucharest

2002/57/KE

TW

Council of Agriculture, Food and Agriculture Department, Taipei

2002/55/KE

US

United States Department of Agriculture, Beltsville, Maryland

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/54/KE

2002/55/KE

2002/57/KE

UY

Ministerio de Ganadería, Agricultura y Pesca, Montevideo

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/54/KE

2002/57/KE

ZA

Department of Agriculture, Pretoria

66/401/KEE

66/402/KEE

2002/57/KE


(*)  AR — Arġentina, AU — Awstralja, BG — Bulgarija, CS — Serbja u Montenegro, HR — Kroazja, IL — Iżrael, NZ — New Zealand, RO — Rumanija, TW — Tajwan, CA — Kanada, JP — Ġappun, US — Stati Uniti ta' l-Amerika, CH — Svizzera, CL — Ċilì, KR — Repubblika tal-Korea, MA — Marokk, UY — Urugwaj, ZA — Afrika ta' Isfel