12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

546


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Novembru 2005

li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4186)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/771/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li tirregola ċ-ċaqliq u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwini (1), partikolarment l-Artikolu 19 (ii) tagħha,

Billi:

(1)

Skond ir-regoli ġenerali stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (2), id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja huwa ristrett għal żwiemel miżmuma għal inqas minn 30 jum fi kwalunkwe mill-pajjiżi terzi elenkati fl-istess grupp fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

(2)

Żwiemel irreġistrati li jipparteċipaw fil-Logħob Olimpiku, fl-avventimenti ta’ testijiet ta’ tħejjija għal dawn ta’ l-aħħar u fil-Paralympics se jkunu soġġetti għas-superviżjoni veterinarja ta’ l-awtoritajiet kompetenti għall-pajjiż terzu fejn ikunu qed isiru u l-istituzzjoni organizzattiva, il-Federazzjoni Internazzjonali għall-Isport Ekwestri (FEI).

(3)

Meta wieħed jikkunsidra l-grad ta’ superviżjoni veterinarja u l-fatt li ż-żwiemel konċernati jinżammu separati mill-annimali f'qagħda ta’ saħħa inferjuri, il-perjodu ta’ esportazzjoni temporanja għandu jiġi estiż għal inqas minn 90 jum u l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għandhom ikunu stipulati kif jixraq għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja biex jipparteċipaw f’avvenimenti ekwestri għal-Logħob Olimpiku, inklużi l-avvenimenti ta’ testijiet ta’ tħejjija, u l-Paralympics.

(4)

Id-Deciżjoni Nru. 93/195/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif jixraq.

(5)

Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1.

Għandu jiżdied l-inċiż li ġej fl-Artikolu 1:

“—

ħadu sehem f’avvenimenti ekwestri għal-Logħob Olimpiku, l-avvenimenti ta’ testijiet ta’ tħejjija jew fil-Paralympics u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness IX għal din id-Deċiżjoni.”

2.

It-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jiżdied bħala l-Anness IX.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-3 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320).

(2)   ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 2005/605/KE (ĠU L 206, 9.8.2005, p. 16).


ANNESS

“ANNESS IX

Image 1
Test ta 'immaġni
Image 2
Test ta 'immaġni
Image 3
Test ta 'immaġni