12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

617


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Novembru 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue fi Spanja

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4481)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/828/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2)(d) l-Artikolu 8(3)(ċ) u t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/75/KE tistabbilixxi l-miżuri ta’ kontroll u r-regoli biex jingħeleb l-bluetongue fil-Komunità, inkluż it-twaqqif ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza u projbizzjoni fuq l-annimali li jħallu dawn iż-żoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta’ Mejju 2005 dwar żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u kundizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti minn jew f’dawn iż-żoni (2) tipprovdi għad-demarkazzjoni taż-żoni globali ġeografiċi fejn iż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza (“żoni ristretti”) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fir-rigward tal-bluetongue.

(3)

Spanja infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċirkolazzjoni tal-virus instabet f’għadd ta’ żoni periferiċi taż-żona ristretta fir-rigward tss-serotip 4.

(4)

Konsegwentement, iż-żona ristretta għandha tiġi estiża u għandha titqies d-dejta disponibbli dwar l-ekoloġija ta’ l-organiżmu li jservi ta’ vettura u l-evoluzzjoni ta’ l-attività ta’ l-istaġjun tiegħu.

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/393/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2005/393/KE il-parti għaż-żona E li tirrigwarda lil Spanja, hija sostitwita b’dan li ġej:

“Spanja:

Provinċja ta’ Cádiz, Málaga, Sevilla, Huelva, Córdoba, Cáceres, Badajoz.

Provinċja ta’ Jaen (comarcas ta’ Jaen u Andujar).

Provinċja ta’ Toledo (comarcas ta’ Almorox, Belvis de Jara, Gálvez, Mora, Los Navalmorales, Ocaña, Oropesa, Quintanar de la Orden, Madridejos, Talavera de la Reina, Toledo, Torrijos u Juncos).

Provinċja ta’ Avila (comarcas de Arenas de San Pedro, Candelada, Cebreros, Las Navas del Marques, Navaluenga, Sotillo de la Adrada).

Provinċja ta’ Ciudad Real (comarcas ta’ Almadén, Almodóvar del Campo, Ciudad Real, Horcajo de los Montes, Malagón, Manzanares u Piedrabuena).

Provinċja ta’ Salamanca (comarcas ta’ Bejar, Ciudad Rodrigo u Sequeros).

Provinċja ta’ Madrid (comarcas ta’ Aranjuez, El Escorial, Grinon, Navalcarnero u San Martin de Valdeiglesias)”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-29 ta’ Novembru 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 74.

(2)   ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/763/KE (ĠU L 288, 29.10.2005, p. 54).