29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/806/PESK

tal-21 ta' Novembru 2005

li timplementa d-Deċiżjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' sostenn ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea għall-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK tat-18 ta' Lulju 2005 dwar l-azzjoni ta' sostenn ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea għall-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 8(1) tagħha, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea,

Billi,

(1)

Il-Kunsill iddeċieda, konformement ma' l-Artikolu 15 ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK, li jkompli l-azzjoni ta' sostenn ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea għall-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan.

(2)

Fir-rigward tal-komponent ċivili, il-Kunsill għandu konsegwentement jiddeċiedi dwar l-ammont ta' referenza għall-kontinwazzjoni ta' l-azzjoni ta' sostenn.

(3)

L-azzjoni ta' sostenn ta' l-Unjoni Ewropea lill-AMIS II sejra tiġi mwettqa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tkun ta' ħsara għall-għanijiet tal-PESK kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma' l-implementazzjoni tat-Taqsima II ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK mid-29 ta' Jannar sat-28 ta' Lulju 2006 għandu jkun ta' EUR 2 200 000.

2.   In-nefqa finanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tiġi amministrata skond il-proċeduri u r-regoli tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-budget, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament ma għandux jibqa' proprjetà tal-Komunità. Iċ-ċittadini ta' Stati terzi għandhom ikunu permessi jressqu offerti għal kuntratti.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2006, jivvaluta jekk l-azzjoni ta' sostenn ta' l-UE għandhiex titkompla.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Id-data li fiha tista' tibda titwettaq in-nefqa għandha tkun id-29 ta' Jannar 2006.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Maghmula fi Brussel, nhar il-21 ta' Novembru 2005.

Ghall-Kunsill

Il-President

J. STRAW


(1)  ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46.