29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

59


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/805/PESK

tal-21 ta' Novembru 2005

li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/556/PESK li taħtar Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għas-Sudan

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/556/PESK tat-18 ta' Lulju 2005 li taħtar Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għas-Sudan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu, flimkien ma' l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi

(1)

fit-18 ta' Lulju 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/556/PESK li taħtar Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għas-Sudan.

(2)

Fil-21 ta' Novembru 2005 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2005/557/PESK (2) li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għal sostenn ċivili-militari għall-Missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan, fejn ġie stabbilit ammont ta' referenza finanzjarju ġdid intiż li jkopri l-infiq fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tas-sezzjoni II ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK (3) għal perijodu ieħor ta' 6 xhur.

(3)

Bħala konsegwenza, jeħtieġ li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-ammont ta' referenza finanzjarju għall-kontinwazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/556/PESK għal perijodu ieħor ta' 6 xhur.

(4)

L-EUSR se jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tkun ta' ħsara għall-għanijiet tal-PESK kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont ta’ referenza finanzjarju intiż sabiex ikopri l-infiq relatat mal-kontinwazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/556/PESK mit-18 ta' Jannar sat-17 ta' Lulju 2006 għandu jkun ta’ EUR 600 000.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

L-infiq għandu jkun eliġibbli mit-18 ta' Jannar 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta' Novembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. STRAW


(1)  ĠU L 188, 20.7.2005, p. 43.

(2)  Ara paġna 60 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46.