|
29.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
72 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta' Novembru 2005
li taħtar membru Franċiż għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2005/810/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/758/KE, Euratom tas-17 ta’ Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2002 sa l-20 ta’ Settembru 2006 (1),
Billi post ta’ membru f’dak il-Kumitat jinsab battal wara r-riżenja tas-Sur Claude CAMBUS, li dwarha l-Kunsill ġie infurmat fil-25 ta’ Lulju 2005;
Wara li kkunsidra n-nomina preżentata mill-Gvern Franċiż
Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Georges LIAROKAPIS huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Claude CAMBUS għall-bqija tal-mandat ta’ dan ta’ l-aħħar, li jgħodd sa l-20 ta’ Settembru 2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussel, nhar il-14 ta' Novembru 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
T. JOWELL