Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iffirmar, f' isem il-Komunita', tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka disposdwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
Official Journal L 299 , 16/11/2005 P. 0061 - 0061
Official Journal L 173 , 27/06/2006 P. 0127 - 0127
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iffirmar, f' isem il-Komunita', tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka disposdwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2005/790/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61 (ċ) tiegħu flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat- 22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali [1], u ma hix soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom. (2) Bid-Deċiżjoni tat- 8 ta' Mejju, 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, b' mod eċċezzjonali, biex tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, biex id-dispożizzjonijiet tar-Regolament hawn fuq imsemmi jiġu estiżi għad-Danimarka; (3) Il-Kummissjoni innegozjat tali ftehim f'isem il-Komunità, mar-Renju tad-Danimarka. (4) Ir-Renju Unit u l-Irlanda, bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, qed jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. (5) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll fuq imsemmi dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u ma hix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. (6) Il-Ftehim, inizjalat fi Brussel, fis- 17 ta' Jannar, 2005, għandu jiġi iffirmat. IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunita' Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali qiegħed hawn jiġi approvat f' isem il-Komunita', bla ħsara għad-Deċżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f'isem il-Komunità bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu. Magħmula fi Brussel, 20 ta’ Settembru 2005. Għall-Kunsill Il-President M. Beckett [1] ĠU L 12, 16.1.2001, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2004 (ĠU L 381, 28.12.2004, p. 10). --------------------------------------------------