|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
554 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Novembru 2005
li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar il-gruppi għall-ġbir ta’ l-embrijuni fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4195)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2005/774/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidratit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li tirregola l-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi lista ta' gruppi approvati għall-ġbir ta' embrijuni f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni ta' bovini lejn il-Komunità (2) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi biss jekk dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u nħażnu mill-gruppi għall-ġbir ta' l-embrijuni inklużi fil-listi ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
L-Istati Uniti ta’ l-Amerika talbet li jsiru emendi għal din il-lista fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet għal dan il-pajjiż, partikolarment li jiżdied grupp wieħed u jitneħħa iehor. |
|
(3) |
L-Istati Uniti ta’ l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward ta'l-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-grupp tal-ġbir ta’ l-embrijuni involut gie approvat uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dak il-pajjiż. |
|
(4) |
Id-Deciżjoni Nru. 92/452/KEE għandha tiġi emendata kif jixraq. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deciżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-8 ta’ Novembru 2005.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-3 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2005/450/KE (ĠU L 158, 21.6.2005, p. 24).
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE, il-lista għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika hija emendata kif ġej:
|
(a) |
ir-ringiela għall-grupp tal-ġbir ta’ l-embrijuni Nru 91NJ021 E503 hija mħassra:
|
|
(b) |
tiżdied ir-ringiela li ġejja:
|